Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1311610
12 intervista IL-ĦADD 22 TA' NOVEMBRU 2020 • illum 'Nitkażaw b'Deputati li jaċċettaw jiddependu mid-donazzjonijiet YENDRICK CIOFFI Ilu 27 sena avukat. Miżżewweġ u għandu erbat itfal. Jiddeskrivi lilu nnifsu bħala raġel sempliċi u li jħobb il-ħin liberu tiegħu mal-familja. Dan l-aħħar beda jidher aktar fuq l-istazzjon tal-Partit Nazzjonalista tant li kien hemm min saħansitra xtaqu joħroġ għall-Kap. Ħabbar li se jkun kandidat tal-PN fl-Elezzjoni Ġenerali fuq id-disa' u l-għaxar distretti elettorali. Il-gazzetta ILLUM tiltaqa' ma' Joe Giglio. Tibda tistaqsih għaliex għażel li joħroġ għall-politika wara 27 sena avukat u għaliex ma' partit li għaddej minn żminijiet diffiċli. "Waħda mir-raġunijiet hija propju għax huwa l-aktar żmien diffiċli għall-PN. Kien ikun aktar faċli kieku dħalt meta ż-żminijiet kienu isbaħ. Is-sens tas-sagrifiċċju trid tagħmlu fl-aktar żminijiet diffiċli," insista Giglio. Apparti dan saħaq li l-pajjiż kollu kemm hu għaddej mill-aktar żmien diffiċli tiegħu. Fakkar fl-għajtiet "sbieħ" tal-Partit Laburista fl-2013, favur il-meritokrazija, it-trasparenza u 'Malta Tagħna Lkoll." "Kollha kienu għajtiet sbieħ ħafna imma ż-żmien wera li 'they let us down big time.' Dnub għax bata l-pajjiż kollu," insista Giglio. "Din raġuni oħra għaliex dħalt issa fil- politika." Dwar għaliex għażel il-Partit Nazzjonalista, Giglio saħaq li dejjem ra li l-PN kellu aktar viżjoni fit-tul għall-pajjiż. "Narawha fl-Indipendenza, id-dħul ta' Malta fl-Unjoni Ewropea, il-bidla kbira li ġab mill-1987 'il quddiem, il-bidla fl- istituzzjonijiet, fit-teknoloġija, fil-midja u fid-deċentralizzazzjoni tal-poter. Il-PN ħoloq ukoll niċeċ fl-ekonomija, bħas-servizzi finanzjarji u l-gaming. Dejjem rajt li kellu viżjoni u din ġibditni aktar lejh," insista Giglio. B'mod personali, saħaq li jħoss li wasal fejn wasal illum bis-saħħa tal-opportunitajiet li tah il-PN. "Il-PN lili fetaħli l-bibien tal- Università. Il-PL għalaqhomli," kompla. Se jgħin lill-PN jikseb lura l-appoġġ b'saħħtu fid-disa' u l-għaxar distrett? Giglio se jikkontesta fuq id-disa' u l-għaxar distretti elettorali, distretti Nazzjonalisti iżda li fl-aħħar snin il-PN tilef, b'mod konsiderevoli, l-appoġġ fihom. L-ILLUM tistaqsih għaliex jaħseb li l-PN naqqas il-voti f 'dawn il-fortizzi Nazzjonalisti u x'jista' jagħmel differenti hu. Beda jispjega kif għażel dawn id-distretti għax huwa marbut intrinsikament magħhom. Giglio twieled u trabba f 'Tas-Sliema, meta żżewweġ mar jgħix San Ġiljan u llum jgħix il-Għargħur. "Jiena naħseb li t-tnaqqis li esperjenza l-PN ma kienx tnaqqis biss f 'dawn id-distretti, imma kien wieħed nazzjonali. Forsi nħass aktar f 'dawn id-distretti għax is-soltu l-għadd tal-voti jkun akbar. Jiena nista' nagħmel dak li dejjem għamilt. Meta nidħol għal biċċa xogħol, nidħol għaliha b'impenn, b'sagrifiċċju u b'responsabbilità. Se nibqa' dak li dejjem kont." 'Ironiku li hemm CEOs jitħallsu d-doppju tal-PM' L-ILLUM kompliet titkellem miegħu dwar il-professjoni legali u staqsietu jekk jaqbilx li l-Membri Parlamentari jkunu full-time, anke għax jekk ikun elett, dan ifisser li jista' jkollu jħalli l-karriera warajh. "Dan jista' jkun parti mill-impenn li trid tagħmel. Dan jista' jiġri wkoll jekk il-partit tiegħek jitla' fil-Gvern u l-Prim Ministru jkun iridek parti mill-kabinett," insista Giglio. "Dawn huma konsiderazzjonijiet li tkun diġà għamilt." Kien hawn li Giglio saħaq li huwa xi it jew wisq "ironiku" li hemm CEOs, anke ta' entitajiet pubbliċi, li jitħallsu kważi d-doppju ta' Prim Ministru. "Hija ironika li Prim Ministru li għandu responsabbilità ta' pajjiż sħiħ jitħallas inqas minn persuna li għandha f 'idha entità waħda," kompla Giglio. "Hija realtà li tajjeb nibdew nindirizzawha." 