Illum previous editions

ILLUM 11 October 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1297543

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 27

14 analiżi IL-ĦADD 11 TA' OTTUBRU 2020 • illum Minn meta twieldet il-Camera Del Lavoro. F'din it-tieni parti mill-intervista dwar l-istorja tal-Partit Laburista ma' Francis Galea nagħtu ħarsa lejn il-kunflitti ta' Mintoff mal-Ingliżi u s-sehem li lagħbu persuni bħal Mabel Strickland u l-Arċisqof Mikiel Gonzi. Galea jwieġeb dwar il-Mexxejja Laburisti u l-bidla fid-dehra ... ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Il-Partit Laburista kien jissejjaħ il-Partit tal-Ħaddiem, liema dejjem kienu l-akbar alleati medjatiċi u oltrè tal-Partit Laburista? Kif għenu fil-kisbiet tal-partit matul is-snin? U liema kienu l-akbar avversarji - mill- ġdid medjatiċi u oltrè, tal-Partit Laburista? Lejn it-tmiem tas-snin ħamsin meta l-perit Mintoff ra li l-Gvern Ingliż ma ried bl-ebda mod jilħaq ehim għal trattat finanzjarju, irriżenja minn Prim Ministru. It- 28 ta' April 1958 ġie dikjarat Jum ta' Luttu Nazzjonali. It-toroq u l-ħwienet spiċċaw baħħ u kważi ħadd ma mar xogħol waqt li t-tfal ma marrux skola. Xi it karozzi tal- linja li ppruvaw jaħdmu twaqqfu minn dawk li kienu fit-toroq jaraw biex l-istrajk ikun suċċess. Xi persuni attakkaw u ħarqu għases tal-Pulizija fosthom f 'Ħaż-Żabbar, iż-Żejtun u Bormla. Sadanittant il-comandos Ingliżi u pulizija Maltin immexxija mill-Kummissarju Vivien De Gray kien ilhom jimbxu lill-Maltin u f 'dan il-jum bdew isawtu lil kull min jiġi quddiemhom. L-Arċisqof Gonzi għamel il- maqlub ta' dak li għamel it qabel il-President u Arċisqof Makarios ta' Ċipru. Ħareġ jikkundanna liż- żgħażagħ Laburisti u tal-General Workers' Union li mill-banda l-oħra bdew jittellgħu l-Qorti u jeħlu sentenzi ta' ġimgħat ħabs. Fil- pajjiż kellna diżordni kbira, iżda l-perit Mintoff malajr talab lin- nies biex jinġabru f 'darhom. Issa, ladarba l-Ingliżi ma riedux jafu bi ehim jew integrazzjoni, il-Mexxej Laburista ħareġ bl-għajta għall- Indipendenza. Hawn, il-ġurnali ta' Strickland House wara li kienu kontra l-Partit Nazzjonalista u jgħajruh Partit Saħta ta' Malta dawru l-kanuni kollha fuq il-Partit Laburista filwaqt li komplew jinċensaw lill- Gvern Ingliż. L-istess għamel il- ġurnal tal-kurja Leħen is-Sewwa li kompla jpinġi lill-perit Mintoff u lil- Laburisti bħala ħomor u komunisti. F'din is-sitwazzjoni l-perit Mintoff għażel it-triq ta' konfrontazzjoni u attakka lill-Arċisqof Gonzi bħala kompliċi mal-Gvern Ingliż meta kompla jilqa' l-istedina tal- Gvernatur u jattendi għall-bibiti li jorganizza. B'hekk reġa' beda jitwieled mill-ġdid konflitt bejn iż-żewġ naħat li b'konsegwenza ta' hekk inħolqot problema ta' kwistjoni politikoreliġjuża. Is- sitwazzjoni baqgħet sejra għall- agħar u l-Gvern Ingliż iddikjara stat ta' emerġenza u razzan id- dimostrazzjonijiet u l-meetiings pubbliċi. L-istorja irrepetiet ruħha u l-pajjiż reġa' beda għaddej minn ġrajjiet bħal dawk tal-Konti Strickland fl-1929. F'pajjiżna reġgħet bdiet tinħass il-firda bejn il-klassi tas-sinjuri u l-klassi tal-ħaddiema. Il-ħajja kompliet togħla u l-pagi baqgħu kif kienu. Fit-Tarzna bdew jingħataw is-sensji, u l-poplu ma kellu sigurta` ta' xejn. Fil-15 ta' April 1959 ġiet revokata l-Kostituzzjoni u l-Gvern Ingliż beda jmexxi l-pajjiż b'id iebsa u sawwar Kunsill tal- Gvern li fih iddaħħlu erba' pupazzi Maltin biex taparsi l-poplu għandu rappreżentanza. Sadanittant il-Partit Laburista kompla jaħdem u jikkomunika ma' pajjiżi tal-Commonwealth speċjalment dawk li ħadu jew waslu biex jieħdu l-indipendenza kif ukoll mal-Għaqda tan-Nazzjonijiet Uniti. Dan bit-tama li jtella' l-kwistjoni prekarja ta' Malta fl-aġenda tagħhom u jintervjenu mal-Gvern Ingliż. Din is-sitwazzjoni kompliet saħħet il-kamp Laburista. Minkejja li l-Partit ma setax ikompli juri s-saħħa tiegħu fil-meetings, xorta baqa' jorganizza laqgħat fil-magħluq, u jiċċelebra Jum il- Ħaddiem