Illum previous editions

ILLUM 25 October 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1302886

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 27

12 intervista IL-ĦADD 25 TA' OTTUBRU 2020 • illum 'Il-Gvern qed jissellef biex ... imma xi ħadd irid iġorru ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Il-politiku tal-mument, bħal dejjem daż- żmien sena, huwa l-Ministru tal-Finanzi u bħal dejjem il-gazzetta ILLUM tagħti ħarsa lura lejn il-Baġit mal-persuna li resqitu: Edward Scicluna. Dan kien id-disa' baġit ta' Scicluna u wieħed li ġab ħafna approvazzjoni mill- unjins, assoċjazzjonijiet li jħaddmu, dawk li jirrapreżentaw lit-turiżmu u bosta oħrajn. Naturalment it-test veru ta' baġit ikun meta jitressaq ieħor u wieħed ikun jista' jiġġudika fuq il-frott (jew in-nuqqas tiegħu). 'Kellna għażla: Jew innaqqsu l-VAT jew vouchers ...' Nibdew billi nistaqsu lil Scicluna dwar il-vouchers, miżura mfaħħra minn bosta negozji li sostnew illi kieku ma kienx għaliha r-rota ma kinitx iddur wisq fl- aħħar xhur. Pero ma jaħsibx li kien jagħmel aktar sens li tqassmu fil-Milied sabiex jagħti impetu qawwi lin-negozju f 'dan iż-żmien, meta normalment ikun b'saħħtu? Il-Ministru Scicluna jibda billi jfakkar illi għal din il-miżura hemm allokat somma "konsiderevoli" ta' €50 miljun u kieku ssir din is-sena taqa' taħt il-baġit ta' din is-sena, li jkun ifisser li tiżdied mal-ħafna spejjeż li diġa' kellu l-pajjiż għal-2020. "Ir-risposta hija li dan kien baġit għall-2021. Pero' fil-fatt kienu l-operaturi stess li għamlu din it-talba," jgħid il- Ministru mal-ILLUM. "Minkejja li huwa żmien diffiċli, fil-Milied forsi jkun hemm min joħroġ naqra u jagħmel xi ħaġa barra." Minn naħa l-oħra l-Ministru Scicluna fakkar li x-xhur ta' wara, normalment kwieti anke fi snin fejn ma kellniex pandemija, se jkunu ta' sfida. Għalhekk il-Gvern Malti se joħroġ il-vouchers f 'Jannar għax irid jimbutta l-infieq f 'xhur batuti. "Din il-miżura kienet għażla: Jew innaqqsu l-VAT jew nerġgħu noħorġu l-vouchers," sostna Edward Scicluna li kompla jispjega kif l-idea tal-VAT kienet inferjuri minħabba tliet raġunijiet. L-ewwelnett għax kull miżura bħal din hija diffiċli li treġġaha lura. Allura l-Gvern isibha diffiċli li jnaqqas il-VAT imbagħad f 'punt fil-futur jerġa' jgħolliha, spjega Scicluna. It-tieni raġuni hija li diffiċli illi tnaqqis bħal dan jgħaddi kollu kemm hu għand il-konsumatur - mhux kull tnaqqis fit-taxxa ifakkar tgħaddi għand il-konsumatur, anzi ġieli madwar 50% ma tgħaddix. U finalment il-Ministru Scicluna jgħid illi traħħis fil-VAT ma jiggarantixxix li l-konsumatur se jikkonsma. "Ara l-vouchers se tonfoqhom la qegħdin għandek. Lanqas jekk tmur għand l-irħas ristorant tieħu pizza għax xorta se tonfoqhom," fakkar Scicluna. Huwa qal li din hija l-filosofija li meta ma jkunx hemm domanda l-Gvern jimbutta biex tinħoloq id-domanda. 