'Il-partiti politiċi għandhom ikunu ffinanzjati mill-Istat' Fid-dawl ta' dak li żvelat il-gazzetta ILLUM dwar id-Deputat Jason Azzopardi u l-kamra fil-lukanda Hilton ta' Tel Aviv imħallsa minn Tumas Group, l-ILLUM tistaqsi lil Giglio fejn jaħseb li politiku għandu jaqta' linja. Filwaqt li ma kkumentax dwar dan il-każ għax fakkar li l-organi tal-PN implimentaw proċess biex ikun deċiż x'tip ta' passi għandhom jittieħdu jew le fil-konfront ta' Azzopardi, insista li t-tweġiba għal din id-domanda hija aktar profonda. L-ewwel u qabel kollox qal li dan jieħdu lura għal dak li qal qabel, jiġifieri dwar jekk id-Deputati għandhomx ikollhom pagi aħjar, iżda anke dwar il-kwistjoni aktar profonda tal-finanzjament tal-partiti. "Huwa stat ta' fatt li kemm il-PN u l-PL jiddependu minn terzi biex jiġu ffinanzjati. Iżda huwa stat ta' fatt ukoll li kull NGO f 'pajjiżna tiġi ffinanzjata mill-Istat. Jagħmel sens li l-partiti politiċi li għandhom ir- responsabbilità li joħolqu liġijiet, joħolqu fora u l-istrumenti biex NGOs ikunu jistgħu jgħixu u jesprimu l-ħsibijiet tagħhom, mhumiex iffinanzjati mill-Istat?" insista Giglio. Kien għalhekk li fisser kif filwaqt li nitkażaw b'politiċi li ħadu donazzjoni mingħand terzi, fil-verità għandna l-partiti politiċi li jiddependu minn donazzjonijiet ta' terzi persuni. Iżda l-ILLUM tistaqsih jekk hux sew li l-Istat jieħu mit-taxxi tan-nies biex jiffinanzja l-partiti. "Nistgħu nsibu l-flus biex nagħmlu dan meta tikkunsidra li qed inħallsu miljuni ta' ewro lil Steward u meta nxtrat windfard fil-Montenegro għal tliet darbiet il-prezz veru tagħha. Naħseb konnha nsibuhom il-flus biex niffinanzjaw lill-partiti," insista Giglio. "Din is-sistema mhijiex trasparenti u hemm bżonn li nibdluha. Jew se jkollna l-kuraġġ li nibdluha jew inkella se nibqgħu nistaqsu dejjem l-istess domanda." Jekk ikun Deputat, bħala Avukat jidħol f 'każi kontroversjali? L-ILLUM staqsietu wkoll jekk jaqbilx li Deputat, li huwa wkoll Avukat, jinvolvi ruħu f 'każi kbar jew kontroversjali, jew inkella f 'organizzazzjonijiet li bħala Avukat ikun irid jidher għalihom. Joe Giglio beda jispjega kif filwaqt li l-professjoni legali hija waħda libera u għalhekk huwa f 'idejn l-avukat biex jiddeċiedi x'każi jidħol fihom, qal li huwa tal- fehma li meta avukat jidħol fil-politika jrid joqgħod attent li l-każi li jkun qed jagħmel ma jkunux opposti għall-pożizzjoni li jkun ħa l-partit tiegħu. "Fl-aħħar mill-aħħar, avukat dejjem jiddistakka ruħu minn kwalunkwe każ li jkun qiegħed jagħmel. Ħafna din ma jimuhiex. Lili dejjem jistaqsuni kif niddefendi persuni li huma akkużati b'reati kriminali," saħaq il- kandidat. L-ILLUM tfakkru li hemm politiċi stess li jakkużaw Deputati li huma avukati bl-istess mod. "Li jkun hemm nies li jgħidulek hekk nifimha. Li jkun hemm politiċi li jgħidulek hekk lanqas nippretendiha. Li persuna tkun irrappreżentata hija waħda mir-regoli tal- Kostituzzjoni tagħna, tas-Saltna tad-Dritt u prinċipju ewlieni tad-dritt li persuna jkolla smigħ xieraq. Politiku għandu jkun jaom Joe Giglio: Għaliex daħal għall-politika? X'jaħseb dwar ir-rigali li jirċievu d-Deputati? Jaqbel li d-Deputati jkunu full-time? U kif jaħsibha dwar l-ekonomija, il-kostruzzjoni, l-ewtanasja u l-abort...