Illum previous editions

ILLUM 18 October 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1300174

Contents of this Issue

Navigation

Page 25 of 27

26 oroskopju IL-ĦADD 18 TA' OTTUBRU 2020 • illum L-aħħar oroskopju taħt iż-żodijaku mill-Ħadd 18 ta' Ottubru sas-Sibt 24 ta' Ottubru Kompetizzjoni kalendarju żodijaku F'din l-aħħar ġimgħa taħt iż-żodijaku ta' Scorpio qed inwassal kompetizzjoni b'differenza. Il-mistoqsija ta' din il-kompletizzjoni hi: Iż-żodijaku ta' Scorpio ma' min imur tajjeb? – Ma' Leo, Cancer jew Aries? L-ewwel risposta tajba tirbaħ il-kalendarju żodijaku għall-valur ta' €15. It-tieni risposta tajba tirbaħ 10% skont fuq trattamenti tas-sbuħija mingħand it-terapista Graziella Miruzzi. It-tielet risposta tajba tirbaħ l-artiklu tal-oroskopju b'xejn għal xaharejn bil-posta b'kollox. Ibgħat it-tweġiba tiegħek fl-indirizz postali: PaulJon, kompetizzjoni ILLUM PO Box 27, Paola Ir-rebbieħa jitħabbru fil-gazzetta ILLUM tal-Ħadd 1 ta' Novembu Namaste Trid issir taf lil PaulJon aktar mill-viċin? 9901 3600 www.pauljon13.com facebook.com/pauljon13 Aquarius mill-20 ta' Jannar sat-18 ta' Frar L-aħħar ġimgħa taħt iż-żodijaku ta' Libra għalik bħala Aquarius ser ifisser aktar stabbiltà madwarek minn dak li kont qed tesperjenza dan l-aħħar. Din l-istabbità sejra tinħass l-aktar fil-mod ta' kif inti tippjana, kif tqassam u kif tagħraf dak kollu li huwa għaqli għalik. L-importanti li tibda tagħraf iżjed lilek innifsek u dak li tixtieq. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ġimgħa. Aquarius huma magħrufin bħala nies ta' attenzjoni. Id-dati ideali għalik f 'din il-ġimgħa huma: 19, 22, 23 u 24. Namaste Pisces mid-19 ta' Frar sal-20 ta' Marzu L-aħħar ġimgħa taħt iż-żodijaku ta' Libra għalik bħala Pisces ser ifisser li int ma tistax tibqa' aktar titrateni fid-deċiżjonijiet li tkun trid tieħu sabiex b'hekk tkun aktar flessibbli f 'dawk is-sitwazzjonijiet li qabel kont tkarkar bihom. B'hekk minn issa dawn ser jibdew ikunu solvuti fi żmien aċċettabbli u b'hekk tagħraf tħares 'il quddiem b'aktar trankwillità u direzzjoni pożittiva. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa. Pisces huma magħrufin bħala nies ta' ideat pożittivi li jafu joffru. Id-dati ideali għalik f 'din il-ġimgħa huma: 18, 20, 22 u 23. Namaste Aries mill-21 ta' Marzu sad-19 ta' April L-aħħar ġimgħa taħt iż-żodijaku ta' Libra għalik bħala Aries ser ikun ifisser direzzjoni ġdida u stabbilita fil-karriera li dejjem xtaqt sabiex int tkun tista' tavvanza f 'dak li int tkun tixtieq u għalkemm dan kien iseħħ iżda kien jiġri b'mod kajma. Issa l-karriera sabet dik iċ- ċavetta ideali sabiex tavvanza b'aktar ritmu lejn dak li riesaq lejk. Agħraf dan. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn. Aries huma magħrufin bħala nies ta' flessibilità. Id-dati ideali għalik f 'din il-ġimgħa huma: 19, 21, 23 u 24. Namaste Taurus mill-20 ta' April sal-20 ta' Mejju L-aħħar ġimgħa taħt iż-żodijaku ta' Libra għalik bħala Taurus ser ikun ifisser direzzjoni aktar preċiża ta' fejn trid tkun fil-ħajja u fejn eżattament trid tasal. Dan ser jagħmlek iktar stabbli, iżda xorta trid tagħraf iżżomm saqajk mal-art sabiex dak li minn issa takkwista tkun kapaċi biżżejjed tkompli tkattar u ssaħħaħ fiż-żmien li ġej.L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ħamis. Taurus huma magħrufin bħala nies ta' burdata stabbli. Id-dati ideali għalik f 'din il-ġimgħa huma: 18, 20, 22 u 24. Namaste Gemini mill-21 ta' Mejju sal-20 ta' Ġunju L-aħħar ġimgħa taħt iż-żodijaku ta' Scorpio għalik bħala Gemini ser tkun fażi ta' direzzjoni u riflessjoni, kemm mill-att dwar il-ħajja ta' madwarek imma wkoll sabiex tkun kapaċi ssib forma ta' ħin għal aktar rilassament madwarek. Sitwazzjoni li verament tant għandek bżonn. B'dan il-mod int tibda tħossok aħjar u aktar motivat biex tibda tkattar lilek innifsek. