Illum previous editions

ILLUM 11 October 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1297543

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 27

15 analiżi illum • IL-ĦADD 11 TA' OTTUBRU 2020 100 sena ta' storja tal-Partit Laburista (2) Warajh kellna lill-Mexxej Karmenu Mifsud Bonnici li wara sentejn u nofs Prim Ministru, għadda biex imexxi l-Partit mill- bankijiet tal-Oppożizzjoni. Irridu niakru li fi żmienu l-Av. Mifsud Bonnici daħħal riforma kbira fl- iskejjel li kellna oppożizzjoni kbira kontra tagħha, minkejja li l-effetti tagħha għadhom jitgawdew sa llum. Meta fl-Oppożizzjoni, dan il-mexxej irnexxilu jżomm il-Partit sod u magħqud fil-waqt li t-tjubija u l-kariżma tiegħu żammew lill- partitarji mimlija tama jaħdmu għal żmien aħjar. Hawn irridu nqisu li l-Gvern Laburista kien ilu 15-il sena fil-Gvern, u għadda minn attakki kiefra u nies imsawta kif ħareġ ir- riżultat tal-elezzjoni tal-1987. Kellna mbagħad lil Dr Alfred Sant li sar mexxej fl-1992 u rebaħ l-ewwel elezzjoni ġenerali li kkontesta fl- 1996. Huwa ħadem bis-sħiħ biex il-Partit Laburista jkollu mezz ta' komunikazzjoni b'saħħtu u qawwi li jasal fid-djar tan-nies permezz ta' Super One TV waqt li saħħaħ ukoll l-Amministrazzjoni tar- Radju. Huwa kien protagonist biex jagħlaq il-Maċina li kienet isservi bħala Kwartieri Ġenerali u nbnew Kwartieri ġodda u moderni għaż- żmien li konna fih, fil-Ħamrun. Fi żmienu wkoll beda kull nhar ta' Ħadd joħroġ il-ġurnal Laburista KullĦadd. Kawża tal-konflitt li nqala' bejnu u l-perit Dom Mintoff dwar il-yacht marina tal-Birgu u l-Baġit li kien qed jiġi ppreżentat, huwa mar għal elezzjoni bikrija fl- 1998. Wara li l-Partit Laburista dam fl- Oppożizzjoni bejn l-1998 sal-2013, daħal imexxi l-Partit Dr Joseph Muscat li wara ħames snin fl- Oppożizzjoni rebaħ l-elezzjoni bl- għajta ta' Malta tagħna Lkoll. Sena wara sena Dr Muscat daħħal riformi siewja u kontroversjali, fosthom tal-Ugwaljanza u tal-LGBTIQ. Saru riformi kbar fil-pensjonijiet, u nġieb ħafna investiment barrani. Fil-ħidma tiegħu baqa' jissemma għal-liġijiet ġodda fosthom tal- Finanzjament tal-Partiti u t-tneħħija tal-Preskrizzjoni biex membri parlamentari jibqgħu dejjem responsabbli għal għemilhom. Huwa reġa' rebaħ l-elezzjoni tal- 2017 bl-akbar numru ta' voti li qatt intrebħet elezzjoni f 'pajjiżna filwaqt li fi żmienu dejjem intrebħet il-maġġoranza f 'kull elezzjoni tal- Parlament Ewropew u tal-Kunsilli Lokali. F'Jannar 2020 laħaq Mexxej tal- Partit l-Av. Robert Abela li mill- ewwel beda biex ħa deċiżjonijiet iebsa billi nbidlu s-sistemi ta' kif jinħatru l-ġudikatura, l-Avukat Ġenerali u l-Kummissarju tal- Pulizija. Huwa ħa pożizzjoni u deċiżjonijiet iebsa mal- Unjoni Ewropea fir-rigward tal-immigrazzjoni irregolari. Sfortunatament wara biss xahrejn bħala Prim Ministru, Malta bħall-bqija tad-dinja ntlaqtet bil-pandemija Covid 19, u l-kontinwita` li kien qed jaħdem fuqha l-Prim Ministru kellha tiffoka fuq problemi oħrajn. Fi it