Illum previous editions

ILLUM 25 October 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1302886

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 27

15 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 25 TA' OTTUBRU 2020 'Anke lili offrewli d-droga ... mhux fis-siegħa ta' filgħodu imma fid-dawl tax-xemx' YENDRICK CIOFFI Fid-diskors tal-Baġit, il-Ministru għall-Finanzi Edward Zammit Lewis ħabbar li f 'Paceville se jkun introdott il-kunċett ta' Safe City, biex din iż-żona popolari f 'San Ġiljan tkun imħarsa b'sistema ta' kameras tas-CCTV. F'kummenti mal-gazzetta ILLUM, is-Sindku ta' San Ġiljan, Albert Buttigieg insista li d-diskussjonijiet ilhom għaddejja u ddeskriva dan il-kunċett bħala investiment importanti ħafna li se joffri serħan il-moħħ mhux biss lir- residenti, imma anke lil ħafna ġenituri. Buttigieg insista li fl-aħħar ġimgħat il-Kunsill Lokali kellu diversi laqgħat fosthom mal- Kummissarju tal-Pulizija u anke mal-Prim Ministru Robert Abela dwar kif tista' tiżdied is-sigurtà f 'din il-lokalità, partikolarment fiż- żona ta' Paceville, magħrufa bħala l-mekka tad-divertiment f 'Malta. Kien hawn li s-Sindku spjega kif f 'dawn il-laqgħat, il-Kunsill elenka lista ta' hotspots fejn għandha tkun introdotta din is-sistema, fosthom il-ġnien ta' Spinola (viċin Portomaso), li ddeskrivih bħala bejta għall-bejgħ tad-droga. "Kemm jiena u anke s-sindku ta' qabli, meta għaddejna minn hemm, offrewlna d-droga. Mhux f 'xi s-siegħa jew is-sagħtejn ta' filgħodu imma f 'nofsinhar," insista Buttigieg. "Dan il-ġnien huwa ffrekwentat anke minn ħafna studenti żgħar li jiġu Malta għall-Ingliż. Dawn ikunu qishom għasafar li għadha kemm infetħitilhom il-gaġġa. Anke lil dawn irridu nipproteġu." Fil-fatt, is-Sindku Albert Buttigieg insista li fil-laqgħat li kellhom mal-Kummissarju u anke mal-Prim Ministru, il-Kunsill Lokali saħaq li huwa importanti ħafna li tiżdied is-sigurtà għal erba' raġunijiet: • għar-residenti li ħafna minnhom huma anzjani; • għas-sidien u l-kummerċjanti li huma onesti; • għall-ġenituri minn Malta kollha li jkunu mħassba meta uliedhom jitilgħu Paceville; u • għat-turiżmu. "Nafu xi sforz qed isir bħalissa biex nattiraw it-turisti lejn Malta u lejn l-istabbilimenti tagħna. Għaliex turist għandu jmur lejn Paceville u jisfa misruq jew inkella mweġġa'?", staqsa s-Sindku. Morna it aktar lura, bis- Sindku jfakkar li d-diskussjonijiet kienu ilhom għaddejja minn żmien il-Prim Ministru Joseph Muscat, meta l-Baġit ta' sentejn ilu kien wiegħed l-introduzzjoni tas-sistema ta' Facial Recognition kemm f 'Paceville u anke f 'lokalitajiet oħra bħall-Marsa. Fi kliem sempliċi, din it- teknoloġija hija aktar avvanzata mill-kameras tas-CCTV għax din mhux sempliċiment turik filmat ta' persuni li kienu f 'post partikolari f 'ħin preċiż, iżda tidentifika wkoll lil dawk li jidhru fil-filmat. Madanakollu, din is-sistema kienet ingħatat il-ġenb u dan kien ikkonfermah mal-gazzetta oħt MaltaToday Joseph Cuschieri, Direttur tal-kumpanija Safe City Malta. Dan seħħ minħabba diversi raġunijiet, fosthom il-liġijiet dwar il-privatezza, li fi kliem sempliċi, jagħmlu din it-teknoloġija illegali. Anke jekk is-sistema li se tkun introdotta hija differenti, is-Sindku ta' San Ġiljan deher sodisfatt biha għax apparti li sservi ta' deterrent tista' tgħin fl- infurzar tal-liġi. "Dan huwa investiment tajjeb u l-Gvern se jkollu l-appoġġ kollu tagħna, insista s-Sindku. Pulizija tal-komunità ... 