Illum previous editions

ILLUM 11 October 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1297543

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 27

08 aħbarijiet IL-ĦADD 11 TA' OTTUBRU 2020 • illum JOSEPH MUSCAT MUSCAT IŻ-ŻEWĠ ESTREMITAJIET TAL-EKS PRIM MINISTRU MIN TELLGĦU FUQ PEDESTALL U MIN MA JIFILĦUX PINĠUT... ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Joseph Muscat ħareġ mix-xena politika lokali wara 12-il sena fil-Parlament - ħames snin Kap tal-Oppożizzjoni, sebgħa bħala Prim Ministru u it xhur bħala backbencher fil-Grupp Parlamentari Laburista. Il-legat ta' Joseph Muscat jista' jitqies ikkulurit u estrem. Estrem fis-sens illi jaqla' żewġ tipi ta' reazzjonijiet: Eluf ifaħħruh, kważi jadurawh, jarawh bħala 'salvatur għal Malta u mexxej ta' kalibru kbir li Malta se titlef ħafna mingħajru. Min minn naħa l-oħra eluf oħrajn jarawh bħala mexxej politiku korrott li mexxa 'kukkanja ta' kriminali' f 'Kastilja li telgħu fil-poter bil-għan li jsiru sinjuri. Jarawh mexxej neo-kapitalist li mar kontra l-ideoloġija soċjalista. Għalhekk f 'din l-aħħar analiżi dwar Muscat, il-gazzetta ILLUM se tagħti ħarsa lejn l-aktar setturi tal-popolazzjoni li kienu jħobbu lil Muscat, kważi jadurawh, u l-aktar setturi li kellhom antipatija lejh u kważi jobgħoduh. Naturalment din hija ħarsa b'mod ġeneralizzata u ma jfissrix li kull persuna f 'dan il-grupp ta' votanti kienu jadurawh jew jobgħoduh. Hija analiżi għalhekk mibnija skont il-legat, il-fatti u l-esperjenzi ta' bosta li din il- gazzetta rat . Segwaċi ta' Daphne Caruana G a l i z i a / R e p u b b l i k a / O c c u p y Justice: Joseph Muscat jibqa' l-persuna li kien qed imexxi lill-pajjiż meta inqatlet Daphne Caruana Galizia - l-akbar xewka u wieħed mill-aktar avversarji qliel ta' Muscat, tal-Gvern li kien imexxi u tal-Partit Laburista. Apparti l-istejjer li fihom Caruana Galizia ddieħket bil- mewt ta' Dom Mintoff, ddieħket bl-ilbies ta' Michelle Muscat u b'ulied il-familja Muscat u apparti l-ħafna blogs li kellha u li kienu jattakkaw nies li ħarġu għonqhom għall-Partit Laburista, hi kellha stejjer ukoll li heżżew lill-Gvern ta' Muscat. L-akbar storja kienet dik dwar il-Panama Papers - u allura żewġ kumpaniji li fetħu fil-Panama Keith Schembri u Konrad Mizzi. Din kienet u baqgħet l-aktar storja li għamlet ħsara lill-Gvern ta' Muscat għaliex minnha imbagħad twieldet 17 Black u Yorgen Fenech, il-flus li għaddew minnha u li kellhom jgħaddu għall-kumpaniji ta' Schembri u Mizzi kif ukoll il-proġett tal-power station u allegazzjonijiet li dawk il-flus li daħlu f '17 Black kienu minn tixħim. Mill-Panama papers twieldu l-eluf ta' emails li spiċċaw għand Daphne Caruana Galizia li għaddew minn u lejn l-Electrogas. Caruana Galizia kienet ukoll il- persuna li kompliet tirrapporta u tikteb dwar il-kuntratt mal-VGH, l-iskema tal-passaporti u stejjer oħrajn. L-aktar storja splussiva ta' Caruana Galizia kienet illi Egrant Inc. - li nfetħet fl-istess żmien ma' Tillgate (Keith Schembri) u Hearnville (Konrad Mizzi) u li dwarha kien hemm komunikat permezz ta' Skype - kienet ta' Michelle Muscat. Magħha l-allegazzjoni li minnha għaddew mal-$1 miljun dollaru minn kumpanija fl-Ażerbajġan minn bint id-ditattur, Leyla Aliyeva. L-Ażerbajġan huwa l-istess pajjiż tas-Socar li xtrat 33% mill-Power Station, tal-ehim għax-xiri tal- gass għal 18-il sena u li d-ditattur tiegħu Aliyev kellu kont fil-Bank Pilatus. Huwa wkoll wieħed mill- ewwel pajjiżi li żar Muscat bħala Prim Ministru u kien ikkritikat lokalment għaliex ma ħax lill- midja miegħu. F'inkjesta maġisterjali rriżulta li ma nstabux biżżejjed provi li jorbtu lil Egrant ma' Muscat, li sabet illi kien hemm firem foloz fuq id-declaration of trust, li ma kienx hemm flus deħlin f 'Egrant minn dik il-kumpanija partikolari - iżda li kien hemm tranżazzjoni minn kumpanija differenti lejn il- Bank Pilatus u li Egrant Inc. ma kellhiex kont f 'dan l-istess bank. Il- Maġistrat kien qal li Maria Efimova kellha tiġi akkużata b'kalunja. Efimova - li telqet minn Malta - għadha qed tinsisti għall-istatus ta' Wistleblower biex tixhed kontra Muscat. Għal dawk l-eluf ta' persuni li kienu reliġjożament isegwu lil Caruana Galizia, ħafna minnhom votanti Nazzjonalisti, il-Gvern Laburista kien ħati tal-qtil tal- ġurnalista mill-ewwel it ħin li ġriet l-aħbar tal-assassinju tagħha. L-iżviluppi kollha ta' wara - inkluż il-fatt li kien implikat dak li dejjem deher illi kien fundamentali għal Muscat, Keith Schembri u l-fatt li sa daħal fl-istorja kollha eks membru tas-sigurtà ta' Muscat - aktar saħħaħ il-perċezzjoni, il- kritika u anke l-antipatija estrema ta' dan is-settur tal-poplu lejn Muscat. Fil-verità kienu dawn in- nies li mexxew protesti - tnejn minnhom li għalihom attendew eluf ta' persuni - li komplew iżidu t-tensjoni politika u li finalment waslu biex Joseph Muscat iwarrab. Għal dawn in-nies Joseph Muscat jibqa' fil-lista s-sewda tal- Prim Ministri fejn hemm ukoll prattikament kull PM Laburista ieħor - speċjalment Mintoff. Xellugin u ambjentalisti: Ħafna minn dawk li jqisu ruħhom xellugin u li għalihom Dom Mintoff jibqa' wieħed mill- aktar eżempji lokali ħajjin ta' soċjaliżmu f 'pajjiżna (imma li

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 11 October 2020