Illum previous editions

ILLUM 1 November 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1305622

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 27

05 analiżi illum • IL-ĦADD 1 TA' NOVEMBRU 2020 Amerikana: Min ser jirbaħ? magħmul minn 538 membru. Kif semmejna qabel l-istat ta Kalifornja għandu 53 rappreżentant u żewġ Senaturi fi-Kungress Amerikan. Minħabba f 'hekk, min jirbaħ dan l-istat fl-elezzjoni Presidenzjali jirbaħ 55 vot elettorali. Ma tagħmilx differenza b'kemm tirbaħ. Jekk tirbaħ l-istat ta Kalifornja b'vot wieħed jew b'erba' miljun vot il-kandidat rebbieħ xorta ser jikseb 55 vot elettorali minn dak l-istat. Din hija r-raġuni ewlenija li tista' twassal għal sitwazzjoni fejn min jirbaħ il- Kulleġġ Elettorali u jsir President ma jkunx neċessarjament rebaħ il-maggoranza tal- vot popolari. Din il-ħaġa ġrat erba' darbiet biss fl- istorja Elettorali tal-Istati Uniti, darbtejn minnhom fl-aħħar 20 sena. Fis-sena 2000 George W. Bush ġie elett President minkejja li l-eks Viċi President u Kandidat tal-Partit Demokratiku Al Gore kien rebaħ il-maġġoranza tal-voti. Fl-2016 Donald Trump ġie elett minkejja li Hillary Clinton kienet ġabet iżjed voti. Fl-Amerika hemm dibattitu jaħraq biex din is-sistema tinbidel u jilħaq President min jikseb il-maġġoranza tal-voti. Pero' hemm diversi sostenituri ta' din is- sistema speċjalment votanti minn stati zgħar li m'għandhomx popolazzjonijiet kbar u li jemmnu li jekk din is-sistema titneħħa l-kandidati jinsewhom u jibdew jiffukaw biss fiż-żoni fejn hemm popolazzjonijiet kbar. Li nafu fiċ-ċert hu li s-sistema s'issa ma nbidlitx u għalhekk anki f 'din l-elezzjoni se jkun il-Kulleġġ Elettorali li jiddetermina min se jsir President. X'qed juri l-istħarrig tal-opinjoni pubblika? Bħalissa l-istħarriġ tal-opinjoni pubblika Amerikana qed ipoġġi lil Joe Biden fuq quddiem. Importanti li nżommu f 'moħħna li Trump kien jidher ferm iżjed minn taħt sa xhar ilu. Il-kumpanija tal-istħarriġ Amerikana Rasmussen Reports poġġiet li Biden b'12% vantaġġ fuq Trump fl-aħħar ta' Settembru. L-istess kumpanija ħarget stħarrig ieħor din il-gimgħa u d-distakk niżel għal 2% favur Biden. Ta' min wieħed jiakar li minħabba s-sistema tal-Kulleġġ Elettorali dawn iċ- ċifri ma jistgħux jagħtu garanzija ta' min ser jirbaħ għax hekk kif ġara fl-2016 Trump jista' jerġa jirbaħ il-Presidenza mingħajr ma jirbaħ il-vot popolari. Iż-żewg kandidati qegħdin iżidu l-isforzi tagħħom f 'dawk l-istati fejn id-distakk bejn iż- żewg partiti huwa żgħir ħafna. Jidher ċar li l-istati ta' Florida, Georgia, P e n n s y l v a n i a , North Carolina, Ohio, Michigan, Wisconsin u Arizona se jkunu t-tmien stati li jiddeterminaw minn ser jilħaq President. Fl-2016 Trump rebaħhom kollha pero' d-distakk li f 'ħafna minnhom kien inqas ta' 1%. Din id- darba Joe Biden jidher li qiegħed minn fuq f 'ħafna minn dawn l-istati - pero' l-istess jista jingħad għal Hillary Clinton fl-2016, hekk kienet tidher qabel l-elezzjoni. Fl-2016 f 'Pennsylvania gimgħa qabel l-elezzjoni l-istħarrig kien juri lil Hillary Clinton minn fuq b'2% pero' imbagħad Trump spiċċa rebaħ b'0.7%. F'Ohio erba' snin ilu Trump kien jidher minn fuq b'3.5% pero' spiċċa rebaħ b'distakk ta' 8.1% fuq Hillary Clinton. F'Wisconsin Hillary Clinton kienet tidher minn fuq b'6.5% it ġranet qabel l-elezzjoni pero' Trump spiċċa rebaħ b'0.7%. F'Michigan, fl-2016 Hillary Clinton kienet tidher minn fuq b'3.4% it granet qabel l-elezzjoni pero' Trump kien spiċċa rebaħ b'0.3%. Hemm min jgħid li dan huwa minħabba l-effett ta 'shy voters.' Dawn huma votanti li jkunu jridu jivvutaw għal kandidat partikolari pero' li jiddejjqu juru li jappogjawh. Dawn in-nies kapaċi jigdbu jew jirriutaw li jwieġbu meta jsir stħarrig elettorali. Dan l-effett normalment ikun assoċjat mal-partiti tal-lemin estrem fl- Ewropa. Fl-Istati Uniti, fl-2016 deher li kien assoċjat ma' Trump. Fi it tal-granet oħra nsiru nafu jekk l-istħarrig dwar l-opinjoni pubblika fl- A m e r i k a huwiex korrett jew inkella jekk jerġax imur żmerċ u nerggħu naraw lil Donald Trump jirbaħ.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 1 November 2020