Illum previous editions

ILLUM 1 November 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1305622

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 27

07 analiżi illum • IL-ĦADD 1 TA' NOVEMBRU 2020 biex ma nittantawhx? Il-miżuri anti-Covid fl-Ewropa... Emerġenza tas-Saħħa Pubblika fi Spanja Bħal-lum ġimgħa, il-Prim Ministru Span- jol Pedro Sánchez impona, b'effett immedjat, curfew madwar il-pajjiż kollu bejn il-11pm u s-6pm u dan wara li kien mitlub jagħmel dan mill-awtoritajiet f 'għaxar reġjuni. Apparti minn hekk, Sánchez ħabbar ukoll Stat ta' Emerġenza tas-Saħħa Pubblika u dan biex ikun jista' jdaħħal fis-seħħ miżuri restrit- tivi drastiċi. Apparti l-curfew, il-Prim Ministru Spanjol ħabbar li ma jistax ikun hemm ġemgħat ta' aktar minn sitt persuni. Il-Gvern Spanjol qed jipprojbixxi wkoll l-ivjaġġar bejn xi reġjuni. "L-Ewropa kollha bħalissa qed tieħu miżuri biex tnaqqas l-ivjaġġar u l-kuntatti personali. Qatt qabel ma kellna quddiemna sfida bħal din," insista Sánchez waqt konfer- enza tal-aħbariijet. Meta kienet iffaċċjata bl-ewwel mewġa tal-Covid-19, Spanja imponiet fost l-aktar lockdowns stretti iżda bdiet tirrilassa l-miżuri kemm minħabba pressjoni li beda jiffaċċja l-Gvern u anke għax l-istess Gvern beda jsib- ha diffiċli biex jikseb l-appoġġ Parlamentari. L-Istat ta' Emerġenza se jkollu jiġi approvat mill-Parlament biex idum aktar minn 15-il ġurnata, b'Sanchez qed jitlob lill-Parlament biex japprova l-estensjoni sad-9 ta' Mejju 2021. Spanja kienet l-ewwel pajjiż fl-Ewropa li qabżet il-miljun każ ta' Covid-19 minn meta faqqgħet il-pandemija. Franza l-ewwel pajjiż li jħabbar it-tieni lockdown Nhar il-Erbgħa li għadda, il-President Franċiż Emmanuel Macron ħabbar it-tieni lockdown nazzjonali li se jibqa' fis-seħħ, minn tal-inqas, sa l-aħħar ta' Novembru. Taħt dawn ir-restrizzjonijiet il-ġodda, il- Franċiżi jistgħu joħorġu biss mid-dar għal raġunijiet ta' xogħol "essenzjali" jew inkella għal raġunijiet ta' saħħa. Ħwienet mhux essenzjali, bħar-ristoranti u l-barijiet se jkunu magħluqa, iżda l-iskejjel u anke l-fabbriki se jibqgħu miuħa. Diversi żoni fi Franza, inkluż bliet kbar bħal Pariġi, Marsilja, Lyon u Toulouse kienu diġà qed isegwu curfew bejn id-9pm u s-6am. Minkejja dan, il-każi baqgħu għolja ħafna tant li kien hemm drabi fejn Franza saħansi- tra sabet aktar minn 41,000. Il-Ġermanja tidħol f'lockdown parzjali minn għada Anke jekk il-Covid-19 ma ħabbatx lill-Ġer- manja daqs kemm ħabbat pajjiżi oħra ġirien, anke dan il-pajjiż kellu jiffaċċja t-tieni mewġa li hija aktar qawwija mill-ewwel waħda. Għalhekk nhar il-Erbgħa li għadda, il-Kanċillier Ġermaniż Angela Merkel ħab- bret kif minn għada, il-Ġermanja kollha se tidħol f 'lockdown parzjali u dan wara li nt- laħaq qbil bejn il-mexxejja reġjonali kollha Fil-fatt, Merkel ħabbret kif ir-ristoranti u l-barijiet se jingħalqu, ħlief għal dawk li joffru s-servizz ta' take-away. L-ivjaġġar mhux neċessarju qed ikun sko- raġġut filwaqt li ljieli f 'lukanda qed ikunu pprojbiti. Qed jitħassru wkoll avvenimenti kbar. Jingħalqu wkoll il-faċilitajiet ta' divertiment