Illum previous editions

ILLUM 25 October 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1302886

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 27

08 analiżi IL-ĦADD 25 TA' OTTUBRU 2020 • illum L-aħħar sforz jew fadlilna? L-ILLUM tagħti Il-każi splodew f'Malta u l-Covid-19 reġa' niżżel lill-Ewropa għarkuptejha. Mhux ta' b'xejn li x-xewqa għall- vaċċin kulma jmur qiegħda dejjem tiżdied? Imma dan fiex wasal? YENDRICK CIOFFI Fl-aħħar jiem smajna ħafna li l-vaċċin kontra l-Covid-19 jinsab fil-viċin. Fil-fatt, anke d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne appella lill-poplu Malti biex jagħmel "l-aħħar sforz" hekk kif il-vaċċin kontra l-virus se jkun lest fix-xhur li ġejjin. Fil- fatt, nhar it-Tlieta fil-Parlament, Fearne qal li jekk l-affarijiet jibqgħu sejrin kif inhuma, sal-bidu ta' Jannar ikun hawn f 'Malta l-vaċċin kontra l-virus u f 'temp ta' sitt xhur minn meta joħroġ, il-popolazzjoni kollha tkun ingħatat din it-tilqima. Ngħiduha kif inhi, ħafna xebgħu. Ma nifilħux aktar nisimgħu dwar dan l-imbierek virus u r-restrizzjonijiet issa bdew idejqu lil kulħadd. Imma minnu li dan kollu dalwaqt ikun storja tal- passat? Kif għamlet minn żmien għal żmien, il-gazzetta ILLUM se tkun qed tagħti ħarsa lejn l-aħħar aħbarijiet dwar il-vaċċin kontra l-Covid-19 u jekk hux minnu li dan jinsab wara l-bieb. Fil-fatt, l-artiklu jagħti ħarsa lejn dawk il- vaċċini li waslu fit-tielet u l-aktar fażi kruċjali tat-testijiet tagħhom: Filmat ta' mijiet ta' dożi tal-vaċċin. Imma dan veru? Fl-aħħar jiem, il-ġurnal 'e Mail on Sunday' żvela kif il- kumpanija tal-farmaċewtika Pfizer diġà mmanifatturat mijiet ta' eluf ta' dożi tal-vaċċin kontra l-Covid-19 fl-impjant li għandha f 'Puurs fil-Belġju. Fil-fatt, fuq is-sit, l-istess ġurnal saħansitra ppubblika filmat li juri eluf ta' dożi tal-vaċċin, wieħed wara l-ieħor. Ovvjament dawn għalissa jibqgħu fejn huma sakemm isiru t-testijiet kliniċi kollha meħtieġa u jkun hemm iċ- ċertifikazzjoni tar-regolaturi tal- mediċina li jiddikjarawh sigur u effettiv. F'kummenti mal-istess ġurnal, il-Kap ta' Pfizer fir-Renju Unit, Ben Osborne saħaq li "kien mument inkredibbli" meta ra l-ewwel vaċċin jiġi mmanifatturat. Madanakollu insista li wieħed jista' jħaffef biss "sakemm tħallih ix-xjenza" hekk kif ovvjament, qabel jibda jitqassam u jingħata, irid ikun approvat bħala effikaċi u sigur. F'ittra miuħa, ippubblikata fuq is-sit tal-kumpanija, iċ- Chairperson u l-Kap Eżekuttiv ta' Pfizer, Albert Bourla wera t-tama li sal-aħħar ta' Ottubru jkun magħruf, skont it-testijiet li qed isiru, jekk il-vaċċin huwiex effettiv jew le. Iżda l-effettività mhijiex kollox. Bourla insista li l-vaċċin jeħtieġ ikun sigur u insista li l-istandards tar-regolaturi huma għolja mmens. Huma qed ibassru li sal-aħħar ta' Novembru, Pfizer ikollha f 'idha ċ-ċertifikat mingħand il-FDA (Food and Drug Administration tal-Istati Uniti). It-tielet u l-aħħar rekwiżit se jkun li l-kumpanija tipprovdi l-informazzjoni kollha dwar il-manifattura tal-vaċċin biex ikun assigurat il-konsistenza u l-kwalità tiegħu. Skont Bourla, dejjem jekk ir- riżultati jkunu pożittivi, Pfizer se tkun qed tapplika għal dak magħruf bħala "Emergency Authorisation Use" fl-Istati Uniti. Ovvjament dan jista' jsir biss jekk lejn l-aħħar ta' Novembru, il-vaċċin jirċievi ċ-ċertifikat li hu sigur mingħand l-FDA. Dan kollu xejjen ukoll ix- xniegħa li l-kumpanija qed tħaffef biex tipproduċi vaċċin qabel l-Elezzjoni Presidenzjali tal-Istati L-istadji li minnhom jgħaddi vaċċin... Il-vaċċin irid jgħaddi minn diversi stadji. • Qabel l-ewwel fażi ta' testijiet fuq il-persuni, il-vaċċin ikun eżaminet fil-laboratorju fejn ġeneralment isiru esperimenti li jinvolvu l-annimali. • Fl-ewwel fażi jibdew isiru testijiet fuq numru żgħir ta' persuni biex ikun assigurat li huwa sigur u li jista' jikkawża bidliet fis-sistema immunitarja. Fit-tieni fażi l-għadd tal-parteċipanti jikber u ġeneralment dawn ikunu maqsuma fi gruppi, bħal tfal u anzjani biex ikun determinat jekk il-vaċċin jaħdimx differenti skont l-etajiet. • It-tielet fażi hija l-aktar waħda kruċjali għax it-testijiet isiru fuq eluf ta' persuni biex ikun determinat jekk hux effettiv jew le. • Qabel ma jkun approvat, il-vaċċin irid itemm b'suċċess dawn l-istadji kollha.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 25 October 2020