Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1302886
03 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 25 TA' OTTUBRU 2020 'Tbellaħt ... lanqas is-seats ma mesħu' YENDRICK CIOFFI "Kont nistenna li mqar se jitla' xi ħadd jimsaħ is-seats. Xejn. Daqqa vacuum. Daħk fil-wiċċ." Hekk saħaq mal-gazzetta ILLUM infermier li tela' Londra abbord titjira tal-Air Malta biex iniżżel miegħu pazjent li kien ilu xhur jirċievi kura. L-infermier beda jispjega kif meta tela' fuq l-ajruplan stenna li l-passiġġieri se jkunu bilqiegħda bid-distanza soċjali tul l-ajruplan kollu. Madanakollu dan ma kienx il- każ. "Il-passiġġiera kienu mixħuta bl-addoċċ fejn xulxin fuq in-naħa ta' quddiem u ta' wara tal-ajruplan. In-nofs kien vojt," kompla jispjega. "Ma jkunx aktar għaqli jekk il- passiġġiera jkunu mqassma aħjar, bid-distanza soċjali, mal-ajruplan kollu, flok gozz?" Iżda l-aktar ħaġa li rrabjatu kien dak li seħħ meta waslu Londra. L-infermier insista kif hu kien l-uniku wieħed li baqa' abbord l-ajruplan għax hu u l-pazjent li kellu jassisti fi triqtu lejn Malta, kellhom jaqbdu l-istess ajruplan. "Kont qed nistenna li jitilgħu jnaddfu. Taf x'kien it-tindif? Daqqa vacuum ejja ħa mmorru. Telgħu tnejn oħra jiġbru l-iskart li jkunu ħallew warajhom il- passiġġiera. Lanqas imqar mesħa lis-seats. Qbadt wipe u msaħt fejn kont bilqiegħda jiena u fejn kellu jpoġġi l-passiġġier. Sewda faħma spiċċat il-wipes," kompla l-infermier. Dan għall-kuntrarju ta' dak li jingħad fuq is-sit tal-linja tal-ajru, hekk kif skont l-informazzjoni mogħtija, l-Ajruplani qed ikunu ssanitizzati kuljum u wara kull titjira qed jitnaddfu l-uċuh. L-ILLUM staqsietu dwar l-ilbies tal-maskri fuq l-ajruplan, bl-infermier jisħaq li bosta kienu dawk bil-maskra taħt imneħirhom u oħrajn mingħajrha bl-iskuża li se jiekol u se jixrob. "Aktar mingħajr il-maskra milli biha. Kienet esperjenza kerha," kompla jisħaq. "Daħk fil-wiċċ. Tal-mistħija. Jiena nilbes u nobdi u nagħmel l-almu kollu tiegħi u fl- aktar post fejn suppost noqogħdu attenti, bla kontroll ta' xejn." Intant, il-gazzetta ILLUM bagħtet mistoqsijiet lil-linja nazzjonali tal-ajru, l-Air Malta, fejn talbet spjegazzjoni tal- protokolli li qed ikunu segwiti fuq l-ajruplani tal-Air Malta. Kelliem għall-Air Malta talabna niltaqgħu l-ġimgħa d-dieħla biex ikun jista' jispjega l-miżuri aktar fid-dettall. Fil-fatt, bħal- lum ġimgħa, din il-gazzetta se tkun qed tippubblika artiklu li fih il-protokolli li qed tuża l-linja nazzjonali tal-ajru se jkunu spjegati fid-dettall. Madanakollu, mistoqsi mill- ġdid dwar l-ilment tal-infermier li tkellem magħna, il-kelliem tal- Air Malta kkonferma li kellhom xi esperjenzi simili mingħand xi passiġġiera u kull każ ġie investigat. Dwar il-wipes insista li hemm probabbilità li dawk u użati mill- infermier kellhom ċertu kimika li tirreaġġixxi mal-ġilda tas-seat tal- ajruplan u għalhekk ġew suwed. L-Air Malta kienet spjegat ukoll kif l-ajruplani tagħha huma attrezzati b'dawk magħrufa bħala HEPA filters li l-livell tal- effiċjenza tagħhom huwa ta' aktar minn 99.9%. Dawn il-filters jiġbdu partiċelli żgħar ħafna bħal bacteria u anke viruses. Kienet qalet ukoll li l-ajra fl-ajruplan tinbidel kull tliet minuti. 'Il-passiġġieri kollha qed ikunu skennjati għad-deni' – MIA Kelliema għall-Ajuport Internazzjonali ta' Malta spjegat mal-gazzetta ILLUM kif il- passiġġieri kollha, kemm dawk li jkunu se jitilqu minn Malta u anke dawk li jaslu, qed jiġu skennjati għad-deni permezz ta' tmien kameras termiċi li mhumiex invażivi u li huma mwaħħlin f 'numri ta' check-points fit- terminal. Spjegat kif dawn iċ-checkpoints qed ikunu mmonitorjati minn professjonisti tas-saħħa. Persuni li t-temperatura tagħhom tkun ta' 37.2°C jew aktar qed jitwaqqfu minn dawn il-professjonisti u tiġi skattata proċedura li hija stabbilita. Il-kelliema kompliet tfakkar li mill-bidu nett, l-Ajruport Internazzjonali ta' Malta ħadem mill-qrib mal-Awtoritajiet tas- Saħħa Pubblika u anke qed isegwi l-linji gwida tal-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal- Unjoni Ewropea (EASA). Insistiet li l-ajruport għandu tim imsejjaħ Airport Care Team li wieħed mill-irwoli tiegħu huwa li jara li d-distanzi soċjali u l-ilbies tal-maskri jiġu osservati f 'kull ħin. Infermier jirrakkonta mal- ILLUM l-esperjenza tiegħu hekk kif għall-ewwel darba wara xhur minħabba l-pandemija tal- Covid-19 daħal fl-ajruport u tela' abbord titjira tal- Air Malta biex iniżżel pazjent minn Londra Is-sistema li permezz tagħha l-passiġġiera kollha fl-MIA qed ikunu skenjati għad-deni