bħat-teatri u ċ-ċinemas. Laqgħat fil-pubbliku se jkun ristretti għal żewġ familji biss sa total ta' 10 persuni. Qed jingħalqu wkoll iċ-ċentri pubbliċi ta' rikreazzjoni bħalma huma l-pixxini u l-gyms. Mill-banda l-oħra, l-iskejjel se jibqgħu miuħa. Se jibqgħu miuħa wkoll il-knejjes u postijiet reliġjużi. Ħwienet oħra, bħal dawk tal-ħwejjeġ, jistgħu jiħu iżda jidħol biss kli- jent wieħed biss għal kull 10 metri kwadri. Belġju: L-isptarijiet taħt pressjoni ... it-tieni lockdown Fost il-pajjiżi l-agħar milquta mit-tieni mewġa tal-pandemija hemm il-Belġju tant li ma kellux għażla oħra ħlief li jmur għat-tieni lockdown nazzjonali. Fil-fatt, hekk kif kibret il-pressjoni fuq l-isptarijiet, il-Prim Ministru l-ġdid Belġjan, Alexander De Croo ħabbar li b'effett immed- jat kellhom jieqfu l-operazzjonijiet kollha li mhumiex urġenti. Apparti minn hekk, b'effett minn għada, il-ħwienet kollha mhux essenzjali, inkluż il-hairdressers se jkunu qed jagħlqu għal sitt ġimgħat. Is-supermarkets se jiħu biex ibiegħu biss affarijiet essenzjali. Apparti minn hekk, kull dar tista' tilqa' fiha biss viżitatur wieħed. Fuq barra, ma jistax ikun hemm gruppi ta' aktar minn erba' persuni. Dawk li jgħixu waħedhom jistgħu jirċievu sa żewġ viżitaturi. Il-Belġju għamel ix-xogħol mid-dar man- datorju fejn huwa possibbli. Ikompli wkoll il-curfew bejn nofsile- jl u l-5am filwaqt li l-bariijet u r-ristoranti jibqgħu magħluqa. L-iskejjel se jiħu fis-16 ta' Novembru wara li l-btajjel tal-ewwel terminu ttawlu ap- posta. "Ninsabu f 'emerġenza tas-saħħa," saħaq il-Prim Ministru waqt li insista li l-pressjoni fuq l-isptarijiet hija qawwija mmens. Aktar persuni fir-Renju Unit milquta b'restrizzjonijiet Ir-Renju Unit ukoll qed jitħabat mhux ħażin mat-tieni mewġa kontra l-Covid-19 u għalhekk il-Gvern Ingliż daħħal sistema ta' tliet livelli ta' allert u kull livell għandu sett ta' miżuri restrittivi marbuta miegħu. Il-livelli tal-allert, "medju," "għoli" u "għoli ħafna," qed jikklasifikaw ir-reġjuni skont kemm tkun ir-rata ta' trasmissjoni tal-virus. F'dawk ir-reġjuni taħt livell tal-allert "medju," ma jistax ikun hemm ġemgħat ta' aktar minn sitt persuni u l-pubs u r-ristoranti jridu jagħlqu fl-10pm. Fir-reġjuni taħt allert "għoli," ir-residenti mhux qed jitħallew jitħalltu jew jiltaqgħu ma' persuni oħra li ma jgħixux magħhom, sakemm mhux fuq barra. Jgħoddu wkoll restrizzjonijiet oħra bħal dawk tal-ġemgħat u anke tal-barijiet u r-ristoranti. Fl-aħħar nett, fir-reġjuni fejn l-allert huwa wieħed "għoli ħafna," il-pubs, il-bars, il-gyms, il-ħwienet tal-logħob u l-kasinos iridu jagħlqu kompletament. Fost il-bliet li tpoġġew minnufih f 'din il-kategorija, kien hemm Liverpool. Madanakollu, ħwienet oħra, l-iskejjel u anke l-universitajiet se jibqgħu miuħa. Fl-Iskozja u anke f 'Wales, ingħalqu l-pubs u r-ristoranti filwaqt li Wales imponiet ukoll restrizzjonjiet fuq il-moviment. Intant, hekk kif il-każi komplew telgħin, il- vaganzi tal-mid-term fl-Irlanda ta' Fuq bdew qabel hekk kif l-iskejjel ingħalqu għal ħmistax.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 1 November 2020