Illum previous editions

ILLUM 25 October 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1302886

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 27

06 analiżi IL-ĦADD 25 TA' OTTUBRU 2020 • illum L-EWWEL TEST TA' BERNARD SE JIMPRESSJONA JEW JIDDIŻAPPUNTA? Nhar it-Tnejn filgħaxija - ġimgħa wara l-baġit - il-Kap tal- Oppożizzjoni se jagħti l-ewwel diskors twil tiegħu li huwa wkoll avveniment annwali għal kull Kap tal-Oppożizzjoni. Imma fuqhiex jeħtieġ jaħdem jekk irid jimpressjona? U x'jista' jagħmel biex jiddiżappunta? L-ILLUM tanalizza ... ALBERT GAUCI CUNNINGHAM It-Tnejn filgħaxija Bernard Grech se jkollu l-ewwel test tiegħu f 'termini ta' diskors pubbliku - li probabbli jkunu qed jarawh eluf ta' nies, inkluż persuni li m'għandhomx l-intenzjoni jivvutawlu u ħafna oħrajn li għadhom ma jafux kif se jivvutaw. Id-diskors ta' madwar sagħtejn u nofs fil-Parlament it-Tnejn filgħaxija se jkun iġġudikat fuq tliet affarijiet importanti għal kull Kap tal-Oppożizzjoni u politiku: L-ewwelnett: Kritika lejn il- programm finanzjarju u ekonomiku tal-Gvern. It-tieni: Viżjoni, miżuri u programm alternattiv għal dak tal-Gvern u finalment it-tonalità u preżentazzjoni tal-istess diskors. F'dan l-ispazju il-gazzetta ILLUM se tagħti ħarsa lejn liema huma l-aktar punti importanti li se jiddeterminaw jekk it- Tnejn filgħaxija Grech hux se jimpressjona jew inkella hux se jiddiżappunta f 'dan l-ewwel test kruċjali għalih. Baġit li huwa għadma iebsa għalih Kien ikun aktar faċli għal Bernard Grech li kieku l-baġit kien mimli taxxi u miżuri li jieħdu l-flus, li naturalment iqajmu rabja u tħassib fost il-popolazzjoni. Il- fatt li ma kienx jagħmilhielu ħafna aktar diffiċli biex jimpressjona lill- udjenza tiegħu. Fil-fatt matul il-ġimgħa wieħed seta' jinnota illi l-PN it li xejn ikkritika miżuri individiwali mill- baġit u minflok ikkritika dak li sejjaħ bħala nuqqas ta' viżjoni għall-futur. Jekk wieħed jindividwa numru ta' miżuri se jsibha diffiċli ferm li jikkritika n-natura tagħhom apparti li forsi huma "tal-mument" u huma biss injezzjoni biex jiżdied il-konsum għal it ġimgħat jew xhur. Il-problema ta' Grech hija li ma jistax jidher daqslikieku huwa kontra miżuri bħall-vouchers u ċekkijiet li fl-aħħar mill-aħħar, lilhinn minn jekk jiddependux minnhom jew le, kulħadd jieħu gost bihom. Jekk Grech irid li jissorprendi jrid jagħmel tiegħu wkoll dawn il-miżuri u jambraċċahom daqslikieku għamilhom hu. Jekk jieħu t-triq li forsi tinżel tajjeb ma' wħud mill-għeruq tal-PN illi jarmi dawn il-miżuri bħala "bżar fl- għajnejn" u "mezz kif tixtri l-voti" jkun qed jagħmel l-istess żball li għamlu l-predeċessuri tiegħu u jissottovaluta kemm hemm persuni - inkluż votanti tal-PN stess - li japprezzaw dawn it-tip ta' miżuri, b'mod speċjali dik tal-Wage Supplement li wara kollox qed isservi biex issalva eluf impjiegi. Għalhekk hija għadma iebsa għal Grech għaliex irid jilħaq bilanċ bejn tifħir ta' miżuri milqugħin mill-Korpi Kostitwiti kważi kollha u fl-istess ħin jgħid x'jista' jagħmel aħjar. Kif kien itejjeb il-qagħda finanzjarja tal-pajjiż? X' miżuri finanzjarji oħrajn kien iwettaq biex in-negozji li għaddejjin ħażin jirkupraw aktar malajr? Kif se jiaħ aktar fuq miżuri bħal tal-kirjiet għal negozji msemmija fir-rapport ta' qabel il-Baġit tal-PN? Fil-fatt Grech għandu jiaħ ħafna aktar fuq dawn il-proposti li tpoġġew taħt id-dell tal-baġit innifsu u jgħid kif għandhom isiru, kemm jiswew u jekk hemmx miżuri simili li saru barra minn

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 25 October 2020