Illum previous editions

ILLUM 25 October 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1302886

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 27

14 aħbarijiet IL-ĦADD 25 TA' OTTUBRU 2020 • illum Paul u Marlene, koppja li għandhom tifla b'diżabilità Marlene, omm ta' tifla b'diżabilita' severa ta' 20 sena, kellha tħalli l-impjieg tagħha biex tkun tista ddur b'bintha. Żewġha Paul jaħdem mal-privat u jaqla' €14,000 fis-sena. Mis-sena d-dieħla Marlene ser tibda tirċievi benefiċċju ġdid, magħruf bħala Għotja għal Carer. Dan ser jingħata flimkien mal- Assistenza Miżjuda għal Diżabilita' Severa li għalih hija ntitolata t-tifla, liema benefiċċju huwa ekwivalenti għal paga minima nazzjonali netta u li mis-sena d-dieħla ser jiġi aġġustat biż-żieda għall-għoli tal-ħajja. Is-sena d-dieħla allura Paul se jieħu żieda ta' €91 tal-għoli tal-ħajja u €20 tax refund waqt li bintu se tirċievi €91 fis-sena ukoll żieda fil- benefiċċju tagħha. Barra minn hekk, Marlene se tibda tieħu għotja ta' €300 Carer's Grant waqt li bħala familja se jirċievu €300 vawċers. B'kollox allura din il-familja se tirċievi €802 fis-sena jew €15.40 fil- ġimgħa. Wenzu u Marija, koppja anzjani jgħixu biż-żewġ pensjonijiet ta' Wenzu Wenzu se jagħlaq 72 sena u kien jaħdem mal-Gvern u għandu l-pensjoni tas-servizz kif ukoll tas-sigurtà soċjali. B'kollox għandu €17,000 bejn iż-żewġ pensjonijiet. Minbarra li se jieħu żieda fil-pensjoni tas-sigurtà soċjali ta' €5 fil- ġimgħa, mhux se jibqa jħallas taxxa iżjed fuq il-pensjonijiet minħabba t-titjib fil-komputazzjoni ta' miżżewweġ u b'hekk se jkun qed jiffranka €180 taxxa fis-sena. Bħala koppja huma se jirċievu ukoll €200 vawċers. B'kollox allura d-dħul tagħhom fl-2021 se jiżdied b'€640 fis-sena jew €12.30 fil-ġimgħa. Huma se jkunu intitolati ukoll għal trasport pubbliku b'xejn. Barra minn hekk bis-saħħa tal-miżuri tal-pensjonanti tas-servizz, malli Wenzu jagħlaq it-72 sena, se ssir reviżjoni tal-pensjoni tas- sigurtà soċjali li tista' twassal għal żieda oħra addizzjonali fil-pensjoni. Kif laqathom il-baġit? Ċetta, anzjana li se tagħlaq 80 sena tgħix waħedha Tirċievi l-pensjoni mhux kontributorja tal-Eta' u ntitolata għall-Għajnuna Supplimentari, għall-għotja taċ-Ċittadini Anzjani u għal Benefiċċju tal-Enerġija.. Bis- saħħa tal-miżuri tal-baġit ħija ser ikollha titjib fil-pensjoni ta' €5 fil- ġimgħa, kif ukoll ser tibbenefika minn żieda fir-rati tal-Għajnuna Supplimentari ta' €98 fis-sena u minn żieda ta' €50 fl-għotja ta' l-anzjani minbarra li se tieħu €100 vawċers. Iż-żieda tagħha allura ser tkun ta' €508 fis-sena jew €9.75 fil-ġimgħa. Gracie, armla tgħix bil-pensjoni tar-romol u timpjega xebba biex tieħu ħsiebha Gracie ser tgawdi bħall-pensjonanti kollha miż-żieda fil-pensjoni ta' €5 fil-ġimgħa waqt li ser tkun intitolata għal żieda ta' €709 fil-ħlas tal-Carer at Home biex tkun tista' tlaħħaq aħjar mal-ispejjeż biex timpjega carer magħha. Dan minbarra l-€100 vawċers. B'hekk b'kollox Gracie se tara d-dħul tagħha jiżdied b'€1,069 jew aktar minn €20 fil-ġimgħa. Tony u Pauline, koppja b'żewġt itfal Tony jaħdem u jaqla madwar €14,000 fis-sena waqt li Pauline ma taħdimx. Tony ser jieħu żieda ta' €91 fis-sena għall-għoli tal-ħajja u €26 oħra żieda fit-tax refund waqt li bħala familja se jirċievu €140 aktar fis-sena bl- introduzzjoni tas-suppliment mal- Allowance tat-Tfal u €160 permezz tat-titjib fl-iskema tal-In-Work Benefit. Barra minn hekk se jieħdu ukoll il-€200 vawċers. B'kollox id-dħul tal-familja allura se jiżdied b'madwar €617 fis-sena jew kważi €12 fil-ġimgħa. Dorothy, single parent taħdem b'żewġ itfal Dorothy hija single parent b'żewġ itfal, taħdem f 'xogħol amministrattiv u taqla' madwar €20,000 fis-sena. Fl-2021 hija se tgawdi minn żieda ta' €91 fis-sena għall-għoli tal-ħajja u €23 oħra żieda fit-tax refund waqt li se tirċievi €140 aktar fis-sena bl- introduzzjoni tas-suppliment mal- Allowance tat-Tfal u €200 permezz tat-titjib fl-iskema tal-In-Work Benefit. Barra minn hekk se tieħu ukoll €100 vawċers. B'kollox id-dħul ta' Dorothy se jiżdied b'madwar €554 fis-sena jew €10.65 fil-ġimgħa.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 25 October 2020