'Nittamaw li ma tibqax fuq l-ixkaffa' Tkellimna wkoll dwar wiegħda oħra li jagħmel il-Baġit, jiġifieri dik li jkompli jifrex il-proġett tal- pulizija fil-komunità. Skont id-diskors tal-Baġit, dan il-proġett issa se jkun introdott ukoll fil-lokalitajiet tal-Marsa, il-Ħamrun, San Pawl il-Baħar u San Ġiljan. Sa issa, il-Pulizija tal- Komunità ġew introdotti fi tnax-il lokalità. It-tir ta' dan il-proġett huwa li jkun hemm Pulizija aktar viċin tar- residenti, fejn l-uffiċjali saħansitra jkollhom żoni assenjati għalihom biex hekk anke r-residenti jibnu ċertu rapport magħhom. Albert Buttigieg insista li l-Kunsill Lokali ta' San Ġiljan ilu ħafna jitlob biex din il-lokalità jkollha dan is-servizz. "Nittamaw li din il-miżura tkun introdotta u mhux tkun sempliċiment wiegħda fiergħa," temm jappella s-Sindku. "Nemmnu li tista' żżid ħafna s-sigurtà u s-serħan tal-moħħ." 'Issa anke r-residenti jridu jagħmlu l-parti tagħhom' – Alfred Grima Dwar il-wiegħda tal-Pulizija tal-Komunità, l-ILLUM tkellmet ukoll mas-Sindku ta' San Pawl il-Baħar Alfred Grima, li wkoll wera s-sodisfazzjon tiegħu li anke din il-lokalità se tkun qed tgawdi minn dan is-servizz. Insista li kull ġimgħa jkollhom diskussjonijiet, partikolarment mal- Pulizija tad-Distrett. "Jidher li dak li qed ngħidu mhux qed jaqa' fuq widnejn torox. Id-diskussjonijiet qed iħallu l-frott," insista. Grima rringrazzja lill- Kummissarju tal-Pulizija, lis- Supretendent tal-Qawra (lokalità li tagħmel ma' San Pawl il-Baħar) u anke lill-Assistent Kummissarju responsabbli mid-distrett għall- koperazzjoni tagħhom. Kien hawn li s-Sindku għamel appell lir-residenti. "Bħalma kollha kemm aħna konnha diżżilużi u tkellimna, nistenna li meta jkollna dan is- servizz, ir-residenti jieħdu wkoll l-opportunità u kulħadd jagħmel il-parti tiegħu," insista s-Sindku. "Il-Kunsill Lokali żgur li se jikkopera. 'L-infurzar f 'pajjiżna fadallu x'jaqdef ' Kien hawn li s-Sindku insista li l-infurzar f 'pajjiżna fadallu x'jaqdef. "L-infurzar jonqsu. Mix-xorb fit-triq, għall-istorbju u l-akbar reat li jista' jitwettaq," insista s-Sindku. "Ċert li l-Pulizija tal- Komunità jistgħu jgħinu ħafna." Insista wkoll li fl-aħħar ġimgħat kellu diskussjonijiet mal-Kummissarju tal- Pulizija biex ikun hemm aktar kommunikazzjoni bejn il-Kunsill Lokali u anke l-Pulizija. "B'din is-sistema nkunu nistgħu nimu aħjar l-azzjonijiet li jkunu ttieħdu mill-Pulizija u fejn ma tkunx għadha ttieħdet azzjoni, nimu għaliex għadha ma tteħditx. Xi drabi, mhux la kemm wieħed jieħu azzjoni, imma hekk inkunu nistgħu nimu għaliex u jkun hemm aktar koperazzjoni bejn iż-żewġ naħat," temm jisħaq Grima. Is-Sindku ta' San Ġiljan jitkellem dwar l-importanza tal-kunċett ta' Safe-City fiż-żona ta' Paceville u jappella biex il-wiegħda tal-Pulizija tal-Komunità ma tkunx waħda li tibqa' fuq l-ixkaffa. L-ILLUM titkellem ukoll mas-sindki tal-Ħamrun, il-Marsa u San Pawl il-Baħar wara li l-Baġit wiegħdhom aktar preżenza tal-Pulizija fit-toroq Alfred Grima Albert Buttigieg

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 25 October 2020