Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1311610
IL-ĦADD 22 TA' NOVEMBRU 2020 • illum aħbarijiet Tliet kwarti tal-Maltin huma kuntenti b'ħajjithom ... fuq quddiem dawk ta' aktar minn 66 sena ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Mhux l-ewwel darba li naqraw dwar xi kejl tas-sodisfazzjon tal- ħajja, kemm aħna - bħala Maltin - kuntenti b'ħajjitna. Ftit ġimgħat ilu fuq TVM kien irrappurtat kif skont sondaġġ li sar mill-MISCO, minn 560 persuna li pparteċipaw, persuna waħda minn kull tlieta tbati minn kundizzjonijiet ta' saħħa mentali fuq il-post tax- xogħol. Dan fil-fatt jagħmel lill-Maltin fost l-aktar nies li għandhom stress fl-Ewropa. Minkejja dan l-ILLUM tista' tiżvela kif minn sondaġġ ieħor, din id-darba li sar mill-Fakultà tal- Benesseri Soċjali fl-Università ta' Malta jirriżulta illi l-maġġoranza tal- poplu Malti fil-fatt huwa sodisfatt bil-ħajja tiegħu b'mod ġenerali. Mistoqsijin jagħtu marka mill- 1 (assoluatment mhux sodisfatt) sal-5 (sodisfatt ħafna) , 41% tal- parteċipanti f 'dan is-sondaġġ xjentifiku jgħidu li huma 'sodisfatti ħafna' b'ħajjithom. Minn naħa l-oħra kienu b'kollox 34% li qalu li huma sodisfatt b'ħajjithom, li allura jfisser illi tliet kwarti tal-Maltin (75%) huma kuntenti b'ħajjithom. Minn naħa l-oħra kienu 3% biss li qalu illi assolutament mhumiex kuntenti b'ħajjithom filwaqt li 2% qalu li huma biss "it" sodisfatti. Il- kumpament, jew inkella 20% qalu li la huma sodisfatti ħafna u lanqas mhumiex. Dawk ta' aktar minn 66 sena, l-aktar kuntenti b'ħajjithom Interessanti mbagħad meta nħarsu lejn l-etajiet. Minkejja forsi li jkun hemm min jaħseb il-kontra, l-aktar grupp ta' età li huwa kuntent b'ħajtu huma dawk ta' aktar minn 66 sena, riflessjoni sabiħa tal-ħajja li jkunu għexu, probabbilment. L-inqas li wieġbu illi huma 'sodisfatti ħafna' kienu dawk il-parteċipanti ta' bejn is-16 u l-25 sena, mill-ġdid forsi riżultat interessanti u probabbilment grazzi għal bosta fatturi li ż-żgħażagħ jiffaċċjaw f 'dawn l-etajiet mhux l-inqas l-istudji u l-eżamijiet, bidliet u sfidi fil- ħajja kif ukoll xi minn daqqiet l-aspetti ta' ribelljoni. Minn naħa l-oħra kienu biss 3% ta' dawk li għandhom aktar minn 66 sena u 2% ta' dawk li għandhom bejn is-16 u l-25 sena li huma 'assolutament mhux sodisfatti' b'ħajjithom. Ta' min jinnota li dawn il- persentaġġi żgħar jaqgħu taħt il-marġinu ta' żball li għal dan is-sondaġġ huwa +/- 4%. L-aktar li wieġbu li mhumiex sodisfatti kienu dawk ta' bejn is-46 u l-55 sena b'5% u ħadd jew numru negliġibbli għall-fini tas-sondaġġ, mill-parteċipanti li għandhom bejn 26 u 35 sena taw din it-tweġiba. Intant l-etajiet iktar żgħar fil- fatt huma l-aktar li taw risposta newtrali u allura qalu li la huma mdejqin pero' lanqas kuntenti b'ħajjithom b'34% jwieġbu b'dan il-mod fost dawk bejn 16 u l-25 sena u anke fost dawk bejn is-26 u l-35 sena. Meta wieħed jaqsam dawn ir- riżultati skont il-ġeneru jara illi ma hemmx wisq differenza bejn l-irġiel u n-nisa bit-tnejn l-aktar li jwieġbu 'sodisfatti ħafna', b'40.5% fil-każ tal-irġiel u 40.8% fil-każ tan-nisa. Intant 20.7% tan-nisa taw risposta newtrali filwaqt li 19% tal-irġiel għamlu l-istess. Il-Maltin fost l-aktar kuntenti fid- dinja bil-fatti! Apparti dan is-sondaġġ xjentifiku ta' Fakultà fl-Universita ta' Malta, din is-sena ħareġ kejl ieħor li juri illi l-Maltin huma t-22 l-aktar poplu kuntent minn lista ta' 153 pajjiż. Dan jirriżultà mir-rapport World Happiness Report 2020 li juri illi Malta, b'indiċi ta' 6.773 huwa t-22 l-aktar pajjiż kuntent bil-poplu tal-Emirati Għarab Magħquda jkun eżatt qabel u dak Franċiż eżatt wara. L-aktar popli kuntenti huma l-Finlandiżi, id-Daniżi, l-Iżvizzeri u l-Iżlandiżi filwaqt li l-inqas popli kuntenti huma dawk tal-Irwanda, iż-Żimbabwe u s-Sudan ta' Isfel kollha fl-Afrika u finalment il- poplu tal-Afganistan. Skont dan ir-rapport Malta kienet ukoll l-20 pajjiż li l-aktar illi ra żieda żieda pożittiva f 'dawk li esprimew sodisfazzjon għall- ħajja tagħhom. Sondaġġ xjentifiku mill-Fakultà tal- Benesseri Soċjali fl-Università ta' Malta jikkonferma l-World Happiness Report 2020 u allura li l-Malti huwa poplu ġeneralment kuntent b'ħajtu ... ... u 69% ma jemmnux li deċiżjoni moralment dubjuża li tibbenefikahom hija ġustifikata L-istess Fakultà tal-Benesseri Soċjali fl-istess sondaġġ xjentifiku staqsiet lill- parteċipanti jekk għalihom hix ġustifikata deċiżjoni li hija moralment dubjuża imma li minnha huma jew il-familja tagħhom jistgħu jibbenifikaw. Maġġoranza qawwija - jew 69% - qalet illi din 'qatt mhi ġustifikabbli' filwaqt li huma biss 8% li qalu li deċiżjoni bħal din hija ġustifikabbli jew ġustifikabbli ħafna. L-aktar li jaħsbu illi deċiżjoni moralment dubjuża li minnha jista' jgawdi l-individwu mhi qatt ġustifikabbli huma dawk li għandhom aktar minn 66 sena b'77%, filwaqt li l-inqas - għalkemm xorta f 'maġġoranza kbira - huma dawk fl-etajiet ta' bejn is-16 u l-25 sena b'62%. Minn naħa l-oħra dan is- sondaġġ xjentifiku juri illi l-aktar li jaħsbu li hija ġustifikata ħafna jew ġustifikata huma dawk bejn is-16 u l-25 u dawk bejn is-36 u l-45 sena b'10%. Tmienja fil-mija ta' dawk bejn is-26 u l-35 sena jaħsbu li deċiżjoni simili hija ġustifikata, kif jaħsbu wkoll 8% ta' dawk li għandhom bejn 55 u 65 sena. L-inqas li jaqblu ma' tali deċiżjoni huma dawk li għandhom bejn 46 u 55 sena b'4% u dawk li għandhom aktar minn 66 sena b'6%.