Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1305622
08 analiżi IL-ĦADD 1 TA' NOVEMBRU 2020 • illum ID-DISKORS TA' GRECH DAK LI QAL; KIF QALU U DAK LI MA QALX... L-ewwel diskors ta' Bernard Grech ma kienx jarmi n-nar, bi preżentazzjoni u prestazzjoni xi ftit jew wisq fqira. Kien hemm ukoll iżda punti validi u xi proposti tajbin ukoll. Il- gazzetta ILLUM tanalizza d-diskors ta' Grech ta' nhar it-Tnejn: Dak li qal, kif qalu u dak li ma qalx ALBERT GAUCHI CUNNINGHAM Nhar it-Tnejn Bernard Grech kellu l-ewwel diskors fit-tul, l-ewwel diskors li kien mistenni u li dwaru din il-gazzetta għamlet analiżi antiċipattiv nhar il-Ħadd li għadda. Illum se nagħtu ħarsa lejn iż-żewġ diskorsi b'reazzjoni għall-Baġit, dak tal-Kap tal- Oppożizzjoni f 'dawn il-paġni u dak tal-PM l-għada fil-paġni ta' wara dawn. Nibdew bi Grech. Il-preżentazzjoni: Għad fadal ħafna xi jsir! L-aktar nuqqas evidenti tad-diskors ta' Grech huwa l-preżentazzjoni tal-istess diskors. Filwaqt li Grech kellu mumenti fejn deher illi se jqajjem it l-entużjażmu b'tonalità li se tħalli lin-nies interessati, ħafna drabi deher monotonu u mhux spontanju. L-ispontanjetà hija importanti f 'diskors bħal dan: Li politiku jwieġeb għall-botti li jkunu qed isiru fuq in-naħa l-oħra, li jidher kunfidenti biżżejjed f 'dak li qed jgħid - biex jindirizza lill- avversarju fuq in-naħa l-oħra u politikament iċekknu u li jkun inċiżiv u effettiv fil-kritika tiegħu. Minflok kien hemm sensazzjoni kontinwa illi ħlief għal xi it ħin, Grech kellu script u kien qed jaqra minnu, b'xi żbalji fit-triq illi fixkluh milli jikkomunika l-messaġġ tiegħu b'mod ċar u li ma jħalli ebda dubju u lok ta' interpretazzjoni. Kien hemm mumenti fejn minflok waqaf u indirizza l-kritika u forsi żuett minn naħa l-oħra, baqa' għaddej jaqra minn dan l-iscript qisu mhu qed jiġri xejn madwaru, qisu m'għamilx żball u allura deher maqtugħ mill-kuntest ta' madwaru. Dan fisser li ħafna nies, wara it tilfu l-interess u ma baqgħux isegwuh - u dan huwa l-ewwel inkwiet għal Bernard Grech. Dan kollu jmur kontra n-natura ta' diskors tajjeb. Kif għidna l-ġimgħa l-oħra fuq din il-gazzetta diskors tajjeb jinkludi fih element ta' spontanjetà u allura persuna li kapaċi tadatta dak li qed tgħid skont dak li qed jiġri madwarha, skont il-botti li qed isirulha u forsi wkoll skont aħbarijiet li jkunu qed joħorġu f 'dawk il-ħinijiet. Grech għamel dan biss meta semma' r-regoli li kienu ħarġu dakinhar stess dwar il-barijiet, imma mill- bqija it li xejn deher li mar 'off sript'. Jekk mhux se jirnexxilu joħloq pont ta' komunikazzjoni effettiva bejnu u l-poplu hawn barra, u b'mod speċjali jekk il-poplu se jarah bħala politiku monotonu u li ma jispirax, allura se jkollu problemi akbar minn Adrian Delia, li fi tliet snin kien qed jinħass li pprogressa sew fid-delivery tad-diskorsi li kien qed jagħmel. Bernard Grech irid jinvesti ħafna ħin biex itejjeb tliet affarijiet: Il-kunfidenza, għax ma kienx perċeput li kien kunfidenti meta tkellem nhar it-Tnejn, it-tonalità, għax meta politiku qed jagħmel diksors qed jipprova "jbiegħ" l-ideat u l-viżjoni tiegħu u kif irrapportajna fl-analiżi ta' qabel id-diskors