Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1302886
20 opinjoni Insaħħu s-settur tal-edukazzjoni IL-ĦADD 25 TA' OTTUBRU 2020 • illum Owen Bonnici Owen Bonnici huwa l-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol D an il-baġit se jkompli jinċentiva t-tkabbir ekonomiku. Dan kien u se jibqa' l-għajn ta' kull ġid li bih il-Gvern jibqa' jsaħħaħ diversi setturi, ikompli jgħolli l-livell tal-edukazzjoni, u fuq kollox jipprepara ruħu għal kwalunkwe kriżi li pajjiżna jista', kif fil-fatt qiegħed, jiffaċċja. Is-settur tal-Edukazzjoni se jissaħħaħ mhux biss permezz tal- allokazzjoni ta' Fondi Ewropej għal Malta u Għawdex li l-Gvern Malti kiseb u li jlaħħqu aktar minn żewġ biljun ewro, imma wkoll għaliex b'għaqal u ppjanar serju qed jara x'inhuma l-aħjar interessi tas- soċjetà tagħna. Għaqal u ppjanar li wasslu biex fil-baġit li għadu kemm tħabbar, naraw miżuri għat-tisħieħ ta' dan is-settur. Mhux biss investiment fl- infrastruttura tal-edukazzjoni, imma wkoll miżuri li jkomplu jgħinu kemm lill-istudenti u wkoll lill-ġenituri tagħhom fil-mixja, il- vjaġġ edukattiv tagħhom. U nieħu gost għalhekk meta nara studenti li qed jieħdu bis- serjetà, il-bażi tal-futur tagħhom, l-edukazzjoni. Qed ngħid dan għaliex rajna żieda ta' 20% fin-numru ta' applikazzjonijiet f '230 kors full-time fl-MCAST. Rajna 4,734 student u studenta ġodda jingħaqdu mal-komunità Universitarja. Fil-Junior College kien hemm aktar minn 1,100 student u studenta oħra li wkoll ngħaqdu ma' sħabhom biex ikomplu l-istudji tagħhom wara s-snin fl-iskejjel Sekondarji. Studenti oħra li qed ikomplu l-istudji tagħhom fil-Giovanni Curmi Higher Secondary u kif ukoll s-Sixth Form t'Ghawdex (Sir Michaelangelo Refalo). Rajna riżultati sbieħ, minkejja ċ-ċirkostanzi, ta' attendenza fl- iskejjel tal-istat. U aħna qegħdin hemmbiex inkomplu ninkoraġixxu lil dawn l-istudenti u nagħtuhom l-appoġġ kollu li għandhom bżonn biex ikomplu l-istudji tagħhom. Huwa għalhekk li se nagħtu aċċess għall-internet b'xejn, għal sena sħiħa, lil dawk l-istudenti li jagħżlu li jkomplu jistudjaw wara li jtemmu l-istudji tagħhom fis- sekondarja. Huwa għalhekk li biex inkomplu nsaħħu l-esperjenza edukattiva għal uliedna, se noffru wkoll sessjonijiet online, għall-ġenituri, biex flimkien mal-għalliema, jikkontribwixxu u tingħata edukazzjoni aqwa fl-edukazzjoni ta' wliedhom. Bħala Ministeru, se naraw li nilqgħu wkoll għall-ħtiġijiet tal- istudenti u l-edukaturi tagħna. Se nissokktaw bl-investiment infrastrutturali f 'istituzzjonijiet ta' edukazzjoni terzjarja u fl- iskejjel. Matul is-sena d-dieħla se ninvestu f 'kumpless sportiv ġdid fl-Università ta' Malta, li se jinkludi, fost l-oħrajn, faċilitajiet għall-arti performattiva; indoor track għat- taħriġ tal-atleti; grawnd tal-futbol full size; trekk olimpiku u binja ġdida għall-Istitut tal-Edukazzjoni Fiżika u għall-Iskola tal-Arti Performattiva. Se nkomplu wkoll bit-titjib u bini ta' aktar faċilitajiet fl-MCAST li jwasslu biex l-istudenti, l-impjegati u l-komunità tal-madwar ikollhom aċċess għal faċilitajiet sportivi, rikreattivi, u edukattivi. Din is-sena li ninsabu fiha lestejna l-Iskola ġdida tal-Primarja fil-Qawra u fażi oħra tal-Iskola Sekondarja taż-Żejtun. Daqt se nlestu r-restawr tal-Iskola tal-Arti, fil-Belt Valletta. U se nkomplu naħdmu biex naraw li l-ambjent skolastiku jkun wieħed mill-aqwa li jista' jkollna. Dan se nagħmluh billi se nissokktaw b'iktar xogħlijiet fuq il- bini ta' żewġ skejjel ġodda - dik tal- Iskola Primarja fir-Rabat Għawdex u dik tal-Imsida. Se nkomplu bil-ħidma ta' estensjoni u xogħol maġġuri ta' immodernizzar tal- Iskola Sekondarja ta' Santa Luċija