Illum previous editions

ILLUM 25 October 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1302886

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 27

27 films illum • IL-ĦADD 25 TA' OTTUBRU 2020 Carmel Bonnici Films dwar il-pjaneta Mars (2) Ikompli minn nhar il-Ħadd li għadda Issa se nagħti xi tagħrif qasir fuq l-aħjar films b'din it-tema: Invaders From Mars (1953) dirett minn William Cameron Menzies. Jaħdmu Helena Carter, Arthur Franz, Leif Ericson. 78 minuti. Film tax- xjenza fittizja tassew stilizzat li jiżvolġi mill-punti di vista ta' tifel żgħir li jkun hu biss li jinnota nvażjoni Marzjana ta' aljeni li jaħtfu u jiddoktrinaw il- moħħ ta' residenti ta' belt żgħira Amerikana. Dan il-film reġa' nħadem ħafna aktar brutali fl- 1986. Red Planet Mars (1952), 87 minuti. Direttur Henry Horner u jidhru Peter Graves, Andrea King, Marvin Millar. Produzzjoni stramba fejn xjentist jipprova jfisser messaġġi ġejjin minn Mars, li jirriżultaw ġejjin minn Alla. Dan kien film kollu propaganda kontra l-Kommuniżmu, suġġett tassew topiku għal dak iż-żmien. Flight To Mars (1951), 72 minuti. Dirett minn Lesley Selander bl-atturi Marguerite Chapman, Cameron Mitchell, Viginia Huston u Arthur Franz. Xjentisti u riporters jillandjaw fuq din il-pjaneta u jiskopru ċivilizzazzjoni mitlufa. Film sodisfaċenti. Devil Girl From Mars (1954), 77 minuti. Jaħdmu Patricia Laffan, Hugh McDermott, Hazel Court u Adrienne Corri taħt id- direzzjoni ta' David MacDonald. F'din il-produzzjoni Brittanika, Laffan (li ħadmet il-parti ta' Poppaea fil-kolossali Quo Vadis) liebsa b'ġakketta tal- ġilda tillandja f 'post imwarrab fl-Iskozja, b'robot magħha qisu friġġ, tfittex irġiel umani għat- tnissil. Conquest Of Space (1955), 80 minuta. Direttur Byron Haskin. Jidhru Eric Fleming, William Hopper u Ross Martin. Film komuni pero'b'effetti speċjali viżżwali tajbin dwar l-ewwel vjaġġ lejn il-Pjaneta l-Ħamra, bi script ta' kafkaf u enfasi żejda fuq ir-reliġjon. Ibbażat minn fuq il-ktieb The Mars Project ta' Werner Von Braun. The Angry Red Planet (1959) 83 min. Direttur Ib Melchior. L-atturi huma Gerald Mohr, Nora Hayden u Les Tremayne. Fl-ewwel spedizzjoni mid-dinja tagħna lejn Mars, l-astronawti jiltaqgħu ma' mostri nkredibbli u effetti strambi. Maħdum bi proċess li semmewh Cinemagic li jbiddel kollox f 'kulur roża. It! The Terror From Beyond Space (1958), 69 minuti. Direttur Edward L. Cahn. Jaħdmu Marshall Thompson, Shawn Smith u Ann Doran. It- tieni vettura lejn Mars terġa' lura lejn id-dinja bl-uniku wieħed li salva mill-ewwel spedizzjoni akkużat li qatel lil sħabu. Imma l-veru qattiel hu mostru minn Mars li rnexxielu jidħol fil- vettura spazjali. Dan kien il- film li ta ispirazzjoni għall-film kult tal-biża' Alien (1979) Robinson Crusoe On Mars (1964) 107 minuti. Jidhru Paul Mantee, Vic Lundin u Adam West, bid-direttur ikun Byron Haskin. B'xi mod ispirat minn novella klassika ta' Daniel Dafoe, b'Mantee bħala awtronawta nawfragat fuq il- Pjaneta l-Ħamra għall-ewwel akkumpanjat biss minn xadina. Jissieħeb miegħu wieħed aljen jismu Friday maqbud hemm. Fotografija sabiħa ta' Death Valley, California u produzzjoni ta' livell għoli! Mars Attacks! (1996) 103 minuti. Direttur Tim Burton, bl-atturi Jack Nicholson, Glenn Close u Pierce Brosnan. Xogħol li jgħaddi passata bil-films dwar xi nvażjoni aljena tas-snin ħamsin. Il-Marzjani jillandjaw fuq artna, l-President Nicholson jippriedka l-kalma u r-raġuni, imma l-aljeni ħsiebhom biex bil- pistoli tagħhom jiddisintegraw lill-umani. Effetti viżżwali u animazzjoni tajbin ħafna, biss il-film juri pretenzjoni żejda, Ibbażat minn fuq is-serje tal- kupuni Topps tas-snin sittin li wieħed kien isib fil-pakkett tac- chewing gum. Red Planet (2000) 106 min. Dirett minn Anthony Hoffman. Jaħdmu Val Kilmer, Tom Sizemore u Carrie-Ann Moss. Fis-sena 2050, bid-dinja tagħna kważi nieqsa mill-arja tant bżonnjuża u riżorsi naturali, jinħadem pjan biex il-Pjaneta Mars tkun ossiġinata. Dan ifalli. Mission To Mars (2000) 116 minuti. Id-direttur hu Brian De Palma u l-atturi Gary Sinise, Don Cheadle, Connie Nielsen u Tim Robbins. L-avvenimenti jseħħu fuq Mars bejn is-snin 2020 u 2022 fejn l-ewwel vettura spazjali tinżel fuq il-Pjaneta l-Ħamra pero' jinqata' malajr il-kuntatt mal-astronawti. Biex tasal vettura oħra jridu jgħaddu sitt xhur imma l-misterju ta' qabel għadu ma ssolviex. The Martian (2015) 141 minuti. Direttur Ridley Scott u jaħdmu Matt Damon, Jessica Chastain, Kristen Wiig u Jeff Daniels. Astronawta maħsub mejjet, jitħalla fuq Mars meta l-ekwipaġġ sħabu jitilqu lura malajr wara maltempata qawwija ta' trab. Hu jrid jara kif se jirnexxilu jżomm ruħu f 'saħħtu sakemm in-NASA terġa' tmur lura għalih, vjaġġ li jieħu diversi xhur. Il-Pjaneta Mars żgur li se tibqa' tnissel kurżita' mhux biss fix- xjentisti u dawk li jamminstraw vjaġġi fl-ispazju imma anki fil- produtturi taċ-ċinema.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 25 October 2020