Illum previous editions

ILLUM 15 November 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1309489

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 27

11 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 15 TA' NOVEMBRU 2020 Pressjoni fil- PN biex jiġu mbuttati 'l quddiem żgħażagħ u uċuh ġodda għall-karigi u bħala kandidati YENDRICK CIOFFI Il-Partit Nazzjonalista jidher li jinsab ingranat għal Elezzjoni Ġenerali hekk kif fl-aħħar jiem beda japprova għadd ta' kandidati, b'ħafna minnhom huma persuni li se jkunu qed jikkontestaw l-elezzjoni ġenerali għall-ewwel darba, fosthom ukoll diversi żgħażagħ. Fil-fatt, sorsi fi ħdan l-Eżekuttiv tal- Partit Nazzjonalista qalu mal-gazzetta ILLUM kif qed issir pressjoni fl-ogħla organi tal-Partit Nazzjonalista biex ikunu mbuttati 'l quddiem diversi żgħażagħ u uċuh ġodda kemm bħala kandidati għall-Elezzjoni Ġenerali u anke biex ikollhom rwoli importanti, inkluż fl- ogħla organi tal-Partit Nazzjonalista. Wieħed mis-sorsi li tkellem magħna spjega kif it-tir kien li l-ewwel ma jkunu approvati bħala Kandidati għall- Elezzjoni Ġenerali jkunu l-Membri Parlamentari, madanakollu, waqt waħda mil-laqgħat tal-Eżekuttiv, saret pressjoni biex għalissa l-Partit Nazzjonalista japprova u jimbotta 'l quddiem uċuh ġodda u żgħażagħ. "Mhux qed ngħid li fil-Partit Nazzjonalista ma fadalx post għal nies ta' esperjenza, iżda l-futur tal-Partit Nazzjonalista jinsab fiż-żgħażagħ u lilhom irridu nimbuttaw," insista dan is- sors. Fil-fatt, fl-aħħar jiem rajna diversi żgħażagħ iħabbru fuq Facebook li ġew approvati bħala kandidati għall- Elezzjoni Ġenerali, fosthom l-eks President tal-Kumitat Eżekuttiv Mark Anthony Sammut, u anke Jerome Caruana Cilia, Dorian Sciberras, Justin Schembri, James Aaron Ellul, Alessia Psaila Zammit, Ian Vassallo Hagi, Darren Carabott, Angelo Micallef u Graham Bencini. Apparti li huma kunsilliera tal-Partit Nazzjonalista, uħud minnhom huma wkoll impjegati mal-midja tal-Partit. Fost kandidati oħra, il-Partit Nazzjonalista approva wkoll żewġ persuni transgender bħala kandidati, jiġifieri lil Alexander Mangion u Angela Coleiro. Is-sorsi li tkellmu mal-ILLUM insistew kif apparti għall-Elezzjoni Ġenerali, qed issir ħidma u pressjoni biex żgħażagħ u anke persuni ġodda fil-PN, ikollhom irwoli f 'pożizzjonijiet importanti fi ħdan il-PN, inkluż meta jasal il-waqt li jinbidel is-Segretarju Ġenerali. Fil-fatt, Francis Zammit Dimech, kien inħatar b'mod temporanju bħala Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista, sakemm tidħol fis-seħħ ir-riforma tal-partit, riforma li mexxa Louis Galea u li ġiet fi tmiemha bl- approvazzjoni tal-istatut il-ġdid f 'Ġunju li għadda. Madanakollu, l-istess sorsi saħqu li l-bidliet mhux se jkunu f 'salt u apparti r-reshuffle tas-shadow cabinet, il-Kap tal-PN jixtieq li l-ewwel jimla żewġ rwoli ġodda u importanti li għandhom jitwaqqfu skont l-istatut il-ġdid, jiġifieri President għar-Riċerka Politika u President għad-Djalogu Soċjali. Skont l-istatut, il-President għar- Riċerka Politika għandu jkun membru tal-Grupp Parlamentari, iżda mhux l-istess jgħodd għall-President għad- Djalogu Soċjali. Fil-fatt, ix-xewqa hi li din il-kariga timtela' minn wiċċ ġdid fil- PN. Intant