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta. Gemini huma magħrufin bħala nies umli. Id-dati ideali għalik f 'din il-ġimgħa huma: 19, 21, 22 u 23. Namaste Cancer mill-21 ta' Ġunju sat-22 ta' Lulju L-aħħar ġimgħa taħt iż-żodijaku ta' Libra għalik bħala Cancer ser tkun tfisser pawsa mir-ritmu li qbadt fil-karriera tiegħek sabiex tikkonċentra aktar għal dak li riesaq lejk sabiex meta jkun jinħass li stabbilixxejt din il-pawsa tinħall u terġa' taqbad ir-ritmu u hekk tkattar iżjed mingħajr ma jinqalgħu xi kumplikazzjonijiet. Għalhekk għandek tagħraf sew dan. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ġimgħa. Cancer huma magħrufin bħala nies li jservu ta' pont. Id-dati ideali għalik f 'din il-ġimgħa huma: 18, 21, 23 u 24. Namaste Virgo mit-23 ta' Awwissu sat-22 ta' Settembru L-aħħar ġimgħa taħt iż-żodijaku ta' Libra għalik bħala Virgo ser ikun ifisser li trid tagħraf li s-sitwazzjonijiet diffiċli ta' madwarek issa huwa l-waqt li int b'tant pożittività madwarek. Tibda tħares 'il quddiem b'aktar determinazzjoni sabiex dak li riesaq lejk tkattru u tkun ta' risposta qawwija lejn il-passat li esperjenzajt. Ħares biss 'il quddiem. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn. Virgo huma magħrufin bħala nies ta' indipendenza. Id- dati ideali għalik f 'din il-ġimgħa huma: 19, 21, 22 u 23. Namaste Libra mit-23 ta' Settembru sat-22 ta' Ottubru L-aħħar ġimgħa taħt iż-żodijaku ta' Libra għalik bħala Libra ser ikun ifisser li int issa trid tagħraf lejn liema direzzjoni ser tiġbed. Ħares biss lejn l-opportunitajiet li resqin lejk li minn issa int trid tkun iffukat sabiex ikollok dik id-direzzjoni li tant qed taspira għaliha. Għalhekk irrifletti sew. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ħamis. Libra huma magħrufin bħala nies ta' organizzazzjoni. Id- dati ideali għalik f 'din il-ġimgħa huma: 18, 20, 22 u 24. Namaste Sagittarius mit-22 ta' Novembru sal- 21 ta' Diċembru L-aħħar ġimgħa taħt iż-żodijaku ta' Libra għalik bħala Sagittarius ser ikun ifisser bidla f 'dak li għandu x'jaqsam mal- karriera tiegħek fejn il-probbabiltà hi li tħoss li wasal iż-żmien għall-bidla. Dan ilu jdur madwarek imma issa dan ser ikun attwat sabiex dan il-pass jista' wkoll uħ ta' diversi opportunitajiet li qatt qabel ma kont esperjenzajt. Issa emmen iżjed f 'ħiltek.L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt. Sagittarius huma magħrufin bħala nies emozzjonali ħafna. Id-dati ideali għalik f 'din il-ġimgħa huma: 18, 21, 22 u 24. Namaste Scorpio mit-23 ta' Ottubru sat-21 ta' Novembru L-aħħar ġimgħa taħt iż-żodijaku ta' Libra għalik bħala Scorpio ser tkun fażi li iha trid iżżid l-ħila fil-karriera kif ukoll fil-madwar kollu tiegħek. Minn issa trid tkun iffukat fid-direzzjonijiet tiegħek u ma tridx tibża' minn xi deċiżjonijiet li trid tieħu. Dan ser tagħmlu biss fl-interess tiegħek sabiex minn issa tkompli titkattar u tissaħaħ. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ħamis. Scorpio huma magħrufin bħala nies spontanji. Id-dati ideali għalik f 'din il-ġimgħa huma: 19, 20, 21 u 23. Namaste Capricorn mit-22 ta' Diċembru sad- 19 ta' Jannar L-aħħar ġimgħa taħt iż-żodijaku ta' Libra għalik bħala Capricorn ser ikun ifisser aktar tħassib dwar direzzjonijiet differenti li int se tibda twettaq dwar dak li għandu x'jaqsam personalment miegħek. Dan se jagħmlek aktar konxju dwar fejn int trid twettaq dan it-tibdil għal dawk id-direzzjonijiet li hemm resqin lejk. Agħraf li dan huwa żmien ideali għalik. Irrifletti sew. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta. Capricorn huma magħrufin bħala nies ta' twemmin fihom infushom. Id-dati ideali għalik f 'din il-ġimgħa huma: 19, 20, 21 u 23. Namaste Leo mit-23 ta' Lulju sat-22 ta' Awwissu L-aħħar ġimgħa taħt iż-żodijaku ta' Libra għalik bħala Leo ser ikun fażi sabiex tagħraf li ma tibqax fi stat ta' iżolament maqtugħ minn ċertu aspetti tal-ħajja. Bil-mod tibda tiaħ ċertu toroq biex tal- inqas tisma' ideat ġodda li jafu joffrulek forma ta' direzzjoni. Għalkemm int magħruf li timxi biss fuq dak li tħoss int issa huwa l-waqt li tibda tinbidel. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa. Leo huma magħrufin bħala nies ta' determinazzjoni profonda. Id-dati ideali għalik f 'din il-ġimgħa huma: 18, 20, 22 u 24. Namaste

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 18 October 2020