Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1309489
18 opinjoni IL-ĦADD 15 TA' NOVEMBRU 2020 • illum Lil hinn mis-solidarjetà I ktar kmieni din il-ġimgħa, il-Gvern u l-Fondazzjoni Puttinu Cares iffirmaw ehim. Bħala riżultat ta' dan il-ehim il-Fond Nazzjonali għall-Iżvilupp Soċjali ser joħroġ €5 miljun biex jgħin lill-fondazzjoni tixtri iktar appartamenti ħalli tkun tista tassisti pazjenti Maltin f 'Londra għall-kura dwar il-cancer. Ngħid li dan hu pass tajjeb u ta' min ifaħħru. Dan ngħidu minkejja Ii naf li dawn il-fondi akkumulati fil-Fond Nazzjonali għall-Iżvilupp Soċjali ġejjin mill-iskema tal-bejgħ tal-passaporti. Programm magħruf bħala Individual Investment Programme, li jbiegħ iċ-ċittadinanza u l-passaporti u li għal ħafna hu oġġezzjonabbli fil-prinċipju. L-użu ta' dawn il-fondi għal miżura ta' solidarjetà mhux ser tagħmel l-iskema tal-bejgħ ta' passaporti waħda aċċettabbli. Iktar kmieni, matul Awwissu, l-Ministeru għas-Solidarjetà Soċjali għen lill-Moviment Hospice b' €1 miljun biex ikun possibli li jibqgħu jagħtu s-servizz tagħhom lill-pazjenti b'mard terminali, u dan flimkien mal-għajnuna lill-qraba tagħhom f 'dan il-mument diffiċli. Is-sena l-oħra l-Fondazzjoni Farsons flimkien ma kumpaniji assoċjati magħha ukoll taw għajnuna ta' €115,000 lill- Moviment Hospice fil-ħidma tagħhom biex iwaqqfu l-ewwel ċentru f 'Malta għall-kura palljattiva residenzjali f 'Malta: St Michael Hospice. Is-St Michael Hospice għandu jkun żviluppat flok l-Istitut Adelaide Cini f 'Santa Venera li l-Knisja f 'Malta għaddiet lill-Hospice Malta. L-Arċisqof Scicluna, meta ħabbar din l-inizjattiva tal-Knisja kien stqarr li l-Knisja f 'Malta kienet ispirata mid-dikjarazzjoni tal-Papa Franġisku fl-2015 dwar is-Sena tal-Ħniena. Huwa ta' inkoraġġiment li s-soċjetà Maltija għandha qalbha f 'postha u kapaċi tieħu inizjattivi biex tgħin li min qed ibati: tgħin biex tittaffa t-tbatija kif ukoll fejn possibli tgħin li min jista' jaqbad it-triq tal- fejqan. Ilkoll kemm aħna għandna (jew kellna) lil xi ħadd qrib tagħna jitqabad fid-dell tal-kanċer. Huwa tajjeb li għandna din il-kapaċità. Imma b'żieda ma dan nistgħu (u huwa possibli) nieħdu passi biex din it-tbatija nevitaw parti sewwa minnha ukoll! Li kellna nsegwu politika ambjentali sura naslu biex fuq perjodu ta' żmien nevitaw mhux it mill-mard terminali li kontinwament niffaċċjaw. Meta kienet qed titkellem dwar il-cancer u l-ħidma tal-Unjoni Ewropea, Ursula van der Leyen, President tal-Kummissjoni Ewropea, iktar kmieni din is-sena qalet li "għalkemm nistgħu nevitaw bejn 30% u 40% tal-każijiet tal-kanċer, hu biss 3% tal- baġit tas-saħħa fil-pajjiżi membri li huwa nvestit f 'miżuri ta' prevenzjoni". Għaliex ma nindirizzawx din l-anomalija? L-iscreening mediku jsalva ħafna ħajjiet, anke f 'Malta. Imma naqblu li dan mhux biżżejjed. Li nnaqqsu r-riskji ambjentali bħall-kull forma ta' tniġġiż u l-kuntatt ma kimiċi differenti ikun pass tajjeb 'il quddiem. Ma' dan għandu jiżdied għarfien ikbar dwar dak li nieklu kif ukoll għarfien aħjar tal- benefiċċju li jiġi mit-tilqim f 'waqtu. Huwa f 'dan il-kuntest li jistona t-tkaxkir tas-saqajn biex naġixxu b'qawwa dwar l-użu tal-pestiċidi fl-agrikultura. Dan huwa wkoll inkwetanti. Ninsab infurmat li fis-seklu 21 għad m'ghandniex il-faċilitajiet neċessarji f 'Malta biex ikunu eżaminati l-prodotti agrikoli ħalli jkun stabilit kemm fihom bexx. Huwa tal-mistħija li bħala pajjiż għadna nibgħatu l-kampjuni għal eżami f 'laboratorji barranin. Dan il-fatt juri kemm għadna lura biex inħaddmu f 'pajjiżna l-għodda tal-Unjoni Ewropea li jipproteġu saħħitna bħala konsumaturi. Għax meta r-riżultat dwar il-kampjuni agrikoli li jintbagħtu barra jaslu lura, ġeneralment ikun tard wisq biex wieħed jaġixxi. Għax jekk jirriżulta li l-prodotti eżaminati jkunu kontaminati, jkunu ilhom li nbiegħu u ġew ikkunsmati. Anke jekk nillimitaw ruħna għall użu tal-pestiċidi hu ċar li għandna bżonn urġenti ta' qafas regolatorju aħjar. Jeħtieġ li l-pestiċidi jinbiegħu biss b'sistema ta' riċetta taħt kontroll ta' spiżjara agrikoli. Il-bdiewa jeħtieġu taħriġ u ma jistax ikun li jibqgħu jitħallew għal riħhom. Dan, flimkien ma laboratorju lokali li jinforza r-regoli Ewropej dwar l-użu tal-pestiċidi u t-tnaqqis tagħhom fl-ikel li nikkunsmaw jista' jwassal għal prevenzjoni ta' mard assoċjat. Li nieħdu passi dwar il-pestiċidi hu biss wieħed mill-ħafna passi meħtieġa. Kieku kellna napplikaw il-politika ambjentali bis-serjetà fl-oqsma kollha, bla eċċezzjoni u bla tkaxkir tas-saqajn, ikollna riżultati ferm aħjar biex insaħħu l-prevenzjoni bħala l-għodda preferuta fl-istrateġija dwar is-saħħa. Dan, meta jsir, iwassalna pass il- quddiem mis-solidarjetà, għax aħjar il-prevenzjoni milli l-kura. Carmel Cacopardo Carmel Cacopardo hu ċ-Chairperson tal-AD+PD Kieku kellna napplikaw il-politika ambjentali bis-serjetà fl-oqsma kollha, bla eċċezzjoni u bla tkaxkir tas-saqajn, ikollna riżultati ferm aħjar biex insaħħu l-prevenzjoni bħala l-għodda preferuta fl-istrateġija dwar is-saħħa