Illum previous editions

ILLUM 25 October 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1302886

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 27

13 intervista illum • IL-ĦADD 25 TA' OTTUBRU 2020 jagħmel dawn il-miżuri iġorru l-prezz ta' dan is-self' sinjuri'!" Fil-każ ta' Malta, jispjega, d-dejn huwa ta' 43% u jekk tgħodd id-djun ta' din is-sena u dak antiċipat għad-dieħla se jkun qed ilaħħaq madwar 60% tal-Prodott Gross Domestiku. "F'dan il-każ - avolja jiena ma nwiegħed xejn - ikollna fejn nimmanuvraw u ma jkollniex bżonn ta' taxxi." Ladarba qed isemmi l-previżjonijiet l-ILLUM tfakkru li l-Gvern qiegħed saħansitra jipprevedi tkabbir għas-sena d-dieħla. Ma jaħsibx li dan huwa wisq ottimist meta wieħed jiakar li hemm pandemija? "Faċli," jibda jwieġeb il-Ministru Edward Scicluna. "Ħares lejn l-ittra 'V', tinżel u terġa titla' u allaħares ma jkunx hekk. Issa aħna qed ngħidu li wara li nkunu tlifna sentejn (2020 u 2021) se nerġgħu niġu lura għal-livelli tal- 2019." PN: Ma basarx li jkomplu jippruvaw jgħaddsu lill-pajjiż Induru fuq ir-reazzjoni tal-Oppożizzjoni Nazzjonalista għall-baġit, bil-kumment inizzjali tal-Kap tal-PN Bernard Grech jisħaq li dan huwa Gvern għajjien li mhux qed iħares lejn il-futur. X'inhi r-reazzjoni tiegħu għal dan? Huwa qal li fil-karriera politika tiegħu, bosta drabi segwa oppożizzjonijiet madwar id-dinja "li jkunu ta' stoffa it ogħla," saħaq. "Li toqgħod tgħid għax gvern għajjien kapaċi jgħidha kulħadd." Huwa sostna li apparti li l-Oppożizzjoni għandha bżonn torganizza ruħha aħjar, hemm bżonn ukoll li tapprezza l-mudell ekonomiku li qed jitħaddem bħalissa. "Jiena niakar li fit-tmenijiet konna ngħidu ara l-outward looking fi żmien it-tmexxija Gvern ta' Eddie Fenech Adami kemm ħalla frott ekonomiku," sostna Scicluna mal- ILLUM. Imma l-gazzetta tfakkru li waħda mill- punti ta' kritika li ssir mill-PN hija li meta ġie l-maltemp l-pajjiż kellu jistrieħ fuq setturi, bħall-igaming u s-servizzi finanzjarji, li jfakkar illi ġabhom Gvern Nazzjonalista. Allura Gvern Laburista x'għamel? Ġab setturi ġodda jew sempliċiment bena fuq dak li sab? Il-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna fakkar li ħadd ma jista' jibni t-tieni u t-tielet sular mingħajr il-bażi u li hu jħossu kburi li kien hemm ċerta kontinwità. "Li ma bsartx minn partit li fih hemm ħafna nies li jaqilgħu x'jieklu mis-servizzi finanzjarji, kien illi jagħtuh daqstant daqqiet lil dan is-settur. Tgħidli ġara hekk u ġara hekk - u vera - ma ġrawx affarijiet sbieħ. Imma li tkompli tgħaddas lill-pajjiż aktar 'l isfel ma bsartiex," saħaq Scicluna. Huwa qal li dwar setturi ġodda l-Gvern preżenti qed jaħdem fuq il-futur diġitali u anke l-ekonomija l-ħadra. Fakkar illi l-ekonomija l-Ħadra se toħloq ċerta domanda għax inti għandek single use plastics li mhux se jibqgħu jintużaw anke f 'pajjiżna, bħalma se jieqfu jintużaw ukoll karozzi bil-petrol u diesel. 'Inħoss li ssodisfajna dak li kienet qed titlob il-Moneyval' Il-gazzetta tfakkru li fosri vera li kien hemm min kompla jonfoħ fuq in-nar, imma n-nar mhux l-oppożizzjoni bdietu. Bdewh kuntratti bħal tal-VGH u l-Electrogas u bla dubju l-assassinju ta' ġurnalista li ċappas isem pajjiżna mad-dinja. Fid-dawl ta' dan il-Gvern x'qed jistenna mir-rapport tal- Moneyval? Filwaqt li sostna li naturalment assassinju mhuwiex aċċettabbli u li dak kollu li jiġri f 'pajjiżna jaffetwa, f 'Malta qatt ma sar wisq fuq il-ħasil tal-flus, per eżempju, jinsisti l-Ministru Scicluna. "Fejn weħilna ġeneralment għax konna qed nuru nuqqas ta' għarfien ta' riskji mhux biss il-Gvern imma anke avukati, corporate services u oħrajn ... u anke liġijiet li joffru deterrent qawwi ma kienx hawn," jgħid il- Ministru Scicluna. Dwar l-evażjoni tat-taxxa l-Ministru tal-Finanzi qal illi kull min kellu ismu fuq il-Panama Papers u huwa minn Malta issejjaħ, ħadu multa u kollox waqaf hemm. "Din ma kinitx aċċettabbli u din kienet waħda mir-rakkomandazzjonijiet tal- Moneyval." Il-Ministru Scicluna jfakkar li anke għaqdiet non governattivi li qed jagħmlu l-karità jistgħu jkunu eżempji ta' riskji għaliex qal li jekk ma jkollhomx biżżejjed għarfien jistgħu jispiċċaw vejjikolu għall- ħasil ta' flus. "Minn punt tekniku nħoss li ssodisfajna dak li kienet qed titlob il-Moneyval." 'Mhux se nerġa' nikkontesta' U finalment, hekk kif wasalna fl-aħħar tal-intervista, il-gazzetta ILLUM tistaqsi lil Scicluna jekk hux beħsiebu jikkontesta l-elezzjoni ġenerali li ġejja, bir-risposta tkun ċara "le." Huwa jfakkar li hu kien niżel lejn Malta minn Brussell fejn kien MEP f 'isem il- Partit Laburista u jgħid ukoll li hu kien kuntent ħafna hemm. Minkejja li ma kienx se jikkontesta l-aħħar elezzjoni ġenerali Muscat ikkonvinċieh biex joħroġ iżda issa se jieqaf. "Lill-PM infurmajtu. U mhux minħabba raġunijiet ta' saħħa jew hekk," jaċċerta Scicluna. Allura dan hemm ċans li kien id-disa' u l-aħħar baġit tiegħu, tirimarka l-ILLUM. "Iva, jekk l-elezzjoni tiġi qabel il-baġit," qal il-Ministru Scicluna jitbissem.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 25 October 2020