Illum previous editions

ILLUM 11 October 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1297543

Contents of this Issue

Navigation

Page 17 of 27

18 opinjoni IL-ĦADD 11 TA' OTTUBRU 2020 • illum Il-fiduċja: għal ġol-inċineratur B ħalissa għaddejja konsultazzjoni pubblika, dwar l-istudju tal-im- patti ambjentali (EIA) li jeżam- inaw il-proposta tal-Wasteserve biex fil-kumpless tal-iskart tal-Magħtab jinbena u jitħaddem inċineratur. Din tibqa' għaddejja sal-21 ta' Ottubru Hu obbligu tal-Wasteserve (kif imfisser dettaljatament fil-leġislazzjoni ambjentali Ewropea applikabbli f 'Malta) li teżamina l-impatti ambjentali kollha tal-proposta ta' żvilupp tagħha, u dan kif mitlub mill- Awtorità dwar l-Ambjent u r-Riżorsi (ERA). Ir-rapporti dettaljati flimkien mal-istudji tekniċi huma imbagħad soġġetti għal konsultazzjoni pubblika. Għalkemm dawk li jħejju l-EIA dwar l-inċineratur fil-Magħtab jinħatru mill- Wasteserve, ir-rapport tagħhom iservi ta' informazzjoni bażika fil-proċess kollu li jwassal għal deċiżjoni dwar il-proposta. Għaldaqstant mhux minnu dak li l-koordinatur dwar l-EIA tal-inċineratur kiteb fil-bidu tar-rapport tiegħu li dan qiegħed "għall-użu esklussiv tal-Wasteserve Malta Limited". Ma nistax niem kif l-ERA aċċettat din il-kundizzjoni meta hu ċarissimu, anke minn daqqa t'għajn ċkejkna lejn ir-Regolamenti tal-2017 dwar il-valutazzjoni tal-impatti ambjentali, li r-rapport tal-EIA hu dokument importanti li fuqu hu mibni l-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet, kemm dawk ambjentali kif ukoll dwar l-ippjanar tal-użu tal-art. B'mod partikolari l-EIA hu użat biex ikun infurmat il-pubbliku dwar dak li hu propost, u abbażi tiegħu imbagħad isir smigħ pubbliku biex minnu joħroġ dak li jaħsbuha dawk kollha interessati. L-EIA hu bla ebda dubju dokument pubbliku li dwaru l-koordinatur maħtur iġorr fuq spallejh responsabbiltà li dan ikun korrett u raġjonevoli. Iċ-ċaħda tal- koordinatur ta' kull responsabbiltà lejn terzi mhiex aċċettabbli. Hi responsabbiltà tal-ERA li ġġib lill-koordinatur f 'sensieh dwar ir- responsabbiltajiet tiegħu. Ħarsa ħafifa lejn l-EIA li jeżamina l-impatti tal-inċineratur tal-Magħtab, inkluż l-istudji tekniċi annessi miegħu, jidentifika l-ismijiet ta' numru ta' esperti li taw sehemhom biex ikunu ifformulati l-istudji u li fuqhom imbagħad tħejja r-rapport finali magħruf bħala l-appropriate assessment report. Wieħed minn dawn l-esperti hu ċertu Professur Alan Deidun li fl-istess ħin li kien qed jagħti sehemu fit-tħejjija ta' dan l-EIA kien ukoll membru tal-Bord tal-Awtorità tal-Ambjent u r-Riżorsi (ERA): ir-regulatur ambjentali f 'Malta. Huwa membru fuq dan il-Bord minħabba li ġie nominat mill- għaqdiet ambjentali. B'mod konvenjenti ħafna għalih, il- Professur Alan Deidun għandu sieq fuq kull naħa: hu parti mill-istruttura regolatorja u fl- istess ħin jagħti pariri lill-iżviluppatur, f 'dan il-każ il-Wasteserve Malta Limited, entità tal-Gvern. Dan, fil-fehma tiegħi hu t-tip ta' kunflitt ta' interess li qiegħed inissel sfiduċja qawwija fl-istituzzjonijiet regolatorji. Kif nistgħu jkollna fiduċja f 'regolatur meta dan, kif ifettillu joffri s-servizzi tiegħu li dak li suppost qiegħed ikun irregolat minnu? Wieħed mid-dokumenti li ġie ppubblikat għal skrutinju pubbliku fih dikjarazzjoni minn wieħed u għoxrin espert li taw kontribut biex sar l-EIA dwar l-inċineratur tal-Magħtab. Kull wieħed minnhom jiddikjara li fil-ħidma tiegħu/tagħha ma kellu l-ebda konflitt ta' interess. Imma dan il-kunflitt ta' interess, fid-dikjarazzjoni hu imfisser b'mod mill-iżjed dejjaq bħala interess fil-proġett ta' żvilupp innifsu. Ir- regolamenti dwar l-EIA imma jitkellmu fuq kunflitt ta' interess ferm iktar wiesa' minn hekk għax jużaw il-kliem l- "ebda kunflitt ta' interessi". Mhux ta' b'xejn li anke l- Professor Alan Deidun ukoll iffirma din id-dikjarazzjoni! Ir-regolament 17 tar-regolamenti tal- 2017 dwar l-EIA jgħid li dawk li jkunu involuti fit-tfassil tal-EIA għandhom ikunu professjonali, independenti u imparzjali. Kif qatt jista' ir-regolatur ikun professjonali, indipendenti u imparzjali meta jagħti l-pariri lil dawk li suppost qiegħed jirregola? L-għaqdiet ambjentali li ħatru lill- Professur Alan Deidun għandhom jinsistu li jinbidel u li dan ma jibqax membru tal-Bord tal-ERA fejn qiegħed jirrappreżenthom, għax l-imġieba tiegħu illum mhiex aċċettabbli. Tajjeb li niakru li reċentement il-permess tal-żvilupp ta' Manoel Island tħassar mit- Tribunal dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, u dan wara li nstab li wieħed minn dawk li kellu sehem fih kellu kunflitt ta' interess. Ir-regolaturi jeħtieġ li jimu darba għal dejjem li meta jaċċettaw ħatriet fuq Bordijiet li għandhom ir-responsabbiltà li jirregolaw u jieħu d-deċiżjonijiet, dan minnu innifsu jimponi limiti fuq il-ħidma professjonali tagħhom. Jekk dan ser jibqa' jiġi injorat il-fiduċja fl-awtoritajiet ser tibqa' titnawwar. L-imġieba tagħhom qed titfa' l-fiduċja f 'inċineratur minn fejn ma tantx tista' tirkupra malajr. Carmel Cacopardo Carmel Cacopardo hu ċ-Chairperson tal-Alternattiva Demokratika L-għaqdiet ambjentali li ħatru lill-Professur Alan Deidun għandhom jinsistu li jinbidel u li dan ma jibqax membru tal-Bord tal-ERA fejn qiegħed jirrappreżenthom, għax l-imġieba tiegħu illum mhiex aċċettabbli

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 11 October 2020