Illum previous editions

ILLUM 22 November 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1311610

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 27

27 films illum • IL-ĦADD 22 TA' NOVEMBRU 2020 Carmel Bonnici Bob Hope, Bing Crosby U Dorothy Lamour dejjem lesti għal triq twila (1) Seba' kummiedji bl-atturi Bob Hope, Bing Crosby u Dorothy Lamour kienu jibdew bl-isem ta' Road To .... (it-triq għal xi mkien). Din is-serje, sitta minnhom tal- kumpanija Paramount Pictures kienu taħlita ta' avventuri, kummiedja, sitwazzjonijiet romantiċi u mużika. L-istorja, sempliċi kemm jista' jkun, kienet tkun iddominata minn ċajt spirtu pront, ħafna minnhom imlissnin waqt l-iffilmjar minn Crosby u Hope. Il-films ta' din is-sensiela huma: Road To Singapore (1940) - Road To Zanzibar (1941) - Road To Morocco (1942) - Road To Utopia (1946) - Road To Rio (1947) - Road To Bali (1952) - Road To Hong Kong (1962) Kif qegħdin taraw, il-postijiet imsemmija huma kollha pajjiżi jew bliet eżotiċi jew misterjużi. Kull film ma kienx sempliċi xogħol ta' kummiedja, imma satira tal-ġeneri popolari tal- films ta' żmienhom, inklużi dawk tal-ġungla, l-Iljieli Għarbin, avventuri fl-Alaska u fuq l-oċean. L-aħħar produzzjoni f 'din is-serje, maħruġa minn United Artists, 10 snin wara l-aħħar wieħed, kienet tinvolvi kwalità oħra ta' film. Road To Hong Kong jissatirrizza l-films tal-ispazju tas-snin sittin li bdew b'bidu qawwi b'dawk ta' James Bond. Fl-1977 kien ippjanat it-tmien film bl-isem ta' Road To e Fountain Of Youth, imma Bing Crosby miet b'attakk ta' qalb f 'dik is-sena. Fl-1947, Astor Pictures ħarġu kumpilazzjoni ta' ħafna mill-Educational Pictures ta' Bing Crosby, films qosra ġo proġett wieħed imsejjaħ e Road To Hollywood bl-iskop li jqajmu interess f 'din is-sensiela. Fis-snin tmenin, Eric Idle attur tal-grupp Monty Python ried jaħdem film jismu Road To Mars imma l-indħil eżekuttiv li ffaċċja fl-istudjos ta' Hollywood malajr qatgħulu qalbu. Fl-Iżvezja l-ewwel film tawh l-isem li bl-Ingliż jiġi Two Jolly Sailors Go Ashore, titlu li rrepetewh għal dawk l-oħrajn li ġew wara kollha jibdew bl-isem Two Jolly Sailors, ħlief e Road To Hong Kong li ħallewlu ismu propja. L-ewwel 4 films ta' din is-serje nħarġu minn Paramount Pictures, imma kienu parti mill-librerija klassika tal-Paramount ta' qabel is-sena 1950 li kollha nxtraw mill- kumpanija Universal Pictures. Road To Rio u Road To Bali nħadmu minn Hope u Crosby flimkien u nħarġu minn Paramount. Illum id-distribuzzjoni tagħhom hija f 'idejn Sony Pictures Television u Freemantle Media. L-aħħar wieħed, e Road To Hong Kong, wara l-falliment ta' United Artists waqa' għand l-M.G.M. li xtraw lil din il- kumpanija. Wara, is-Sony daħlu sħab mal-M.G.M. Kienu diversi l-films ta' wara li għamlu referenzi għal dawn il-fares fosthom History Of e World, Part 1 (1981), Spies Like Us (1985), Ishtar (1987), ey Might Be Giants (1971) bil-kanzunetta Road Movie To Berlin u l-film animat tas-sena 2000 ta' Disney, e Road To El Dorado. Dawn ġew issatirizzati wkoll f 'wirjiet tat-TV u sensiliet. F'dawn il-films, Hope u Crosby kienu jidħlu b'xi mbruljuni li jkunu jridu jisolħu l-flus, b'Cosby jiġuh l-ideat u Hope jwettaq ix-xogħol riskjuż kollu. Iż-żewġ karattri kienu jwegħdu li ma jħallux lin-nisa jisfrattawlhom il-pjanijiet tagħhom, imma meta titfaċċa xi waħda kienu jinsew kollox. Per eżempju, f 'Road To Bali lejn l-aħħar tal-film Bob Hope jibda jdoqq il-flejguta u minn vażun kbir ħafna joħroġ serp enormi. Meta jagħmel l-istess Bing Crosby toħroġ tfajla sabiħa u attraenti li tkun Jane Russell. Hope idur lejn l-udjenzi u jesklama: Kif jirnexxilu jagħmel hekk? Ħafna mill-"gags" jew cajtiet kienu jkunu repetuti minn film għall-ieħor, fosthom li Bob Hope ikellem dirett lin-nies jew jilmenta li qatt ma rebaħ Oscar. Pero', wara diversi snin rebaħ wieħed onorarju. Anki meta kien compere fiċ- ċerimonji tal-Oscars kien jilmenta minn dan. Ikompli nhar il-Ħadd li ġej

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 22 November 2020