Illum previous editions

ILLUM 18 October 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1300174

Contents of this Issue

Navigation

Page 22 of 27

Amos Acero Pérez (1893-1941) 23 bijografiji illum • Il-ĦADD 18 TA' OTTUBRU 2020 ALFRED CONSIGLIO Twieled fil-31 ta' Marzu 1893 f 'Villseca de la Sagra, Spanja, bin Salustiano Acero u Aquilina Pérez. Missier Amos kien ħaddiem manwali u kien jaħdem fl-oqsma agrikoli u wkoll bħala sewwieq il-ħmir; wara akkwista dgħajsa żgħira, Salustiano beda jaħdem ta' sajjied fuq ix-Xmara Tagus. Amos kien it-tielet wild f 'familja ta' 7 itfal. Amos attenda l-iskola tar- raħal u ta' 13-il sena huwa talab lil missieru li xtaq ikompli jistudja biex isir għalliem, xewqa kważi impossibbli għal familja daqstant fqira. Iżda missier ta' familja li kienet tixtri l-ħut minn għand missier Amos kien lest li jħallas l-ispiża ta' akkomodazzjoni u tal-iskola f 'Madrid sabiex Amos jistudja għal għalliem fl-Iskola Ċentrali ta' Madrid. Ta' 18-il sena, f 'Settembru 1911, Amos beda jgħammar f 'pensjoni qrib l-iskola, u fis-7 ta' Ottubru 1914 huwa ggradwa Għalliem ta' Edukazzjoni Għolja. Fir-rebbiegħa tal-1915, Acero nġabar bil-lieva, li dak iż- żmien kienet mandatorja. Huwa ntbagħat Toledo u b'hekk seta' jagħmel żjajjar ta' kull tant lil familtu. Wara xhur ta' taħriġ, huwa kien assenjat mar-Riġment tal- Komunikazzjoni fit-Telegrafija fejn temm is-servizz mandatorju ta' sentejn. Minkejja li kien jibgħat diversi applikazzjonijiet biex jaħdem ta' għalliem, fl-1917 aċċetta li jissostitwixxi l-assistent spiżjar f 'Villaseca; għalkemm is- sostituzzjoni damet xahar biss, l-ispiżjar irrikomanda li l-post jingħata lil ħaddieħor minn Valdepeñas. F'Awwissu 1917 Acero mar jgħix Valdepeñas biex jaħdem bħala assistent apotekarju, u miegħu kellu żagħżugħ jgħinu jnaddaf it-tubi u flixken. Snin wara, meta kien jgħix Madrid fl-1921, huwa ħadem bħala assistent apotekarju fl-Ispiżerija Giménez. F'Valdepeñas Acero ltaqa' ma' Dolores Delgado Lara, bint Francesco Delgado, biċċier, u Ana Lara. Huma żżewġu fit-8 ta' Marzu 1918, u wara l-koppja marret Villaseca minħabba li kien hemm post tax-xogħol vakanti. Meta wasal sab li l-post kien ingħata lil bin wieħed mis- sidien tal-art. Acero kien sfurzat li jmur jaħdem ta' sajjied ma' missieru. Minħabba diffikultajiet ekonomiċi, Acero wieġeb għal avviż minn kumpanija tal-faħam f 'Madrid li nħtieġet kaxxier u kollettur. F'April 1918 huwa beda jaħdem mal-Casa de Carbones Larrumbide. Huwa beda jgħix, flimkien ma' martu, qrib ix- Xmara Manzanares, Madrid.Bil- paga modesta tiegħu, Acero issa seta' jakkwista 't-teżor' tiegħu, li ma kien xejn għajr kotba fuq il-ġeografija, il-politika, il- filosofija u suġġetti oħrajn. Fis-7 ta' Marzu 1920 huwa ssieħeb mal-Partit Soċjalista tal-Ħaddiema; huwa ġa kien issieħeb mas-Soċjetà tas- Snajja' tal-Unión General de Trabajadores (UGT). Fl-1927 huwa mar jogħqod Vallecas u fl-1929 inħatar membru tal- Kummissjoni Eżekuttiva tal- Assoċjazzjoni Ġenerali tal- Għalliema tal-UGT. Huwa kien offrut f 'Lulju 1927 il-post ta' għalliem fi skola primarja f 'Villecas, l-Iskola Pablo Iglesias. L-iskola kienet dar, mhux tant adattata għal din il-ħidma. Acero beda jorganizza klassijiet ta' filgħaxija għal ħaddiema żgħażagħ li xtaqu jitgħallmu. Wara l-waqgħa tad-dittatura ta' Miguel Primo de Rivera (1870-1930), il-gvern tal- Ġeneral Dámaso Berenguer (1873-1953) iddeċieda li jsejjaħ elezzjonijiet muniċipali. Is-Soċjalisti u r-Repubblikani ppreżentaw flimkien kandidati taħt il-lista ta' Konġunzjoni Soċjalista-Repubblikana. L-elezzjonijiet saru fit- 12 ta' April 1931 , u r-rebħa Repubblikana kienet waħda kbira. Fl-14 ta' April 1931 ġiet ipproklamata t-Tieni Repubblika li sejħet għal elezzjonijiet kostitwenti fit-28 ta' Ġunju. Acero kien innominat mill- Assoċjazzjoni Soċjalista ta' Vallecas biex ikun fuq il-lista ta' Soċjalisti-Repubblikani. Huwa ġie elett u miegħu ġew eletti s-soċjalisti Julián Vinagre, Eustaquio Serrano, Salvador Luque u Basilio Maldonado. Il-kunsill muniċipali eleġġa lil Acero bħala sindku ta' Vallecas. Fl-elezzjoni għal Cortes (parlament) fit-28 ta' Ġunju 1931, ir-Repubblikani u s-Soċjalisti żammew il-lista konġunta. Il-Konġunzjoni kisbet rebħa kbira. Acero kien elett bi 67,289 vot. Fl-elezzjoni tal-1933 il-PSOE ippreżenta lista separata, u għalkemm rebaġ, però Aceri ma ġiex elett. Il-PSOE sejjaħ strajk ġenerali fl-1934, li kien imrażżan mill- awtoritajiet ta' Madrid. Fl-10 ta' Ottubru 1934 il-gvern xolja l-Kunsill ta' Vallecas u ħatar sindku li Eustaquio Zorrilla. Fi Frar 1936 il-Cortes ġie xolt u ssejħet elezzjoni ġdida, b'rebħa għal Front Popolari. Acero kien innominat mill-ġdid sindku ta' Vallecas. Fit-18 ta' Lulju 1936 Franco ħabbar li kien qed iwettaq kolp ta' stat li beda l-Gwerra Ċivili fi Spanja. Acero kompla jaħdem bħala sindku. Huwa għen ċittadini milli jkunu attakkati minħabba t-twemmin politiku tagħhom u evita li jkun hemm sakkeġġ ta' kunventi. Fis-27 ta' Marzu 1935 huwa telaq minn Madrid biex jipprova jitlaq minn Spanja. Huwa ġie arrestat f 'Alicante u mitfugħ fil-kamp ta' konċentrament ta' Albatera. Huwa kien mgħoddi ġuri u ġie xkubettjat fis-16 ta' Mejju 1941 fiċ-Ċimiterju ta' Almudena. Fl-1983 f 'Vallecas twaqqaf monument għal Acero, iżda l-bust sparixxa ftit wara; fl- 2016 tpoġġa bust ġdid fi ġnien imsemmi għalih.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 18 October 2020