Illum previous editions

ILLUM 15 November 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1309489

Contents of this Issue

Navigation

Page 21 of 27

22 opinjoni IL-ĦADD 15 TA' NOVEMBRU 2020 • illum F tit jiem ilu miet Patri Bar- tolomeo Sorge, Ġiżwita għaref u studjuż tat- tagħlim soċjali tal-Knisja. Ili s-snin naqra l-kitbiet tiegħu dwar it-tagħlim soċjali tal-Knisja. Kelli x-xorti niltaqa' miegħu u nkellmu darba f 'waħda miż-żja- rat tiegħu hawn Malta. Qrib tagħna fi Sqallija Padre Sorge waqqaf fl-1986 l-Istitut ta' Formazzjoni Politika fejn kien igħallem it-tagħlim soċjali tal- Knisja, fejn ukoll f 'Palermo kien direttur taċ-Ċentru Studji Soċjali. Matul sitt snin kien direttur tar-rivista 'Popoli,' rivista internazzjonali tal-Ġiżwiti u dam 13 il-sena direttur tar- rivista tagħhom 'Aggiornamenti Spirituali'' li tagħha domt is-snin abbonat. L-istorja ta' ħajtu kitibha fi ktieb li semmieh 'Uscire dal tempo.' Kiteb l-istorja tal-Knisja minn żmien il-Konċillju Vatikan it- Tieni bl-isem ta' 'La Traversata.' Fis-sena 2011 kiteb Intorduzione alla Dottrina Sociale della Chiesa.' L-aħħar ktieb tiegħu li għandi f 'idejja, jorjenta lill-qarrejja fuq ix-xbieha awtentika tal- Papa Franġisku, Ġiżwita bħalu. Jismu 'Gesu Sorride' u fil-qoxra għandu nota li tgħid: "Con Papa Francesco Oltre La Religione Della Paura – bil-Malti Mal- Papa Franġisku 'l hemm mir- reliġjon tal-biża'" Fiħ jinsisti li l-"Kristjaniżmu mhuwiex ir- reliġjon tal-Le, tal-Projbizzjonjiet, tal-biża'. Hi reliġjon tal-hena." Ma kontx naf li Bartolomeo Sorge twieled fl-1929 fil-gżira ta' Elba, fejn kien arrestat Napuljun Bonaparti, il-mexxej famuż ta' Franza. Daħal Ġiżwita fl-1946 u kien ordnat qassis fl-1958. Beda bil-kbir Sorge beda bil-kbir. Dam 12 il-sena direttur tar- rivista internazzjonali li joħorġu l-Ġiżwiti 'La Civilta Cattolika,' meqjusa bħala rivista semi- uffiċjali tal-Vatikan. Fl-1976 kien wieħed miż-żewġ viċi-presidenti tal-Konvenju Nazzjonali tal-Knisja Taljana. Fl-1979 intbagħat mill-Papa San Pawlu V1 fi Puebla bħala espert fit-Tielet Konferenza Ġenerali tal-Isqfijiet Latino Amerikani. Ritratt awtentiku tal-Papa Bergolgio Bartolomeo Sorge jagħmel twissija serja dwar il-ħtieġa li nimu sewwa il-fenomenu tal-Papa "li ġej mill-bogħod". Hemm il-periklu li jingħadu ħafna aspetti superfiċjali u it huma l-kittieba li jagħfsu fuq ir- radikalità tal-Papa Frangisku. Dejjem skond Patri Sorge, is-sigriet tal-Papa Frangisku u tal-popolarità tiegħu jikkonsisti fit-tempra evanġelika tiegħu, fil- fidi personali f 'Ġesu ta' Nazzaret, imxandar u maħbub bil-ħajja li jgħix, imgħannaq miegħu fl- umanità tal-fqar u taċ-ċkejknin. Minħabba l-għaqda personali tiegħu ma' Ġesu, Papa Franġisku sar "awtentiku profeta tal- fiduċja". Dan il-Papa heżżeż sa mill-qiegħ il-pedamenti "tar-religjon tal-biża'", li kellha l-predikaturi tagħha mhux biss fl-ambjent klerikali imma wkoll f 'dawn l-aħħar għexieren ta' snin anke fil-kamp politiku, soċjali u ekonomiku. Soċjetà bla missier Padre Sorge jirrimarka li sewwasew f 'din il-kriżi eċċezzjonali fi ħdan is-soċjetà strutturali u kulturali, dis-soċjetà, imsejħa soċjetà moderna li ma għandhiex "missier" tirrendi lill- bniedem modern dispont b'mod partikulari bex jilqa' l-aħbar ta' Alla "Missier ħanin". Fl-enċilika tiegħu ''Evangelii Gaudium, Papa Franġisku jisħaq fuq it-tmiem ta' reliġjon ħarxa u tikkastiga u flokha jistieden lil kullħadd biex jiskopri mill-ġdid L-evanġelju tal-hena, evanġelju skomdu, mingħajr dubju iżda mxandar b'dik l-ironija rraffinata u Nisranija li tagħha dan il-Papa huwa espert, mhux għax huwa bniedem inġenjuż imma għax għandu l-qawwa tal-ispirtu. Min jisma' li l-Papa Franġisku għandu statwa ta' Martin Luteru fis-sala tal-udjenzi, min jisma li l-Papa Franġisku mhux lest li jiġġudika lil min hu omosesswali għandu jagħraf il-profondita' spiritwali tal-Papa u ma jgħaġġil jaħseb li dan il-Papa qed jiżbalja, anke jekk jisma' xi kardinal qed jgħid hekk! Dun Anġ Seychell Insellem lil Barolomeo Sorge; xandar għaref tat-tagħlim soċjali tal-Knisja Dun Anġ Seychell huwa l-Fundatur ta' Dar Nazareth Ir-ritratt juri lill-Patri Barolomeo Sorge flimkien mal-Papa Franġisku

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 15 November 2020