'Min ma ħax u ħaqqu u min ħa u ma kienx ħaqqu daqstant' Induru fuq miżura oħra mfaħħra, speċjalment minn min iħaddem, dik tal-Wage Supplement. Jista' l-Ministru jispjega aħjar kif din id-darba l-miżura se tkun differenti? Se tapplika għal kull min ra waqa' kbira fix-xogħol, anke jekk mhux f 'setturi li mhumiex igawdu minnha bħalissa? "L-ewwelnett ma rridux nitilqu mill- oġġettiv tal-miżura għax l-oġġettiv kien u jibqa' li nsalvaw l-impjiegi," qal il-Ministru. Huwa sostna li l-pandemija hija xi ħaġa temporanja u għalhekk l-għan tal-Gvern huwa li matul dan iż-żmien jgħin lill- impjegaturi jżommu lill-ħaddiema sabiex ikomplu fejn ħallew, ladarba l-pandemija tgħaddi. "Naturalment il-Gvern qed jissellef biex jagħmel dawn il-miżuri u biex il-ħaddiema, bħall-għalliema, il-pulizija u l-infermiera jibqgħu jitħallsu. Għal dawn il-miżuri il- Gvern se jissellef 5.9% u xi darba jrid ipatti għalihom," qal Scicluna mal-ILLUM Hu jfakkar li normalment Malta kien qed ikollha mat-2.5 miljun turist fis-sena. "Ara kemm tlifna flus! U dawn tlifnihom għal dejjem, il-pajjiż ma jistax iġibhom lura." Huwa qal li fil-bidu l-miżura tal-Wage Supplement saret b'rata waħda għal settur sħiħ, "imma issa kellna ċ-ċans li naraw min ma ħax u kien ħaqqu u min ħa u forsi ma kellux bżonn daqs ħaddieħor. Allura issa minflok rata waħda se jkollna erba' jew ħamsa per eżempju. Kull każ għalih." Il-gazzetta tinnota li teżisti impressjoni li ħafna negozji ma ħarġux l-€400 tagħhom, apparti t-€800 tal-Gvern, għaliex ma setgħux. Veru dan? Filwaqt li l-Ministru jfakkar li hija l-Malta Enterprise li jkollha tali numri u figuri jgħid illi jaf li ġrat u għadha qed tiġri. Iżda huwa kompla jfakkar illi "l-ħmar il- magħkus ma tistax toqgħod issawtu, inkella ġġiegħlu jagħlaq u xorta jkollu jkeċċi." 'Hija assurda li ddaħħal taxxi bħalissa' Ħafna drabi jissemma' l-fatt li dan, bħat- tmienja ta' qablu ta' Gvern Laburista kollha mressqin mill-istess Ministru Scicluna, huwa 'baġit bla taxxi.' Imma kemm hi sostenibbli din, hekk kif hu stess qed jgħid li l-Gvern qed joħroġ ħafna iktar u jdaħħal ħafna inqas? Dan kien l-aħħar baġit bla taxxi? "Jiena lanqas għidtha baġit bla taxxi - tkun assurda li ddaħħal taxxi f 'dan iż-żmien anzi tistenna li ma jsirux," jgħid Scicluna. Huwa jfakkar kif il-Bank Ċentrali Ewropew stess qed iħeġġeġ għall-infieq bħalissa, "għax hekk hemm bżonn." "Imma xi ħadd irid iġorru l-prezz ta' dan is-self," jinsisti Scicluna. Hu jgħid iżda illi kieku d-dejn f 'Malta ikun ta' 100% jew 120% tal-Prodott Gross Domestiku, kif ifakkar li huwa f 'pajjiżi bħal Spanja, l-Ingilterra u Franza, imbagħad jibda diskors dwar taxxi. "Hemmhekk diġa' qed jgħidu 'se nintaxxaw lis-sinjur u lill- kumpaniji diġitali kbar' ... logħob politiku biex dak li jkun jgħid u 'iva ntaxxahom lis- Din il-ġimgħa kienu qed jarawh ħafna nies, iħabbar il-programm finanzjarju u ekonomiku tal-Gvern. Il-gazzetta ILLUM tistaqsi lill- Ministru Edward Scicluna dwar il-vouchers, il-Wage Supplement, ir-rapport tal-Moneyval u l-kritika tal-PN għall-Baġit 2021

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 25 October 2020