u l-Iskola Primarja ta' San Ġorġ ta' Ħal Qormi. Dan l-investiment fl- infrastruttura edukattiva, huwa meħtieġ biex ikun hemm futur edukattiv aħjar għal uliedna. Qed nieħdu ħsieb mhux biss l-infrastruttura, li hija importanti ferm minħabba li tipprovdi ambjent edukattiv dehen għall- istudenti u l-eduakturi. Imma dan huwa Gvern li huwa kommess li jkompli jipprovdi opportunitajiet ta' tagħlim lit-tfal, iż-żgħażagħ u l-adulti kollha biex dawn jiksbu l-ħiliet meħtieġa biex jirnexxu fuq il-post tax-xogħol u fis-soċjetà. Dan kollu qed isir f 'qafas ta' strateġija għas-sistema edukattiva tagħna, li għandha twassal biex tkompli tnaqqas, b'mod gradwali, ir-rata tal-early school leavers; iż- żieda fl-adulti ta' bejn it-30 u l-34 sena li jkollhom kwalifiċi ta' livell terzjarju u aktar parteċipazzjoni fit-tagħlim għall-adulti. * * * Bla dubju is-settur tal- edukazzjoni jolqot lil ħafna u ħafna nies u l-uħ tal-iskejjel u l-istituzzjonijiet edukattivi kollha l-oħra ma setgħax ikun possibbli mingħajr xogħol kbir li sar fix-xhur preċendenti. Saret ħidma kbira li kollha kemm hi kienet immirata biex uliedna jkomplu għaddejjin bl-edukazzjoni tagħhom u ninsab kuntent immens b'din il-ħidma biex l-iskejjel u l-Istituzzjonijiet l-oħra fetħu u se jibqgħu miuħin. Il-uħ tal-Iskejjel u l-Istituzzjonijiet Edukattivi ġie wara li tpoġġew f 'posthom aktar minn 50 miżura li kollha jħarsu li jipproteġu lill-istudenti u wkoll lill-edukaturi. Aktar minn hekk, aħna morna 'l hinn u qabbadna assessors indipendenti u li jinsabu fuq il- kotba tal-OHSA li għamlu assessjar tal-iskejjel kollha tal-istat. Dan wassal biex kull skola għandha ċertifikat li din tinsab konformi mal-protokolli kollha kif mitluba mill-Awtoritajiet tas-Saħħa għall- uħ mill-ġdid tal-iskejjel. Kif qal il-Prim Ministru, l-Maltin u l-Għawdxin huma poplu ta' suċċess. U qatt daqs f 'din il-pandemija ma kellna għalfejn inkunu daqstant kburin bil- kapaċitajiet tagħna. Kapaċitajiet li jien personalment rajthom f 'dawn l-aħħar ġimgħat, xhur, fis-settur edukattiv, meta ppreżentati bl-isfidi kollha li ġabet magħha din l-imxija, rajt l-għaqda u r-rieda biex lill-uliedna sa' mill- ewwel ġurnata ma' nħalluhomx fil-għama, imma nuruhom li aħna qegħdin hemm għalihom. Għax nemmnu bis-sħiħ li It-tfal u studenti tagħna għandu jkollhom aċċess għall-aqwa edukazzjoni, jiġifieri edukazzjoni fil-klassi. Intenni li ninsab kuntent bix- xogħol li sar, li permezz tiegħu rajna u wasalna mhux biss biex niħu childcare centres li baqgħu miuħin, Skolasajf li bdiet u ntemmet b'suċċess, saru l-eżamijiet tas-SEC u l-MATSEC, imma fetħu l-iskejjel kollha Statali u l-Istituzzjonijiet kollha Terzjarji u edukattivi. Aħna għan wieħed għandna. Li naraw li l-edukazzjoni verament tkompli miexja 'l quddiem. * * * Dan il-baġit huwa wieħed li jħares lill-familji, l-impjiegi u n-negozji. Dak li tħabbar fil-baġit seta' jsir għaliex għandna pajjiż b'saħħtu, b'ekonomija li fl-eqqel ta' pandemija ilha erba' xhur toħloq l-impjiegi, tant li l-qgħad naqas b'aktar minn elf ruħ. Aktar minn hekk, s-sena d-dieħla, kif tħabbar, qed nistennew li jkollna żieda ta' 2.3 fil-mija fl-impjiegi filwaqt li l-livell talqgħad mistenni jibqa' relattivament baxx b'rata ta' 4.0 fil-mija. Wara li kellna baġit bil-għan li l-Gvern jgħin lil dawk milquta mill-pandemija, ħabbrna wkoll li l-Gvern se jalloka madwar mija u għoxrin miljun ewro (€120 miljun) f 'fondi Ewropej, li Malta kisbet taħt il-programm ġdid ReactEU, kif ukoll xi fondi oħra Ewropej, biex ikompli jsostni l-impjiegi li ġew milquta mill-pandemija tal- COVID-19. Maltin b'Saħħitna 'l Quddiem, ingawdu mill-aqwa baġit fl-istorja ta' pajjiżna.