Illum previous editions

ILLUM 15 November 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1309489

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 27

27 films illum • IL-ĦADD 15 TA' NOVEMBRU 2020 Carmel Bonnici Il-prostituzzjoni fiċ-ċinema Il-prostituzzjoni jsejħulha l-aktar professjoni jew impieg qadim fid- dinja. Fil-qosor kemm jista' jkun se niffoka fuq il-prostituzzjoni sa mill- bidunett tal-eżistenza tal-bniedem. Fil-Lvant Nofsani tal-qedem insibu ħafna niċeċ, tempji u djar tal-pjaċir ddedikati lid-diversi Allat foloz. F'dawn il-postijiet kien jinżamm xi forma ta' prostituzzjoni sagra anki bħala mpieg. L-istoriku Grieg, Herodotus kiteb ħafna dokumenti dwar dan li jwasslu sa madwar 2,400 sena Qabel Kristu. Fl-Iżrael tal-qedem u fil-Bibbja nsibu ħafna referenzi għall- prostituzzjoni. Il-poplu Lhudi, l-poplu t'Alla, kien imdawwar b'razez li għalihom il-prostituzzjoni kienet xi ħaġa komuni. Fil-Ġenesi naqraw li Alla qered b'xita ta' nar u kubrit liż-żewġt ibliet ta' Sodoma u Gomorra minħabba prattici sesswali mhux naturali. Fl-istess kotba tal-bidu fl-istorja ta' Ġudah u Tamar naqraw li l-mara tad-dnub kienet tistenna f 'xi triq prinċipali tistieden lil xi vjaġġatur li kien iħallasha aktarx mhux b'xi flus, imma b'xi gidja li tiswa aktar. Fil- ktieb ta' Ġożwe, f 'Ġeriko, waħda prostituta jisimha Raħab kienet tispija għall-Iżraeliti billi takkwista informazzjoni militari mingħand il-kmandanti tal-għadu. Meta l-Iżraeliti rebħu l-art ta' Kanaan, Raħab ikkonvertiet u żżewġet membru prominenti. Mara ħażina u mill-agħar kienet Ġeżebel, li kienet tobgħod lill-poplu t'Alla u tistinka biex isiru orġji fit-tempju ta' xi alla falz, barra li qatlet diversi Lhud. Meta ġiet mitfuha minn gallarija u nqatlet, ġisimha kieluh il-klieb skont profezija. Fil-film tal-1953, Sins Of Jezebel bl-attriċi Paulette Goddard li ħadmet il-parti tagħha, il- kantant popolari Frankie Laine jiddeskriviha tajjeb ferm bil- kanzunetta sabiħa Jezebel tal-1951, b'dan il-kliem: "If ever the devil was born, without a pair of horns, Jezebel it was you. If ever a pair of eyes promised paradise, deceiving me, leaving me blue, Jezebel it was you ..." Il-film Jezebel tal-1938 kien fuq mara kattiva, Bette Davis, imma mhux tad-dnub. L-istess nistgħu ngħidu għal Sansun, raġel ta' saħħa barranija u Delilah, mara sabiħa tal-Filistej li fl-aħħar ittradietu. Samson And Delilah (1949) kien maħdum minn Victor Mature u Hedy Lamarr. F'kanzunetta popolari Delilah laqqmuha "lady barber". Gesu' Kristu stess irrakkonta l-parabbola tal-Iben il-Ħali li nefaq ġidu man-nisa tal-pjaċir. Din l-istorja wkoll sabet ruħha fuq il-liżar ċinematografiku f 'e Prodigal (1955) b'Lana Turner bħala s-segwaċi ta' tempju bl-idoli foloz. F'ħajtu, Ġesu' kien juri ħniena ma' dawn in-nisa u jinqtal li minn Marija ta' Magdala, il-Maddalena, li wara saret dixxiplu ferventi tiegħu, ħareġ minnha seba' xjaten. Fi żmien l-Imperu Ruman, f 'Ruma l-Antika, dan ix-xogħol kien komuni ħafna, legali u mferrex ma' kullimkien. Il-film tad-direttur Tinto Brass, Caligula (1979), erotiku għall-aħħar, kważi pornografiku (pero' maqtugħ drastikament għaċ-ċinema) juri dan. Min iżur il-fdalijiet ta' Pompeii jista' jara graffiti pjutost oxxeni. Fil-Greċja l-Antika l-pornografija kienet tkun ipprattikata fil-burdelli anki bejn l-irġiel. Kien hemm tempju famuż fis-sitt seklu Qabel Kristu ddedikat lil Afrodite, l-alla tal-imħabba. F'Ċipru u Korintu tip ta' prostituzzjoni kienet ipprattikata ġot-tempju qisha xi funzjoni reliġjuża. Fis-Seba' Seklu, il-Pofeta Mohammed iddikjara li l-prostituzzjoni hi kontra l-liġi u dnub. Fis-snin tan-Nofs, il- Medjuevu, l-Għarab kellhom in- negozju tal-ilsiera u atti sesswali ma' dawn ma kienux jitqisu bħala prostituzzjoni. Il-ġibda bejn mara u raġel l-aktar, baqgħet dejjem qawwija u l-prostituzzjoni ma tinqered qatt. Għall-ħafna snin, f 'Hollywood, fil-films in-nisa ma kienux jissemmew b'dan l-isem, imma b'titli aktar rispettabbli bħal "cafe' hostess" (waħda li sservi lill-klijenti f 