il-gazzetta ILLUM tkellmet ma' tnejn miż-żgħażagħ li ġew approvati bħala Kandidati tal-Partit Nazzjonalista għall-Elezzjoni Ġenerali: Is-sehem ta' kull individwu huwa kruċjali fit-tfassil tal-politika ta' pajjiżna, bl-irwol taż-żgħażagħ xejn anqas. Staqsejtni dwar l-importanza taż- żgħażagħ, l-importanza m'għandhiex tkun fuq is-sehem taż-żgħażagħ biss, iżda fuq iż-żgħażagħ x'jistgħu joffru għal pajjiżna. Fil-ħidma politika tiegħi dejjem tlaqt mill-punt li jiena qiegħed hemm biex nisma' u nservi bl-aqwa mod lill-poplu li jien nirrapreżenta. Id-differenza li nistgħu nagħmlu hija ġenerika għax nemmen li kull distrett għandu l-isfidi partikolari tiegħu, imma aħna ż-żgħażagħ għandna dak l-element li f 'waqtiet nistgħu nintroduċu ideat u perspettivi ġodda fil-mod kif nistgħu nimplimentaw il-poli- tika. Fuq aspett personali minn dejjem emmint li d-differenza ewlenija li wieħed jista' jġib ma jistax jagħmilha jekk ma jkollux kuntatt man-nies. Inten- ni li l-politika ta' fejda u ekwa trid mhux biss tkun fid-dokumenti tagħna iżda bħala Maltin, bħala politiċi u bħala partitarji rridu nwassluha lin-nies. Irridu niddiskutuha man-nies, irridu li n-nies iħossu s-sentiment li din il-politika li aħna qed noffru hija tagħhom, u mhux għalihom. L-enerġija li aħna "ż-żgħar" għandna, żgur li tgħin biex dan l-aspett inżommuh, imma nisħaq li qatt ma għandna ninsew l-għeruq tal-ħidma tagħna, dik li l-politika tagħna tkun verament għan-nies u man-nies li aħna għandna nirrappreżentaw u nħarsu. B'hekk biss jista' jirbaħ pajjiżna. Iż-żgħażagħ fil-politika, bl-energija, l-ideat ġodda u stil ġdid ta' politika, kapaci joffru n-nifs ġdid li għandha bżonn il-politika f 'pajjiżna. Irridu nifs ġdid fil-politika biex dan il-pajjiż jerġa' jakkwista l-valuri li fl-imgħoddi kienu l-pedament tiegħu. Irridu nifs ġdid billi nwarrbu darba għal dejj- em l-korruzzjoni. Irridu nifs ġdid fil-politika ħalli l-vendikazzjonijiet politiċi jsiru xi ħaġa tal-passat. Irridu nifs ġdid fil-politika biex tirrenja l-mer- itokrazija. Irridu nifs ġdid fil-politika biex iż-żgħażagħ jerġgħu jingħataw l-opportuni- tajiet biex jimxu 'l quddiem. Irridu nifs ġdid fil-politika biex nissalvagwardjaw l-ambjent tagħna u nsaħħu l-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima. Irridu nifs ġdid fil-politika biex ma jigg- wadanjawx il-ftit a skapitu tal-ħafna. Irridu nifs ġdid fil-politika biex nerġgħu ntejbu r-reputazzjoni ta' pajjiżna. Irridu nifs ġdid fil-politika biex ikollna ekonomija għan-nies. Irridu nifs ġdid fil-poli- tika biex dak li hu sewwa jirbaħ fuq dak li hu ħażin. Lir-rwol taż-żgħażagħ fil-politika huwa kruċjali sabiex jixprunaw din il-bidla li hemm bżonn fid-direzzjoni t-tajba. 'Aħna ż-żgħażagħ nistgħu nintroduċu ideat u perspettivi ġodda' 'Iż-żgħażagħ kapaci joffru n-nifs ġdid li għandha bżonn il-politika' Sorsi fi ħdan l-Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista jisħqu mal-gazzetta ILLUM kif qed issir pressjoni biex il-karigi fi ħdan il-Partit Nazzjonalista jimtlew minn uċuh ġodda filwaqt li aktar żgħażagħ ikunu approvati bħala kandidati għall-Elezzjoni Ġenerali JAMES AARON ELLUL JEROME CARUANA CILIA

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 15 November 2020