Illum previous editions

ILLUM 25 October 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1302886

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 27

05 aħbarjiiet illum • IL-ĦADD 25 TA' OTTUBRU 2020 Dalli fuq quddiem għall-portafolli tal-Enerġija, Bidla fil-Klima, Ekonomija l-Ħadra u forsi aktar ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Miriam Dalli - li kienet il-Viċi President tal- Partit tas-Soċjalisti u Demokratiċi (S&D) fil-Parlament Ewropew u li għadha kif daħlet fil-Parlament Malti billi ħadet post l-eks Prim Ministru u eks Mexxej Laburista Joseph Muscat, mistennija tingħata portafoll Ministerjali pjuttost kbir, speċi ta' Super Ministry, tinsab infurmata l-gazzetta ILLUM. Din il-mossa se tkun parti miċ-ċaqlieq li beħsiebu jagħmel il-Prim Ministru fil-Kabinett f 'Novembru, jiġifieri fil-ġimgħat li ġejjin. Għalkemm mhux ċar kemm fil-fatt se jkun qed ibiddel, sorsi qalu lill-gazzetta ILLUM illi hija kważi ċertezza li Dalli se tkun qed tingħata Ministeru u li fil-fatt dan kien parti minn negozjar li sar magħha biex titlaq minn postha fi Brussell. Minn sorsi viċin il-Gvern jidher li Dalli se jkollha portafoll li jinkludi diversi responsabilitajiet illi bħalissa jaqgħu taħt Ministeri oħrajn. Jidher illi Dalli se tkun rikonoxxuta fuq livell lokali għall-fatt li kienet rebħet il-Premju tal-MEP tas-Sena fil-qasam tal-Enerġija, billi fil-fatt tingħata dan il- portafoll li jinsab għand il-Ministru Michael Farrugia. Mhux ċar jekk Dalli hijiex se tieħu s-settur tal-Ilma, bħalissa wkoll responsabilità ta' Farrugia. Iżda Dalli qed tkun ikkunsidrata wkoll li tmexxi s-Sostenibbilità, l-Bidla fil-Klima u/ jew dak kollu li huwa marbut mal-Ekonomikja l-Ħadra - suġġett illi fil-Baġit ta' nhar it-Tnejn sar aċċenn partikolari għalih. Din is-sena stess fil-fatt, Dalli ngħatat r-responsabilità li tmexxi l-pjan tal-S&D għall- Irkupru Ekonomiku Aħdar, u s-sena l-oħra saħansitra tkellmet f 'konferenza dwar il-Bidla fil-Klima fi New York. Hija kienet ukoll - sa it qabel temmet il-karriera tagħha fl-UE - parti mill-Kumitat Parlamentari tal-Ambjent, Saħħa Pubblika u Sigurtà fl-Ikel. Hija kienet ukoll Viċi Chairperson tal-Intergrupp tal-Parlament Ewropew li jitratta l-Bidla fil-Klima. l-Iżvilupp Sostenibbli u l-Biodiversità. Is-sostenibbilità bħalissa taqa' taħt Carmelo Abela, filwaqt li l-Bidla fil-Klima taqa' taħt Aaron Farrugia - it-tnejn li huma, intqal lil din il-gazzetta, mistennija jżommu posthom fil- Kabinett. Mhux eskluż li apparti l-Enerġija, Bidla fil- Klima u l-Ekonomija l-Ħadra Dalli tingħata responsabilità oħra li torbot ukoll ma' dawn is-setturi. Bħalissa l-għidut fil-Kabinett dwar bidliet imminenti huma b'saħħithom ħafna b'diversi Ministri u Segretarji Parlmentari mħassbin li jistgħu jitilfu posthom. Dawn il-bidliet mistennijin ibiddlu, jekk mhux ixejnu, l-prospetti ta' elezzjoni ġenerali kmieni s-sena d-dieħla għalkemm ma jeskludux elezzjoni tard fl-2021, minflok fl- 2022. Apparti Dalli, il-Prim Ministru daħħal fil- Grupp Parlamentari wkoll lill-eks Chief of Staff tiegħu, Clyde Caruana li għadu mhux ċar liema rwol se jkun qed jilgħab fil-Kabinett il-ġdid ta' Robert Abela.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 25 October 2020