Illum previous editions

ILLUM 15 November 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1309489

Contents of this Issue

Navigation

Page 18 of 27

19 opinjoni illum • IL-ĦADD 15 TA' NOVEMBRU 2020 Il-qdusija ta' Jason Azzopardi u l-klikka F 'dan l-aħħar jiem ġie żvelat fuq din il-gazzetta li d-Deputat Nazz- jonalista Jason Azzopardi, fl- 2017 kien aċċetta rigal mingħand Tumas Group, fejn il-familja tas-suspet- tat mandant fil-qtil ta' Daphne Caruana Galiziz, kienet ħalsitlu l-akkomodazzjoni ta' btala ġewwa Iżrael. Wara snin jippontifika u jgħajjar lil kull min jiġi quddiemu li huwa korrott u mafjuż, issa ħarġet din l-informazzjoni ġdida biex tkompli tikkonferma l-qdusija tiegħu u tal-klikka qarrieqa li jifforma parti minnha. U ngħiduha kif inhi, din mhux l-ewwel kwistjoni simili – wieħed ma jistax jinsa l-iskandli li saru fiż- żmien meta kien Segretarju Parlamentari responsabbli mill-artiijiet, per eżempju dak tal-fabbrika tal-Lowenbrau ġewwa Ħal Qormi. Is-sena l-oħra, il-Qrati tal- Ġustizzja saħansitra ddikkjaraw li kellu jerfa' r-responsabbilta' politika għal mod li bih kien uża l-pożizzjoni tiegħu biex influenza u wassal li din l-art tgħaddi għand in-negozjant Żaren Vassallo għal somma miżera ferm anqas minn kemm kienet stmata li tiswa. F l-isfond ta' dan kollu, jiena dejjem nibqa' mmeraviljat bil-fatt li jiġri x'jiġri, dak kollu li jmiss mal-Partit Laburista u l-Gvern dejjem huwa ħażin u moqżież, imma tal-klikka kollox jgħaddi. Dan Jason Azzopardi u l-klikka qaddisa li jifforma parti minnha, 'l hena tagħhom jaraw kif ser isallbu lin-nies u jaraw b'liema argumenti ser joħorġu biex jgħidu li kull ħaġa li jagħmel il-Gvern ħażina u jipprovaw joħolqu kruċċjata. Nafu sewwa kemm din il-klikka taf tobgħod u żgur li kulħadd jiftakar ix- xeneġġjati li saru quddiem il-Parlament is-sena l-oħra meta saħansitra waslu biex attakkaw membri tal-Gvern fil- karozzi tagħhom, u smajnihom jgħidu li kienu ilhom sitt snin jistennewh dak il-mument, sitt snin jistennew biex imexxu attakki vjolenti fuq membri tal- Gvern. Eżempju ħafna aktar riċenti tal- mibgħeda li għandhom, proprju xahar ilu meta saħansitra rnexxilhom iqaċċtu 'l barra lil Dr Adrian Delia minn kap tal- Oppożizzjoni wara rewwixta u attakki li kienu ilhom għaddejin tliet snin, għax qalu li kellu kuntatt ma' Yorgen Fenech fil-passat. Fl-aħħar mill-aħħar, Jason Azzopardi m'hu xejn għajr paradoss wieħed kbir. Bniedem ta' ħafna kliem, ħafna qdusija u skrupli, iridha tal-paladin tad-demokrazija u l-governanza tajba, u bniedem li jħobb jitkellem ħafna fuq il-ħażin li jagħmel ħaddieħor. Imma min-naħa l-oħra tiegħu dejjem jipprova jara kif ser jgħattih. Dak kollu li jitkellem kontrih, Jason Azzopardi wettqu kollu u m'għandu l-ebda kredibilita'. Imbagħad imma ssib lil David Thake li ħareġ jaqa' għaż- żufjett jipprova jiddefendi l-għaġir ta' Azzopardi u jiġġustifika dak li għamel, minkejja li Azzopardi stess ammetta li għamel ħażin. It-taħwid, il-filosofija u kliem qarrieqi u fieragħ ta' Jason Azzopardi huwa disturbanti. Dan id-deputat, min-naħa waħda jilbes il-kappell ta' kritiku aħrax tal-Gvern, ta' qaddis miexi fl-art u qiegħed jidher parte civile għall-familja Caruana Galizia fil-kawża kontra s-suspettat mandant fil-qtil ta' Daphne Caruana Galizia, Yorgen Fenech. Min- naħa l-oħra imma nsiru nafu li hu ukoll kellu relazzjoni mal-familja ta' Fenech, u rċieva rigali li qatt ma ddikjarha, saħansitra ftit xhur qabel il-qtil. Is-santita' u l-maskri kollha waqgħu. Ma waqgħux biss l-arroganza u l-ipokrezija li għandha din il-klikka, għaliex użgur, demend li huwa wieħed minn tagħhom, ma ġara xejn. Din mhux il-ġustizzja u l-governanza t-tajba li tant jitkellmu fuqhom. Alex Agius Saliba huwa MEP f'isem il-Partit Laburista Alex Agius Saliba Nafu sewwa kemm din il- klikka taf tobgħod u żgur li kulħadd jiftakar ix-xeneġġjati li saru quddiem il-Parlament is-sena l-oħra meta saħansitra waslu biex attakkaw membri tal-Gvern fil-karozzi tagħhom, u smajnihom jgħidu li kienu ilhom sitt snin jistennewh dak il-mument, sitt snin jistennew biex imexxu attakki vjolenti fuq membri tal-Gvern Jason Azzopardi

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 15 November 2020