Illum previous editions

ILLUM 11 October 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1297543

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 27

09 illum • IL-ĦADD 11 TA' OTTUBRU 2020 aħbarijiet mhux neċessarjament jidentifikaw ruħhom bħala Mintoani) ma tantx kienu impressjonati wisq mil-legat ta' Muscat. Dawn jaraw lil Muscat bħala mexxej ultra kapitalista, immexxi mill-flus, imdawwar mill-aktar nies tal-flus b'politika determinata minn min għandu l-aktar flus, poter u influwenza. Naturalment ċerta estravaganza minn naħa ta' Muscat kienet tgħin biex issaħħaħ din il-perċezzjoni illi huwa 'champagne socialist'. Ħafna mill-opinjoni ta' dan is- settur tal-poplu kienet imbuttata 'l quddiem mill-Moviment Graffitti li kien peżenti fil-protesti li saru wara l-assassinju ta' Caruana Galizia imma wkoll li organizza diversi protesti dwar l-ambjent u temi relatati: Il-politika tal- pompi tal-petrol, il-protesta kontra l-iżvilupp fuq art agrikola fiż-Żonqor u kontra l-proġett fuq is-sit tal-ITS. Naturalment bħas-settur tal-popolazzjoni li semmejna qabel, dan kien settur voċiferu kontra skandli u l-proċess ta' privatizzazzjoni li mhux biss ħa spinta 'l quddiem imma li ħa wkoll dimensjonijiet "strambi ferm" fil- każ tal-VGH. Għal dan is-settur tal-poplu Muscat jibqa' l-Mexxej Laburista li biddel in-narrattiva u rema' dik dwar il-ħaddiem, li ma baqax juża l-innu tal-Partit Laburista fl- attivitajiet u li ressaq lejn il-Partit Laburista diversi nies li spiċċaw ħadu (jew żammew) kuntratti ħoxnin, bħal Lou Bondi u Robert Musumeci (fil-fatt it-tensjoni bejn Musumeci u l-membri tal-Graffitti hija palpabbli u pubblika). Il-konservattivi: Naturalment Muscat jibqa' meqjus minn ħafna persuni konservattivi fuq kwistjonijiet soċjali, bħala l-persuna li kompla jmermer il-fundamenti ta' soċjetà b'valuri. Dan is-sentiment ma jeħilx biss mad-divorzju u l-unjoni ċivili, imma tqawwa meta Muscat ippropona l-adozzjonijiet ta' tfal minn koppji tal-istess sess, l-Att dwar l-Ugwaljanza li jarawha bħala indħil għal dak li jaraw li huwa dritt tagħhom li jagħtu lil uliedhom edukazzjoni f 'ambjent Kattoliku u naturalment l-abort. Il-pożizzjoni ta' Muscat din il-ġimgħa favur l-abort tikkonferma biss dak li ilha tissuspetta din is-sezzjoni tal- popolazzjoni li fiha hemm il-Knisja u nies li sostnew il-pożizzjoni tal- istess istituzzjoni u votanti li huma konservattivi li probabbilment il- maġġoranza tagħhom xorta ma kinux qed jivvutaw lil Muscat. In-Nazzjonalisti in ġenerali: Naturalment il-votanti Nazzjonalisti b'mod ġenerali ma tantx jaraw lil Muscat f 'dawl sabiħ għar-raġunijiet kollha msemmija diġa' hawnhekk però wkoll għall- fatt li Muscat umilja elettoralment lill-PN ħames darbeiet fuq skala nazzjonali. Huwa rebaħ kull elezzjoni li fiha kkontesta bħala mexxej politiku b'aktar minn 33,000 vot - sitwazzjoni li tefgħet lill- PN fil-baħar ta' inkwiet u ġlied li ddominah fl-aħħar tliet snin. Tħobbu jew tobgħodu Muscat huwa avversarju b'saħħtu u naturalment dan mhux tajjeb għall-PN u l-votanti tiegħu. Votanti liberali: Għal ħafna votanti liberali, li jinkludu naturalment, persuni LGBTIQ u votanti li ħadmu għal drittijiet ċivili relatati, Muscat huwa dik il-persuna li kisser tabù b'ħeffa kbira mingħajr wisq oppożizzjoni u problemi. Sa qabel iddaħħlet l-unjoni ċivili u l-adozzjoni magħha, drittijiet bħal dawn kienu biss ħolma jew immaġinazzjoni fertili. Kien hemm min, fost l-avversarju nazzjonalista li fil-fatt ma kienx jemmen li dawn id-drittijiet se jidħlu fis- seħħ. Naturalment mal-eluf ta' votanti LGBTIQ - għalkemm irridu nweġgħu niċċaraw li kien hemm ħafna votani LGBTIQ li baqgħu jivvutaw PN - trid tgħodd eluf ta' membri tal-familja, ħbieb u qraba li vvutaw lil Muscat minħabba din il-kwistjoni. Apparti minn hekk Muscat mexxa 'l quddiem l-Att dwar l-Ugwaljanza, l-Att dwar l-Identità tal-Ġeneru u finalment żwieġ ugwali għal kull koppja. Minkejja li Muscat eċċella f 'dan il-qasam, bi kliemu (anke jekk oriġinarjament kien wiegħed u kien se jwettaq pushback) huwa żviluppa f 'difensur qawwi tal-idea tiegħu ta' Malta kożmopolitana - l-antiteżi ta' 