Illum previous editions

ILLUM 11 October 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1297543

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 27

YENDRICK CIOFFI Jekk hemm kwistjoni li l-Unjoni Ewropea falliet dwarha bla dubju hija dik tal-migrazzjoni. In- nuqqas ta' azzjoni konkreta u tal-qsim tar-responsabbilità bejn l-Istati Membri naqqset il-fiduċja ta' bosta fl-Unjoni Ewropea. Biex tibni mill-ġdid din il- fiduċja, il-Kummissjoni Ewropea pproponiet Patt ġdid dwar il- Migrazzjoni u l-Ażil. Il-Patt għandu l-għan li jistabbilixxi proċeduri għal għal ġestjoni aħjar u aktar effikaċi fis-sistema kollha tal-ażil u l-migrazzjoni u fuq kollox bilanċ bejn il-prinċipji ta' tal-qsim ġust tar- responsabbilità u s-solidarjetà. Mela fi kliem sempliċi, permezz ta' dan il-Patt, il-Kummissjoni Ewropea qed tipproponi dawk li hi qed issejħilhom "soluzzjonijiet Ewropej komuni għal sfida Ewropea" u tistabbilixxi "sistema ta' ġestjoni tal-migrazzjoni" li hija "prevedibbli u affidabbli. Dawn ta' hawn taħt huwa l-aktar punti importanti ta' dan il-Patt: Ritorn aktar effettiv ta' dawk il- persuni li mhux intitolati għall-ażil Wieħed mill-għanijiet ewlenin ta' dan il-Patt dwar il-Migrazzjoni u l-Ażil huwa li jħaffef il-proċess biex persuni li mhumiex intitolati għall-ażil, jiġifieri għall-protezzjoni, jkunu rritornati lura lejn pajjiżhom. Fil-fatt, il-Patt jistabbilixxi li l-applikazzjoni ta' dawn il-persuni għandha tkun ipproċessata fi żmien 12-il ġimgħa (liema perjodu jinkludi wkoll id-dritt li persuna tappella). Ta' min isemmi li madwar żewġ terzi ta' dawk li jitolbu l-ażil fl- Unjoni Ewropea u li jkollhom l-applikazzjoni tagħhom miċħuda, xorta waħda qed jispiċċaw jeħlu, għal diversi snin, fil-pajjiżi li fihom ikunu waslu. Fil-fatt, meta dan il-Patt kien qed jitħabbar, il-Kummissarju Ewropew għall-Intern, Ylva Johansson, għamlet referenza għal dan u saħqet ukoll kif dawn l-istess persuni ħafna drabi qed jitħallew fl-għama dwar l-applikazzjoni tagħhom. Għalhekk, skont il-Patt il-ġdid, l-applikanti li ġejjin minn pajjiżi b'rati baxxi ta' rikonoxximent għall- protezzjoni internazzjonali, se jkollhom l-applikazzjoni tagħhom ipproċessata fuq il-fruntiera fi żmien 12-il ġimgħa. L-għan tal-proċedura ta' ażil fil-fruntiera huwa li l-awtoritajiet ikunu jistgħu jeżaminaw talba mingħajr ma jingħata dħul fit- territorju. F'dawn iċ-ċirkostanzi, l-Istati Membri jistgħu japplikaw id-detenzjoni. Ir-regoli l-ġodda jispeċifikaw ukoll li ordni ta' ritorn trid tinħareġ simultanjament mad-deċiżjoni negattiva dwar l-ażil. Hekk ikunu qed jitħaffu l-prattiki eżistenti. Fil-fatt, l-Istati Membri qed ikunu mitluba jistabbilixxu mekkaniżmu ta' monitoraġġ indipendenti. L-Aġenzija għad-Drittijiet Fundamentali se tipproponi linji gwida għal dan. Se titwaqqaf ukoll Aġenzija l-ġdida tal-Unjoni Ewropea għall- Ażil li se tkun qed timmoniterja wkoll is-sistemi tal-ażil. Solidarjetà Mandatorja imma flessibli fl-istess ħin Aspett ewlieni ta' dan il-Patt jindirizza l-kwistjoni ta' pajjiżi, bħall-Polonja, l-Ungerija u l-Awstrija, li jkunu kkritikati kontinwament li mhux qed jaċċettaw li jieħdu immigranti u mhu qed jagħmlu xejn biex jaqsmu it mill-piż li ħafna drabi qed jispiċċaw iġorru pajjiżi fuq il- fruntieri esterni tal-UE, bħal Malta, l-Italja u Ċipru. Ta' min ifakkar f 'dak li kien qal il- Ministru għall-Affarijiet Barranin Evarist Bartolo it tal-ġimgħat ilu, jiġifieri li fl-aħħar 15-il sena, 8% biss ta' dawk il-persuni li talbu l-ażil kienu rrilokati f 'pajjiżi oħra membri fl-Unjoni Ewropea. "Il-Patt il-Ġdid jagħraf li l-ebda Stat Membru ma għandu jerfa' responsabbiltà sproporzjonata u li l-Istati Membri kollha jeħtieġ li jikkontribwixxu b'mod kostanti għas-solidarjetà," jisħqu r-regoli l-ġodda. Fil-fatt, jekk pajjiż, bħal ngħidu aħna Malta, tisħaq li ma tkunx tiflaħ għal aktar immigranti, se tkun tista' 'tattiva' dan il-mekkaniżmu biex hekk l-istati kollha se jkunu mitluba biex jikkontribwixxu. Il-Kummissjoni se tkun qed 'torganizza' din is-solidarjetà. Fi kliem sempliċi, l-Istati Membri se jkollhom iċ-ċans jagħżlu jirċevux uħud minn dawk li jkunu qed jitolbu l-ażil, jew inkella "jisponsorjaw," jiġifieri jgħinu (anke finanzjarjament u loġistikament) fir-ritorn ta' immigranti li ma jkunux ikkwalifikaw għall- protezzjoni, fost kontribuzzjonijiet oħra. Imma xi jfisser eżatt dan ir-ritorn sponsorjat? Fi kliem sempliċi, stat Membru jimpenja ruħu li jirritorna l-immigranti irregolari (li ma jkunux ikkwalifikaw għall-ażil) f 'isem Stat Membru ieħor, billi jagħmel dan direttament mit- territorju tal-Istat Membru benefiċjarju. L-Istat Membru 'sponsor' jista' pereżempju, jipprovdi konsulenza dwar ir-ritorn lill-immigranti irregolari għall-ritorn volontarju, joffri appoġġ finanzjarju u prattiku 10 aħbarijiet IL-ĦADD 11 TA' OTTUBRU 2020 • illum Pass 'il quddiem jew erġajna kliem fil-vojt? il-ġdid dwar il-Migrazzjoni u l-Ażil Il-Kummissjoni Ewropea mbottat 'il quddiem Patt ġdid dwar il- Migrazzjoni u l-Ażil bil-għan li l-pajjiżi kollha tal-UE jkunu qed jerfgħu biċċa mill-piż waqt li tistabbilxxi proċeduri aktar effikaċi u effettivi. Iżda x'jinkludi eżatt dan il-Patt. L-ILLUM tagħti ħarsa lejn il-punti ewlenin...

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 11 October 2020