Illum previous editions

ILLUM 11 October 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1297543

Contents of this Issue

Navigation

Page 15 of 27

16 letteratura IL-ĦADD 11 TA' OTTUBRU 2020 • illum Rokna letterarja mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Id-dinja-seħer tal-kotba tat-tfal fuq il- palk, fit-triq u fil-klassi Fl-aħħar snin il-Festival Nazzjonali tal- Ktieb sar avveniment li fih bosta mill- aħjar kotba għat-tfal u l-adolexxenti ppubblikati s-sena ta' qabel u dik is-sena stess jieħdu l-ħajja u jittellgħu fuq il- palk. Filwaqt li din tista' tidher azzjoni komuni, u allura titlef mill-appell tagħha forsi mal-kbar, nafu li l-effett li għandu l-viżwal u l-performattiv fuq it-tfal huwa b'saħħtu. Filwaqt li l-ktieb innifsu u l-esperjenza tal-qari m'għandhiex titwarrab - anzi għandha tkun fil-qalba tat-tagħlim fil- klassi dwar il-letteratura - tajjeb li t-tfal inressqulhom il-kotba u l-qari lejhom b'modi varjati kemm jista' jkun sabiex l-esperjenza nnifisha ssir aktar intriganti bis-saħħa ta' libsa differenti u ġdida. Huwa dan li l-Kunsill Nazzjonali tal- Ktieb iżomm f 'moħħu kull darba li jasal żmien il-Festival u nibdew naħsbu f 'modi kif se nikkomunikaw id-dinja msaħħra tal-kotba tat-tfal: bis-saħħa ta' forom li jidhru differenti u 'l bogħod mill-ktieb innifsu, inqanqlu l-interess biex it-tfal jaqbdu l-ktieb u jaqrawh - min jaf xi jkun għaddej minn moħħ il-qarrejja żgħar xħin jiftħu l-ktieb u jiġuhom f 'moħħhom il-performances li jkunu raw waqt il- Festival! L-għan tagħna jkun intlaħaq u jibqa' jintlaħaq bil-koperazzjoni tal-edukaturi fil-bqija tas-sena skolastika. Minn xi snin ilu kemm ilu jsir il- Festival b'dal-mod irnexxielna ntellgħu numru sabiħ ta' performances teatrali u xows professjonali bbażati fuq il-kotba rebbieħa tal-Premju Terramaxka (il- Premju Nazzjonali tal-Ktieb għat-Tfal u l-Adolexxenti). Ta' min isemmi wħud li jibqgħu jitfakkru u li t-tfal ġieli jsemmulna meta niltaqgħu magħhom fil-Festival; fl-2018 ħdimna għall-ewwel darba mal-Iskola Maltija tal-Arti Viżiva u Performattiva (MVPA) li tellgħu performance maħduma mit-tfal dwar il-ktieb Jarmuk ta' Stephen Lughermo; Antonella Axisa u l-grupp tagħha kellhom xow teatrali tal-kotba Fil-kamra ta' Jonas ta' Noel Tanti, Il-qtates ta' max-xatt ta' Clare Azzopardi u Il-kulleġġ għall-prinċpijiet perfetti maqlub għall-Malti minn Noel Tanti. Dik is-sena l-pubblikatur Horizons tella' performance tal-ktieb El Cuento de Ferdinando (li ppubblikawh bil-Malti) li minnu sar il-film popolari 'Ferdinand'. Fl-2019 imbagħad l-istess grupp ta' Antonella tella' xows ibbażati fuq wieħed mill-kotba rebbieħa tat-Terramaxka tas- sena ta' qabel, Mamà allura din imħabba? ta' Moira Scicluna Zahra u Mark Scicluna. Fl-2018 bdejna naħdmu mad-duo komiku DANUSAN, u ħafna jiftakru x-xows li tellgħu - Il-Kotba Jieħdu l-Ħajja - li saru filgħaxija u li għalihom attendew ħafna familji. Servew ukoll biex il-ġenituri/gwardjani jiffamiljarizzaw ruħhom mal-kotba li t-tfal tagħhom setgħu jaqraw. Barra minn hekk kull min attenda għax-xow ingħata lura l-flus tal-biljett li seta' jsarrafhom fil- kotba mill-Festival. Fl-2019 erġajna ħdimna magħhom fuq performances ibbażati fuq