tiegħu, it-tonalità tibqa' fattur determinanti f 'diskors u finalment l-ispontanjetà, biex iżżomm l-udjenza fuq ix-xwiek, biex tipprova tikkonvionċieha, tirrabjaha, iġġibilha tbissima, biex timek u finalment biex taqbel miegħek. Għalkemm kien hemm partijiet fid-diskors li deher se jingrana, kollox ma' kollox Grech irid jinjetta ħafna iktar tattika u kapaċità jekk irid ikollu diskors effettiv. Covid-19: it-tajjeb u l-ħażin Bernard Grech reġa' rrepeta l-ovvju bosta drabi: Jiġifieri li l-Prim Ministru ma messux qal ċerti affarijiet u li l-attitudni tiegħu - fil-perċezzjoni ta' bosta - fixklet, minflok għenet fir- rigward tal-imxija tal-Covid-19. Grech kien b'saħħtu meta semma' n-nuqqasijiet tal-Gvern fir-rigward tal-pandemija u partikolarment dawk tal-Prim Ministru, kif kien b'saħħtu wkoll meta rrefera għal ċerti kummenti tal-Prim Ministru u l-implikazzjoni ta' indħil politiku f 'deċiżjonijiet li jirrigwardaw saħħa. Grech għamel sew ukoll u laqat ferita kbira bħalissa, meta tkellem dwar l-imwiet u s-sitwazzjoni tal- anzjani li mietu bil-Covid-19. Mill-ġdid iżda hemm limitu ta' kemm wieħed jista' politikament jagħmel gwadann minn din is- sitwazzjoni, mingħajr ma toffri soluzzjoni ċara. Grech kien mistenni jelabora dwar l-idea tiegħu - espressa f 'intervista ma' Quinton Scerri - il-proposta li Malta tagħlaq għal żmien qasir, madwar ġimagħtejn ta' lockdown, sabiex il-każi jibqgħu iktar taħt kontroll. Sfortunatament din ma għamilhiex. Huwa iżda għamel numru ta' proposti, u dan huwa tajjeb, li se nħarsu lejhom hawnhekk. Xi ppropona Grech? 'Jitwaqqaf Kumitat ta' Sorveljanza Nazzjonali li jkun kompost minn esperti mediċi mill-oqsma kollha flimkien ma' rappreżentanti tal- Gvern u l-Oppożizzjoni biex isir moniteraġġ tal-pariri li qed jingħataw u li jara li dawn ikunu qed jitwettqu fl-interess pubbliku.' L-ILLUM taħseb li ... Din hija proposta tajba u li taċċerta is-sehem ta' kulħadd fid- deċiżjonijiet, anke jekk wieħed irid jara għalfejn għandu jsir dan minflok jiġu ċċentralizzati aktar tali poteri f 'idejn is-Sovvratendenza tas-Saħħa Pubblika. Xi ppropona Grech? 'Tingħata direzzjoni biex b'mod immedjat kull persuna fis-settur pubbliku li jista' jaħdem permezz ta' remote working, jagħmel dan b'effett immedjat u jkun hemm inċentivi għall-ħaddiema fis-settur privat biex min jista' jaħdem permezz ta' remote working, jagħmel dan b'mod immedjat.' L-ILLUM taħseb li ... Din hija proposta tajba li għandha tkun mifruxa għall-ħaddiema kollha - taċ-ċivil u tal-privat. Il- Gvern għandu jaħdem fuq din il- proposta. Iżda Grech kellu opportunità tad- deheb li tilef, jiġifieri li jagħti lista ta' inċentivi li l-Gvern jista' jattwa - per eżempju - perkaċċi relatati mal-internet u l-kontijiet tad-dawl u l-ilma u kif se jkun hemm tali trasferiment ta' perkaċċi għal dawk kollha li se jaħdmu mid-dar. Il-pożizzjoni tiegħu li "hemm bżonn jiġu inċetivati" mhix biżżejjed. Irid jgħid kif għandhom jiġu nċetivati, u xi dmirijiet se jkun hemm marbutin ma' xogħol mid- dar. Xi ppropona Grech? 'Tisħiħ tal-infurzar biex ma jkunx hemm loopholes ... ' L-ILLUM taħseb li ... Mill-ġdid, iktar infurzar, kulħadd jaqbel magħha. Inkunu realistiċi,