'Malta għall-Maltin biss', il-'full up' u l-'go back to your country'. Minkejja li kien jaċċetta li hemm sfida u minkejja li ma sarx biżżejjed biex titwaqqaf il- proliferazzjoni ta' xogħol prekarju (anke jekk saru wkoll passi 'l quddiem) Muscat kellu wħud mill- aqwa diskorsi fil-Parlament li kienu ddedikati kontra r-razzizżmu. Il- perċezzjoni kienet illi malli kien jitkebbes in-nar tal-xenofobija Muscat kien jiġri jitfigħ. Jidher li l-Partit Laburista beda jitlef ukoll din il-pożizzjoni ta' prinċipju wara kollox soċjalista, fl-aħħar ġimgħat, fuq l-altar tal- populiżmu u l-bżonn li jitkisser aktar l-avversarju. Dan jista' biss ikompli jaljena aktar nies xellugin u liberali mill-partit. Tan-negozju, żgħar u aktar kbar: Ħafna negozjanti għal ħafna snin ma kinux komdi bil- Partit Laburista, antipatija storika li tqawwiet minħabba politika ekonomika protezzjonista fit- 80ijiet. Minkejja li Sant kien għamel avvanzi f 'dan is-settur fid-90ijiet - avvanzi li xxellfu xi it minħabba sħubija mal-UE - Muscat biddel lill-partit f 'wieħed pro-business, b'mentalità 'can do'. Muscat wiegħed tnaqqis fil-burokrazija u fis-seba' snin illi matulhom kien Prim Ministru mexxa ekonomija li kienet qed tikber bl-ogħla rata fl- UE, bl-inqas qgħad fl-UE u b'rata ta' kunfidenza għolja ħafna fost il-konsumaturi, xi ħaġa li imbuttat il-konsum pubbliku 'l fuq. Apparti dan pajjiżna esperjenza rekords assoluti fit-turiżmu (2.8 miljun turist fl-2019 biss). Dan kollu jfisser illi fil-pajjiż kien hawn konsum qawwi ħafna u allura ħafna negozjanti ħassew illi kienu verament sejrin tajjeb ħafna - forsi vera l-'aqwa żmien' fi żmien twil. Apparti minn hekk iżda il- Gvern ta' Muscat għamilha inqas burorkratika u għamilha aktar faċli li s-settur tal-kostruzzjoni jikber b'rata mgħaġġla - naturalment għall-inkonvenjent ta' ħafna residenti. Dan kollu għen lil Muscat bil- kbir elettoralment u fl-immaġini tiegħu ta' Prim Ministru pro- business. Mhux xi sigriet li ħafna negozjanti, lukandiera u kuntratturi kbar - min minħabba proġett u min minħabba ieħor - resqu lejn il-Partit Laburista fl- aħħar snin. Fondi Ewropej taw iċ-ċans ukoll li jitqassaam aktar xogħol, ma' aktar kuntratturi, inkluż dawk żgħar jew medji. Il-Laburisti: Għal ħafna Laburisti - naturalment mhux kollha, imma għall-biċċa l-kbira - Muscat jibqa' eroj u mexxej ta' preġju kbir. L-ewwelnett Muscat qala' lill-Partit Laburista miċ-ċiklu ta' telfa wara oħra. Il-Malta Labour Party kien tilef il-maġġoranza fl- 1981 - anke jekk baqa' fil-Gvern - fl-1987, fl-1992, rebaħ fl-1996 iżda waqa' mill-Gvern sentejn wara u reġa tilef l-elezzjoni tal- 1998. Wara l-MLP tilef l-elezzjoni tal-2003, li saret wara referendum għad-dħul ta' Malta fl-UE, li tilef ukoll u finalment - minkejja aspettativa differenti - tilef l-elezzjoni tal-2008. Anke jekk b'1,500 vot biss il-Laburisti kienu demoralizzati bil-kbir, speċjalment meta l-indikazzjonijiet kienu favur il-partit. Muscat biddel dan kollu. Il-Partit Laburista rebaħ dawn l-elezzjonijiet fuq livell nazzjonali b'aktar minn 33,000 vot: Il- Parlament Ewropew tal-2009, l-elezzjoni ġenerali tal-2013, l-elezzjoni tal-Parlament Ewropew tal-2014 u l-elezzjoni ġenerali tal- 2017. Finalment Muscat rebaħ b'rekords l-aħħar elezzjoni tal- Parlament Ewropew tal-2019 (+42,000 vot) u tal-Kunsilli Lokali ta' Malta kollha (+47,000 vot). Il- Partit Laburista rebaħ ukoll kull elezzjoni tal-Kunsilli Lokali bejn dawn li semmejna. Taħt it-tmexxija ta' Muscat, il- Partit Laburista minn 'serial loser' sar 'serial winner' fil-vera sens tal- espressjoni. Naturalment, dan it-track record elettorali tajjeb ħafna, kellu l-impatt tiegħu fuq l-oppożizzjoni Nazzjonalista li spiċċat maqsuma parzjament minħabba dan it-telf kontinwu. Muscat għal ħafna Laburisti jibqa' Mintoff ġdid. Maħbub u meqjum daqs il-Perit! Joseph Muscat issa ħareġ mix-xena politika, għallinqas hekk jidher. F'din l-analiżi l-gazzetta ILLUM tagħti ħarsa lejn dawk in-nies li kienu jħobbuh u jqisuh mexxej formidabbli u dawk li kienu jqisuh PM korrott li tradixxa lill-poplu

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 11 October 2020