Illum previous editions

ILLUM 25 October 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1302886

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 27

11 analiżi illum • IL-ĦADD 25 TA' OTTUBRU 2020 x'qed jgħidu dwarhom? "Is-suġġeriment tiegħi personali huwa li tant kienu suċċess dawn il-vouchers u peress li nafu li s-sitt xhur li ġejjin mhux se jkunu faċli, se jkollna bżonn aktar għajnuna." Għalhekk Fenech ippropona li minflok il-Gvern joħroġ żewġ settijiet ta' vouchers - wieħed ta' €100 issa għall-perjodu tal- Milied u ieħor f 'Jannar li jibqa' għaddej sal- perjodu tal-Għid. Għar-rimarka tal-ILLUM li din tfisser spejjeż fakkar illi għalkemm in-nefqa taf tidher kbira, "meta il-Gvern jieħu lura dak li huwa dirett u indirett tinduna li mhux qed joħroġ daqstant. Miżura bħal din taċċerta it aktar sostenibbilità għan- negozji tagħna." 3 - Miżuri għal persuni b'diżabilità X'qal il-Ministru? "Minn Jannar se nintroduċu benefiċċju ġdid għall-ġenituri li jkollhom jieqfu mix- xogħol biex jikkuraw wild b'diżabbiltà fl-età ta' aktar minn 16-il sena u li jkunu intitolati għall-Assistenza Miżjuda għal Diżabbiltà Severa. Il-benefiċċju, bl-isem ta' Għotja għal Carer, ser jkun ta' €300 fis-sena ... baġit allokat biex minnu numru ta' taxis ġodda, jingħataw għotja ta' €10,000 mar- reġistrazzjoni ta' vettura ta' taxi ġdida li tkun aċċessibbli għas-siġġu tar-roti (WAT)." X'jaħseb Oliver Scicluna? Scicluna li jmexxi l-Kummissjoni Nazzjonali għall-Persuni b'Diżabilità (KNPD) qal illi dawn il-miżuri, bħall-baġit, huma pożittivi għalkemm qal ukoll li kien hemm baġits oħrajn fejn kien hemm aktar miżuri relatati ma' dan is-settur. "Jiena ma stennejtx mod ieħor minħabba ż-żmien li qegħdin fih. Fil-fatt ressaqna l-proposti tagħna biex ngħidu ressaqnihom - pero' tal-carer hija waħda mill-proposti tagħna li ġiet aċċettata." Scicluna qal mal-ILLUM illi huwa pożittiv li sa fl-aħħar din il-miżura kienet rikonoxxuta għalkemm wera' riżervi dwar kemm l-ammont annwali ta' €300 hija biżżejjed biex tħeġġeġ lil xi ħadd jitlaq mill-impjieg. "Il-punt tat-tluq imma huwa pożittiv." Huwa qal li l-miżura tat-taxis diġa' fil-fatt qegħda fis-seħħ għalkemm hemm problemi minħabba l-prezzijiet li jiddeskrivi bħala "ħafna aktar" għal persuni b'diżabilità li jkollhom jużaw tali karozzi milli għal persuna li ma jkollhiex dawn l-isfidi. Għalhekk huwa qed jipproponi li l-Gvern joffri s-servizz huwa wkoll ta' taxi għal persuni b'diżabilità, anke jekk dan ikun ifisser li qed jikkompeti mal-privat li jsostni illi ma jemminx li qed joffri prezzijiet raġonevoli. Irrimarka kif apparti dawn, miżura oħra pożittiva hija dik li permezz tagħha aktar nies se jkunu qed jieħdu l-allowance tad- diżabilità. Scicluna temm il-kummenti tiegħu bi premessa importanti: "Niżbaljaw imma jekk persuni b'diżabilità jħarsu lejn fejn hemm il-kelma diżabilità biss. Jekk vouchers, jekk servizzi ġodda, jekk toroq ġodda, jekk żieda fil-pensjoni, jekk wage supplement ... dawn kollha se jgawdu minnhom ukoll, persuni b'diżabilità." 4 - Pensjonijiet X'qal il-Ministru? "Għal darb'oħra l-pensjonanti, barra miż- żieda tal-COLA, se terġa' tingħatalhom żieda oħra ta' €3.25 fil-ġimgħa li magħduda maż-żieda għall-għoli tal-ħajja titla' għal €5 fil-ġimgħa. Din tfisser żieda ta' €260 fis-sena ... mill-ġdid se ngħollu l-massimu ta' dħul minn pensjonijiet, li mhux se jkun intaxxat, għal €14,058." X'jaħseb Tony Zarb? Zarb li huwa l-aġent Segretarju tat- Taqsima Pensjonanti tal-GWU sostna illi apparti dawn il-miżuri wieħed irid jgħodd ukoll il-vouchers u numru ta' mediċini li issa qegħdin fuq il-formolarju. Huwa qal li fil-fatt il-unjin qed tipproponi li kull voucher ikun ta' €10 jew €15 biex tirrifletti wkoll l-ispiża ta' kemm jonfoq pensjonant meta jmur jieħu xi ħaġa. Għall-kritika li xi kultant issir li "mhux biżżejjed", Zarb jgħid lil din il-gazzetta, "aħseb u ara meta għal snin twal ma kienu jieħdu xejn u meta għal snin twal lanqas kienu jieħdu ż-żieda kollha tal-COLA." Tony Zarb qal li dan apparti li wieħed jeħtieġ iqis li ż-żieda fil-pensjoni qed issir fl-ambitu ta' miżuri oħrajn li qed jagħtu mhux jieħdu. "Inti immaġina jiżdiedu b'€10 minflok il-pensjonijiet imma mbagħad fl-istess ħin ikollok miżuri u taxxi li qed jieħdu minn naħa l-oħra. F'dan il- każ apparti ż-żieda għandek miżuri oħrajn li qed jagħtu, mhux jieħdu." 5 - First Time Buyers X'qal il-Ministru? "Fil-każ tal-First Time Buyers, minn għada, se jkunu eżenti mit-taxxa tal-boll fuq l-ewwel €200,000 minflok fuq l-ewwel €175,000. Qed inħabbar ukoll li r-rata mnaqqsa ta' 3.5%, fejn jidħol xiri ta' dar fejn wieħed joqgħod, anki jekk mhux first time buyer, u għal dawk li diġà jgħixu ġo dar li titħalla lilhom b'wirt, se tkun applikabbli wkoll fuq l-ewwel €200,000." X'jaħseb Sandro Chetcuti? "Il-First Time Buyer huwa l-aktar persuna jew koppja li għandha bżonn l-għajnuna għax qed jagħmlu dan l-investiment - l-akbar li tista' tagħmel f 'Malta - għall- ewwel darba." Hekk sostna mal-ILLUM il-President tal-Assoċjazzjoni tal-Iżviluppaturi Maltijn (MDA) li fakkar li ħafna drabi l-flus li persuni jiffrankaw mit-taxxa tal-boll jintużaw biex timtela' d-dar. "Fuq €200,000 ikollok mas-€7,000 li tiffranka. mhux it," sostna Chetcuti. Huwa qal li wieħed jiem illi l-propjetà togħla u allura il-€25,000 żieda fil-valur ta' proprjetà eżenti mit-taxxa hija wkoll riflessjoni ta' dan. Mistoqsi jekk jistenniex mewġa ta' bejgħ wara din il-miżura l-President tal-MDA jgħid li waħedha mhux toħloq mewġa ta' bejgħ imma "permezz tagħha komplejna noħolqu interess fis-suq tal-proprjetà u komplejna nissalvagwardjaw lil kull min investa."

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 25 October 2020