xhur kellhom isiru tliet mini baġits ta' miljuni kbar sabiex jiġu salvati l-impjiegi, u jingħataw sussidji lill-industriji u lill-ħaddiema li jitilfu x-xogħol. B'determinazzjoni qawwija u bl-aktar mod kalm u meqjus il-Gvern għadu jiffoka fuq il-ġlieda kontra l-pandemija, sa ma forsi jiġi żviluppat il-vaċċin li jista' jnaqqas l-effetti koroh tagħha. L-immaġini tal-partit inbidel maż-żmien. Fil-qasir tista' tgħaddi lill-qarrejja minn analiżi tiegħek tal-immaġini tal-partit (Armi, messaġġi .... ) u kif din inbidlet minn Mintoff għal Alfred Sant u mill-ġdid imbagħad għal Muscat? Ma poġġejtx bilqiegħda nikteb l-istorja tal-Partit Laburista bħalma qed inwieġeb il-mistoqsijiet li qed tagħmilli. Qabel dawn iż-żewġ volumi ktibt kotba oħrajn fuq il- Partit Laburista jew personaġġi Laburisti. Jiena u għaddej bir- riċerka dejjem kont niltaqa' u niġbor il-materjal l-aktar siewi, fosthom il-programmi elettorali tal-Partit Laburista. Meta kelli dawn miġbura, bdejt nimla bejn programm u ieħor jew aħjar bejn elezzjoni u oħra l-ġrajjiet li seħħew u kif u 'lfejn kien sejjer il-Partit Laburista. Fiż- żmien ta' qabel l-elezzjoni tal-2013 kont tellajt madwar tnejn u għoxrin programm fuq Radju ONE bejn l-10.00 u nofsillejl, u li fih konna nilqgħu telefonati mingħand is- semmiegħa. Il-programm kien jippreżentah Jesmond Zammit Marmara. Fil-fatt l-iskript ta' dawn il-programmi għaddejthom lil Mark Farrugia biex fuqhom ħadem il-programmi dwar il-100 Sena tal- Partit Laburista li qed jixxandru bħal issa fuq ONE TV. Meta bdejt naħdem fuq l-ewwel volum tal-Istorja tal-Partit Laburista li ħareġ fl-2017 tajt ħarsa lejn dawk il-persuni li bil-ħsibijiet u l-ħidma tagħhom wasslu fl-imħuħ il-ħtieġa ta' Partit tal-Ħaddiema fil-gżejjer Maltin. Dan sa ma wasalt għall- ħidma tal-Assemblea Nazzjonali u l-kisba tal-Kostituzzjoni. Imbagħad dħalt biex nara l-ħidma tal-Partit Laburista kif ukoll ta' partiti oħrajn li ħadu sehem fl-elezzjonijiet ġenerali mill-1921 bit-telfiet tal- Kostituzzjoni u l-introduzzjoni tal-Kunsill tal-Gvern kull meta ħadulna l-Kostituzzjoni. Naraw il-Partit li minn Camera del Lavoro morna għal Partit tal- Ħaddiema u Partit tax-Xogħol, sa ma aktar tard sar magħruf bħala Malta Labour Party, jew Partit Laburista. Matul iż-żmien, il-Partit Laburista bidel l-arma, emenda u tejjeb l-istatut u xi ideat jew direzzjoni permezz tal-maġġoranza tal-Eżekuttiv Nazzjonali. Il- Konferenza Ġenerali Annwali dejjem kienet u baqagħet meqjusa bħala l-għola istituzzjoni tal-Partit, tant li wara kull elezzjoni l-Mexxej stess ikun irid jersaq quddiem id- delegati f 'Konferenza Ġenerali Straordinarja biex japprova jew jiddiżapprova. Dan kollu juri li sa minn twelidu l-Partit Laburista kien u baqa' l-aktar partit demokratiku u miuħ għan-nies fil-gżejjer ta' Malta u Għawdex. Dom Mintoff kien parti kruċjali mit- tkabbir u l-legat tal-Partit Laburista bħala partit tal- ħaddiem

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 11 October 2020