Illum previous editions

ILLUM 11 October 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1297543

Contents of this Issue

Navigation

Page 16 of 27

17 letteratura illum • IL-ĦADD 11 TA' OTTUBRU 2020 F'din il-paġna letterarja tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb nagħtu titwila lejn ix-xows u l-performances teatrali bbażati fuq il-kotba tat-tfal u l-adolexxenti li ttellgħu fl-aħħar snin waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb. Nitkellmu dwar kif is-seħer tal-kotba tat-tfal iħalli effett b'saħħtu fuq il-qarrejja jekk jintwera f'forom differenti u kif dal-proċess iqarreb aktar lill-qarrejja ż-żgħar lejn il-ktieb. Finalment nikxfu ftit aktar dwar dak li l-KNK għandu ppreparat għat-tfal u l-adolexxenti waqt il- Festival Nazzjonal tal-Ktieb 2020 - edizzjoni virtwali. u l-adolexxenti bbażata fuq il-kotba u l-qari. Infakkru lill-prinċipali u l-kapijiet tal- iskejjel kollha sabiex imexxu mal-edukaturi tagħhom iċ- ċirkulari u l-applikazzjoni li diġà ntbagħtet lilhom biex ikunu jistgħu jirreġistraw lill-istudenti għall-Festival. Dis-sena m'hemmx il- limitazzjoni tal-ispazju li s-soltu jkun hemm b'Dar il-Mediterran, u allura prattikament jista' jipparteċipa kull student f 'Malta u f 'Għawdex u jibbenefika mill- vawċer li dis-sena għollejnieh għal €5. L-istudenti jistgħu jiġu rreġistrati għall-Festival mill- iskola biss. L-edizzjoni virtwali tal- Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2020 se ssir bejn l-Erbgħa 11 u l-Ħadd 15 ta' Novembru. Għal aktar informazzjoni żur il- paġna tal-Facebook tal-KNK u s-sit tagħna www.ktieb.org.mt DANUSAN waqt Il-Kotba Jieħdu l-Ħajja fl-2019 Antonella u l-atturi tagħha waqt teatru tat-triq fil-Festival tal-2017 Atturi professjonali waqt performance ibbażata fuq il-ktieb Mamà allura din imħabba?

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 11 October 2020