Il-Ħanut tal- Ħelu li mar dawra ta' Clare Azzopardi u Amina ta' Antoinette Borg. Dik is-sena kienet waħda aktar speċjali għax ħsibna għal dawk l-istudenti li ma jitkellmux bil-Malti. Fil-fatt wieħed mill-mistiedna internazzjonali tal-Festival, il-kittieb Irlandiż Dave Rudden, ta xows bl-Ingliż ibbażati fuq it-triloġija fantaxjentifika tiegħu Knights of the borrowed dark. L-2020 - sena mimlija limitazzjonijiet u… opportunitajiet Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb dis-sena se jsir b'mod virtwali, imma x-xows għat- tfal se jsiru xorta waħda u se jintbagħtu dirett f 'kull klassi f 'Malta u f 'Għawdex. Il-kollaborazzjoni ma' DANUSAN qed tiżviluppa b'mod interessanti għall- aħħar: Id-duo se jkunu qed jaqraw u janimaw b'mod spontanju xi kotba fi nħawi pubbliċi madwar Malta. Fil-ġranet tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb (11-15 ta' Novembru) Daniel Chircop u Chrysander Agius se jimprovizzaw mal-folla f 'postijiet strateġiċi partijiet minn kotba bil-Malti. Inti tista' tinzerta parti minn dax- xows jekk jiltaqgħu miegħek fit-triq DANUSAN, dejjem b' distanza biżżejjed għas-sigurtà. Il-kotba li se jintużaw huma kollha rebbieħa tal-passat tal-Premju Terramaxka: Insalvaw il-Pjaneta l-Blu, Il-Ħanut tal-Ħelu li Mar Dawra, L-Annimali tas-Savana: Il Verità Kollha fuq l-Annimali, Amina u Irvin Vella: Il- Każ tal-Gżejjer tat-Teżor. It-tfal jistgħu jipparteċipaw bħala parti mill-istorja f 'dawn ix-xows li se jsiru f 'postijiet bħal swieqi, il-Funtana tat- Tritoni, Is-Suq tal-Belt, waqt laqgħa tal- iscouts u f 'bandlijiet differenti. Żomm għajnejk u widnejk miftuħin f 'Novembru għax af issib lid-DANUSAN jiftħulek xi ktieb u joħduk f 'avventura ta' barra minn hawn! Dawn ix-xows imbagħad se jitqassru f 'format għat-TV u jintwerew fuq TVM ħames darbiet fil- ġurnata. Antonella Axisa u l-grupp tagħha wkoll se jtellgħu performances teatrali bbażati fuq il-kotba rebbieħa tal-Premju Terramaxka ta' dis-sena… allura ma nistgħux ngħidulkom minn issa liema huma! Għal dawk l-iskejjel li jippreferu xow bl-Ingliż hemm lest għalihom xow mingħand mistieden internazzjonali ieħor: il-kittieb u għalliem tal-ħiliet speċjali tal-moħħ Eran Katz. Bis-saħħa ta' doża qawwija ta' umoriżmu, eċitament u sorpriżi Katz se jirrivelalkom tekniki straordinarji biex issaħħu l-qawwa tal-memorja. Ibqa' ftakar l-ismijiet u l-uċuh billi tuża l-metodu ta' Napuljun, ta' John F. Kennedy u s-sistema biblika ta' wiċċ l-Anġlu. Ibqa' ftakar dati, avvenimenti u numri twal bis-saħħa tas-sistema ta' Ġematrija. Ibqa' ftakar x'għandek tagħmel, listi u ċajt bis-sistema 'Modena files'. Tgħallem malajr ilsien ġdid billi ssir taf dwar il-Yiddibrish - strateġija li għenet lil- Lhud jikkomunikaw effettivament f 'kull imkien fid-dinja. Tejjeb il-memorja bis-sistema tal- kmamar Rumani, il-Manuvra Hugo, l-Effett Brita u tekniki oħra. Wara x-xow l-istudenti se jkunu mistiedna jsegwu intervista mal-awtur li ssirlu minn Coryse Borg. It-tim organizzativ tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb bħalissa għaddej ġmielu bil-ħidma sabiex għal darb'oħra joffri esperjenza differenti għat-tfal

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 11 October 2020