Illum previous editions

ILLUM 25 October 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1302886

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 27

07 analiżi illum • IL-ĦADD 25 TA' OTTUBRU 2020 Malta u kif ħadmu. Parti mis-soluzzjoni elettorali ta' Joseph Muscat kien li bena immaġini u kkonvinċa lill-eluf ta' negozjanti, fotshom dawk kbar, illi bih fil-Gvern mhux talli jistgħu jibqgħu joperaw b'kumdità talli se jagħmlilhom ħajjithom faċli (hawn min jgħid li għamilhielhom faċli iżżejjed!) biex ikomplu jespandu. Grech għandu ċans li juri illi jekk ikun hu fil-Gvern - anke jekk iċ-ċans huwa żgħir ħafna - negozju jista' jopera, jikber u jsib lill-awtoritajiet fuq in-naħa tiegħu mhux kontrih. Kliem fl-ajru mhux se jkun biżżejjed Il-kliem sabiħ u klixès kienu sbieħ biex Grech jirbaħ bil-kbir fost is-settur ta' votanti li huma tesserati tal-Partit Nazzjonalista, imma mhux se jkunu biżżejjed biex jibda jirbaħ il-fiduċja tal-poplu. Huwa vera li l-Prim Ministru għamel żball strateġiku oħxon meta stqarr ċerti affarijiet bħal "mewġ fil-baħar" u l-"l-gwerra intrebħet." Imma dan mhux se jkun biżżejjed biex in-nies iħossu li Bernard Grech huwa alternattiva serja. "Ngħidu l-verità lin-nies" hija bidu tajjeb imma f 'sagħtejn u nofs diskors Grech ma jistax jeħel ma' din u kif diġa għidna se jkollu jagħmel proposti b'mod aktar ċar - anke jekk jirċievi kritika. Per eżempju hemm bżonn jispjega għalfejn hu qal (meta mistoqsi minn Quinton Scerri nhar il-Ħadd li għadda) li jaqbel ma' miżura li permezz tagħha l-pajjiż jagħlaq għal it żmien sabiex in- numri tal-Covid-19 jinżlu. Għalfejn iħoss li din alternattiva tajba? Saret f 'pajjiżi oħrajn u ħadmet? Għalfejn il-poplu għandu jissagrifika aktar minn ħajtu maqful ġewwa meta nistgħu faċilment nibqgħu ngħixu kif aħna u kulħadd isegwi liġijiet li jiġu infurzati? U Bernard Grech qed joffri kumpens għal min ikollu jagħlaq għal ġimgħa jew tnejn minħabba din il-miżura? Jekk Grech se jitkellem dwar 'setturi ġodda' jeħtieġ jgħid għal- liema setturi qed jirreferi u kif jemmen li Gvern Nazzjonalista potenzjali jista' jattirhom. U l-lista tibqa' għaddejja. Grech irid ikun ħafna aktar konkret milli qatt kien jekk irid jimpressjona. Pjattaforma elettorali Bernard Grech għandu sagħtejn u nofs li jeħtieġ juża biex jibda jibni l-pjattaforma li minn fuqha se jiġġieled kampanja elettorali li jaf ma tkunx 'il bogħod. Irid jibda jindika x'se jkunu l-għajtiet elettorali li se jadotta u liema narrativa se jadotta. Se jadotta narrattiva li ssawwat lill-Gvern fuq in-nuqqsasijiet kbar fil-governanza matul dawn l-aħħar sebgħa snin u saħansitra assassinju? Se jadotta narrattiva li tappella għall-ħaddiem u n-negozji ż-żgħar? Se jadotta narrativa aktar paċifika jew se jmur fuq l-attakk b'mod qawwi? Se jadotta narrativa aktar konservattiva jew waħda aktar liberali fuq kwistjonijiet soċjali? Kull kelma li jgħid Grech nhar it-Tnejn filgħaxija se tkun qed tintiżen kontra dik tal-Prim Ministru l-għada t-Tlieta, kemm mit-telespettaturi kif ukoll mill- avversarji tiegħu li se jkunu attenti għal kull kelma li tista' ġġibu fl- inkwiet jew tikkontradixxih ma' xi ħadd fil-PN jew inkella li tista' faċilment tinbidel f 'catch phrase popolari bħal dik tal-Greċja u l-Griegi. Tonalità, qagħda u preżentazzjoni Finalment, apparti l-kontenut hemm ukoll id-delivery - il-mod kif se jippreżenta d-diskors tiegħu. Naturalment mhux kull politiku jaf jitkellem u għandu l-kapaċità jikkomunika l-messaġġ tiegħu imma hemm qbil ġenerali illi politiċi bħal Dom Mintoff, Eddie Fenech Adami, Lawrence Gonzi u Joseph Muscat, b'mod partikolari kellhom abilità kbira li jwasslu l-messaġġ tagħhom b'mod xi it jew wisq konvinċenti. L-aktar wieħed riċenti kien Muscat li ħafna Nazzjonalisiti stess jammettu illi kien sar mexxej b'abilitajiet komunikattivi eċċezzjonali. Naturalment Grech għadu jibda u ma jkunx ġust li jitqabbel ma' dawn iżda mill-ġdid ħafna se jistrieħ fuq it-tonalità li se juża - hux se tkun tonalità li togħla u tinżel, skont l-argument li se jagħmel simili għal kelliema ta' kapaċità jew inkella hux se jkollu tonalità li ġeneralment iddejjaq lin-nies. Studji juru illi 38% tal- komunikazzjoni hija determinata mit-tonalità u 7% biss mill-kliem li tuża. Kumpaniji u siti differenti li jispeċjalizzaw fil-bejgħ juru kif hemm tonalitajiet differenti u lkoll huma importanti biex iġġiegħel lin-nies jieħdu grazzja miegħek, biex temfasizza u biex finalment tikkonvinċi. Għal kull mod ta' bejgħ hemm tonalità differenti: Jekk qed tbigħ wiċċ imb' wiċċ mod, jekk fuq it-telefown mod ieħor u jekk qiegħed fuq it-TV titkellem ma' udjenza ta' eluf ta' nies differenti mill-ġdid. Apparti t-tonalità hemm ukoll il-mod kif se jippreżenta ruħu, il-mossi, il-botti li se jitfa' lejn il- Gvern u l-mod kif se jitfagħhom lejn il-Gvern, kemm se jkun sejru pero kemm se jkun leġġer u forsi it daħkan f 'mumenti oħra, kemm se jkun hemm mumenti li se jħares lejn il-karta ppreparata quddiemu u kemm se jkun spontanju. Diskors mhuwiex kliem imma arma li politiċi wżaw biex biddlu l-fortuni tagħhom, il-perċezzjoni dwarhom u xi minn daqqiet biex biddlu partit u pajjiż. It-Tnejn filgħaxija se jkun l-ewwel test ta' Grech f 'dak li jista' jitqies l-ewwel diskors proprju tiegħu. Għandu lista twila quddiemu u nhar it-Tnejn filgħaxija nkunu nafu impressjonax jew iddiżappuntax.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 25 October 2020