Illum previous editions

ILLUM 25 October 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1302886

Contents of this Issue

Navigation

Page 23 of 27

24 aħbarijiet IL-ĦADD 25 TA' OTTUBRU 2020 • illum L-Awtorità tal-Ippjanar ġiet mitluba mill-Gvern biex tibda l-proċess ta' ppjanar biex tannulla l-limitazzjonijiet tal-għoli tal-bini li bħalissa huma stabbiliti għall-iżviluppi fil-parks industrijali tal-Imrieħel u l-Marsa. Huwa essenzjali li jkun hawn it-tkabbir ekonomiku, li jiġi attirat investiment ġdid, li jinħolqu opportunitajiet ta' impjiegi ġodda u aħjar, u l-ħtieġa li jiġi indirizzat n-nuqqas ta' spazji għal użi industrijali u kummerċjali. L-għanijiet proposti jaraw li jintroduċu policies mhux numeriċi ta' disinn urban biex jiggwidaw kunsiderazzjonijiet tal-għoli tal-bini b'mod sostenibbli, fejn jinstab bilanċ bejn l-ispazju disponibbli filwaqt li jiġu rrispettati l-ambjent u l-komunitajiet li jgħixu u jaħdmu f 'dawn iż-żoni. L-għanijiet proposti għar-reviżjoni parzjali tal-Pjan Lokali tan-Nofsinhar ta' Malta (Policy SMMR 1) u l-Pjan Lokali taċ-Ċentru ta' Malta (Policy CG14, kif emendata bl-applikazzjoni ta' kontroll tal-ippjanar PC057/10) fuq il-websajt tal-Awtorità www.pa.org.mt/consultation. Is-sottomissjonijiet u kummenti jistgħu jintbagħtu lill- Awtorità permezz tal-indirizz elettroniku: industry.review@ pa.org.mt sa mhux aktar tard mill-Ġimgħa 30 ta' Ottubru 2020. L-Awtorità tal-Ippjanar ġiet ukoll mitluba mill-Gvern biex tibda l-proċess ta' ppjanar biex tirrevedi t-tqassim f 'żoni ta' sit fi Triq il-Marloċċ, Ħaż-Żabbar. L-għan huwa li jkun possibbli li jiġi implimentat proġett ta' spazju miuħ fiż-żona. Il-proposta hija għat-tqassim f 'żoni ta' sit, li bħalissa huwa spazju tat-triq fejn jiltaqgħu Triq il-Marloċċ, Triq San Ġużepp u Triq Salvu Astarita, f 'Ħaż-Żabbar, biex iservi bħala spazju pubbliku miuħ, filwaqt li spazju miuħ fil- viċin ser jiġi mibdul għal żvilupp ta' bini residenzjali. Din l-emenda ser issir b'finanzjament mis-sid/sidien tas- Sit numru 1, mingħajr ma jiġu ppreġudikati ċ-ċirkolazzjoni tat-traffiku u l-parkeġġ pubbliku pprovdut, filwaqt li jiġi żgurat li jkun hemm titjib nett għall-pubbliku minn dan l-eżerċizzju ta' tqassim mill-ġdid tat-territorju f 'żoni. L-għanijiet proposti għar-reviżjoni parzjali tal-Pjan Lokali tan-Nofsinhar ta' Malta jistgħu jitniżżlu min fuq il-websajt tal- Awtorità www.pa.org.mt/consultation. Is-sottomissjonijiet u l-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Awtorità permezz tal- indirizz elettroniku: smlp_consultation@pa.org.mt sa mhux aktar tard mill-Ġimgħa 30 ta' Ottubru 2020. L-Awtorità tal-Ippjanar tibda proċess biex tindirizza l-isfida tan-nuqqas ta' spazju fil-parks industrijali L-ex residenza ta' Franġisk Portelli, li tinsab tul Triq il-Għarb fl-Għarb, Għawdex, ingħatat protezzjoni mill- Awtorità tal-Ippjanar, bħala bini skedat ta' Grad 2. Il-proprjetà ser tiġi protetta għas-sinifikat arkitettoniku, storiku u soċjali tagħha. Franġisk Portelli kien Għawdxi li fl-1883, flimkien ma' Karmni Grima, ta xhieda li sema' l-leħen tal-Verġni Mbierka Marija ġej minn pittura u sejħitilhom biex jinterċedu għal ħaddieħor. Il-pittura kienet f 'kappella żgħira magħrufa bħala Ta' Pinu u ddedikata lill-Assunta. Wara l-fejqan mirakoluż ta' ommu, id-devozzjoni lejn il-'Madonna Ta' Pinu' kibret malajr. Ftit wara, ġew stabbiliti pjanijiet biex jinbena santwarju maestuż biex jonora l-Verġni Marija. Portelli, li kien membru tat-Tielet Ordni lajk tal-Kapuċċini Franġiskani, miet fl-4 ta' Frar, 1926, fl-età ta' 75 sena. Monument ta' Franġisk Portelli jinsab fil-pjazza barra s-santwarju. Ir-residenza preċedenti ta' Franġisk Portelli kienet tifforma parti minn grupp ta' binjiet vernakulari tradizzjonali li kienu sinonimi ma' residenzi f 'ambjenti rurali. Il-bini jappartjeni għal tipoloġija komuni li kienet qed tintuża matul is-seklu 18 u 19. Mibni f 'żewġ fażijiet; il-parti l-antika tal-bini li tagħti għat- Triq l-Għarb hija kkaratterizzata minn karatteristiċi tradizzjonali, inkluż bibien baxxi, nuqqas ta' aperturi speċjalment fil-pjan terran, 'setaħ 'u gallarija tal-ġebel miuħa imserħa fuq saljaturi tal-gebel. Għal aktar informazzjoni dwar l-Awtorità tal-Ippjanar, wieħed jista' jżur www. pa.org.m Tingħata status ta' protezzjoni ir- residenza ta' Franġisk Portelli fl-Għarb

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 25 October 2020