'ħwienet tax-xorb jew ristoranti. L-udjenzi pero', ma kellhomx diffikulta jinnotaw il-veru professjoni tagħhom u tad-diversi nisa li ħadmu l-parti ta' Sadie ompson f 'Rain, ta' Marlene Dietrich f 'Dishonoured u Shanghai Ezpress, ta' Clara Bow f 'Call Her Savage, ta' Greta Garbo f 'Anna Christie u Mata Hari, Miriam Hopkins f 'Dr. Jekyll And Mr. Hyde, Tallulah Bankhead f 'Faithless, Vivien Leigh f 'Waterloo Bridge jew Joan Bennett f 'Manhunt, biex insemmi xi it. Il-Franċiżi minn dejjem kienu jazzardaw aktar u nisa prostituti kienu jsemmuhom b'dak l-isem. Fost mijirt ta' films, ta' min isemmi Dedee D'Anvers, La Ronde, Le Plaisir, Boule De Suif, Les Long De Trattoirs, La Bonne Soupe, Adua E Se Compagni (ko-produzzjoni mat-Taljani) u Le Compagnons De La Nuit. Fl-Italja deher il-film Mamma Roma u mill-Ġappun wasal Street Of Shame. Il-Gran Brittanja fis-snin ħamsin daħlet f 'dan it-territorju b'ħerqa kbira. F'uħud minn dawn il-produzzjonijiet kienet tidher l-attrici Dora Bryan kważi timita l-istess parti. Kxif ta' korruzzjoni sesswali fid-distrett infami ta' Soho deher taħt titli bħal e Flesh Is Weak, Passport To Shame u e World Ten Times Over. Hollywood, b'nofs qalb, kompla fuq din il-proċedura b'films ta' kategorija B, speċjalment fuq dawk in-nisa li jinkrew permezz tat-telefon (call girls) bi proġetti bħal Why Girls Leave Home, Call Girls, Girl In e Night u bi produzzjonijiet dwar każijiet storiċi medikali ġo films bħal e ree Faces Of Eve u Girl Of e Night. Fil-bidu tas-snin sittin, il- bibien għall-aktar liberta' nfetħu, ħaġa li saret aktar faċli bil-film sensazzjonali Grieg, il-kummiedja serja Never On Sunday u films oħra mill-kontinent li jimitawh bħal Always On Sunday u Every Night Of e Week. Fil-preżent Never On Sunday jidher xogħol rżin kważi addattat anki għaż-żgħar. Atturi nisa, ħafna minnhom tassew rinomati, li ħadmu ta' prostituti kienu Sophia Loren f "Lady L. Yesterday, Today And Tomorrow (Ieri, Oggi e Domani), Marriage: Italian Style (Matrimonio All'Italiana), Bocaccio '70 u Man Of La Mancha, Anna Karina f 'Vivre Sa Vie, Lee Grant f "Divorce: American Style u e Balcony, Carrol Baker f 'Sylvia, Shirley Jones f 'Elmer Gantry, Nancy Kwan f 'e World Of Suzie Wong, Diane Cilento f 'Rattle Of A Simple Man, Carol White f 'Poor Cow, Inger Stevens f '5 Card Stud, Margot Kidder f "Gaily Gaily (U.K. Chicago, Chicago). Kitty Winn f 'Panic In Needle Park, Sylvia Miles f 'Midnight Cowboy, Julia Roberts fi Pretty Woman u ruxxmata oħrajn. Naħseb li tiddomina lil dawn kollha biex taħdem din il-parti b'mod it umoristiku u ġenjali hija l-brava Shirley MacLaine li qaxxret il-parti ta' prostituta ġo films bħal Some Came Running, Irma La Douce, e Apartment, All In A Night's Work, fix-xogħol mużikali Sweet Charity u ta' mara laxka liebsa ta' soru, biex ma tinqatilx fir-Rivoluzzjoni Messikana, ma' Clint Eastwood f 'Two Mules For Sister Sara. Biex tiċċajta darba qalet hekk: "Tant ħdimt ta' nisa tal-pjaċir li m'għadhomx iħallsuni b'mod regolari. Iħallu l-flus fuq it- tavolina!" Il-burdelli fejn jaħdmu dawn in-nisa dehru f 'ruxxmata ta' films, l-aktar f 'diversi Westerns, kif ukoll f 'Lady L, A Walk On e Wild Side, e Revolt Of Mamie Stover, A House Is Not A Home, Ulysses (ix-xogħol litterarju ta' James Joyce), e Balcony, A Funny ing Happened On My Way To e Forum, e Best Little Whorehouse In Texas, Gaily Gaily (U.K. u hawn Malta rajnieh bl-isem ta' Chicago, Chicago), e Reivers u bosta oħrajn. Films fuq korteżani famużi bħal Madame Du Barry, Nell Gwynne, Lola Montes jirreferu għal dawn in-nisa li jfittxu s-soċjeta' tal- klassi għolja. Fl-aħħarnett, xi atturi nisa li ħadmu din il-parti tant impressjonaw li rebħu l-Oscar ghall- Aqwa Parti Prinċipali Femminili, bħal Elizabeth Taylor f 'Butterfield 8 (1960) u Jane Fonda fi Klute (1971). Elizabeth Shue kienet innominata f 'Leaving Las Vegas (1995) waqt li Shirley MacLaine kellha diversi nominazzjoniet ghall-Oscar f 'dan l-istess irwol.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 15 November 2020