fil-grawnd tal-Gżira. Tant il-Partit kellu riżultati tajbin li f 'dan il-perijodu ssaħħet l-Għaqda tan- Nisa fi ħdanu filwaqt li twieldet ukoll il-Brigata Laburista. Min-naħa tal-partiti politiċi l-oħrajn, Mabel Strickland baqgħet għaddejja bil-politika li tfaħħar l-għemejjel tal-Gvernatur waqt li tgħajjar lill-perit Mintoff u lill-partitarji Laburisti. Il-Partit Nazzjonalista kien kwiet u it li xejn ta reazzjoni għalkemm fil- parlament kien qabel mal-Break with Britain Resolution imressqa mill-perit Mintoff. Iżda fl-istess waqt, il-qawwa tal-perit Mintoff tant beżżgħet lill-Gvern Ingliż u lill-knisja, li dawn bdew jimbuttaw persuni oħrajn biex jidħlu fix-xena politika. L-ewwel wieħed kien l-Av. Herbert Ganado li wara li attakka lill-Kap Ġorġ Borg Olivier u ma rnexxilux ineħħiħ, waqqaf il-Partit Demokratiku Nazzjonalista. Wara, is-Sur Toni Pellegrini telaq il-Partit Laburista u ħareġ bil-Partit tal- Ħa d d i e m a I n s a r a . Imbagħad kien imiss lill-Kap tal-Ħabs George Ransley li fforma l-Partit Demokratiku Nisrani. Uħud minn dawn bdew joħorġu l-ġurnal tagħhom u l-mira dehret li riedu jgħixu taħt id-dell tal-knisja u jattakkaw bla rażan u spiss anke bl-aktar mod baxx lill- Partit Laburista. Kif tiddeskrivi l-effett ta' Pawlu Boffa, Dom Mintoff, Karmenu Mifsud Bonnici, Alfred Sant u Joseph Muscat kemm fuq il-Partit Laburista, imma wkoll l-effett li dawn it-tliet mexxejja politiċi kellhom fuq il-Partit Nazzjonalisita u l-avvenimenti li seħħew fih matul is-snin? Kull mexxej Laburista, tħalli għall-ewwel tnejn meta l-Partit kien għadu żgħir u fit-twelid tiegħu, kollha saru Prim Ministri. Saru mexxejja tal-poplu Malti u Għawdxi bl-għajta li jgħożżu, ifaħħru u jiġġieldu għal Malta f 'kull sitwazzjoni u ma' kulħadd. Iżda minbarra l-imħabba lejn pajjiżna l-ħames mexxejja u Prim Ministri, mit-tabib Boffa sal-Avukat Robert Abela dejjem poġġew fuq quddiem mhux biss l-interessi ta' Malta, iżda fuq kollox l-interessi tal-poplu ħaddiem u ħawtiel Malti. Meta nħarsu lejn dawn il- persunaġġi naraw li t-tabib Boffa wennes il-Partit fl-agħar żminijiet, u minkejja t-theddid kollu, irnexxilu jżomm it-torċa Laburista tixgħel. Wara t-tieni gwerra dinjija t-tabib Boffa mgħejjun minn Reġġie Miller reġa' saħħaħ il-Partit biex ħa l-Gvern f 'idejh u beda jdaħħal l-ewwel pensjonijiet f 'pajjiżna. J g ħ i n u h k e l l u ħassieba u intelletwali xellugin fosthom Ġuże` Orlando, Moses Gatt u John F. Marks. Warajh niltaqgħu mal-perit Mintoff ħabrieki biex idaħħal ir- riformi meħtieġa kemm fil-Partit kif ukoll fil-Pajjiż. Il-perit Mintoff ħadem bis-sħiħ biex il-Partit dejjem ikollu l-ġurnal tiegħu sa wasal biex fl-eqqel żmien tas-snin sittin, irnexxilu jkollu l-istamperija tal- Freedom Press. Huwa wettaq tibdil siewi biex Malta ssir Stat Ħieles meta fit-13 ta' Diċembru 1974 Malta saret Repubblika b'Kostituzzjoni ġdida ta' Malta Maltija. Bħala riformatur, lill-perit Mintoff narawh bħala l-bniedem li b'kuraġġ kbir ressaq liġijiet siewja, u wħud minnhom li jiswew bosta flus, basta dawn imorru b'risq il-ħaddiema biex itejbilhom ħajjithom. Irridu niakru wkoll li l-perit Mintoff daħħal miżuri akbar fis-snin sebgħin speċjalment il-bonus lill-ħaddiema kollha, l-allowance tat-tfal u l-pensjoni lil persuni b'diżabilita` fiżika jew mentali. Din kienet waħda mill-akbar opri tal-ħniena u sfida fil-pajjiż għaliex sa dak iż-żmien kull min kellu tfal b'diżabilita` kien jaħbihom u ma joħroġhom qatt minn daru. Permezz ta' dan il-benefiċċju dawn it-tfal ġew irreġistrati u bdew jirċievu ħlas kull ġimgħa, u ħafna minnhom inħarġu minn djarhom u anke bdew jattendu skejjel u workshops li nfetħu apposta għalihom. Il-perit Mintoff laħaq il-quċċata tal-mira tiegħu fil-31 ta' Marzu 1979 meta l-aħħar baħrin u suldati Ingliżi telqu minn xtutna u sirna tassew ħielsa. Il-ġurnali ta' Strickland kienu akkużaw lill-Partit Laburista ili huwa 'Partit saħta ta' Malta'

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 11 October 2020