Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1311610
26 oroskopju IL-ĦADD 22 TA' NOVEMBRU 2020 • illum Il-bidu taż-żodjaku ta' Sagittarius Mit-22 ta' Novembru sal-21 ta' Diċembru Iż-żodjaku ta' Sagittarius għalik Bejn illum u l-21 ta' Diċembru, sejrin nidħlu fiż-żodjaku ta' Sagittarius, żodjaku interessanti li fih ser inħossu s-sensittività u ser nirriflettu dwar il-ħajja minn kull parti speċjalment il-ħin ta' rilassament u saħħa. Barra minn dan, iż-żodjaku ta' Sagittarius, iressaqna lejn l-isbaħ ċelebrazzjoni umana; il-Milied. Għalkemm din is-sena minħabba l-Covid, ma nistgħux niċċelebraw kif imdorrijin però l-ispirtu tal-Milied żgur ser jinħass madwarna. Iż-żodjaku ta' Sagittarius jgħaqqad żewġ staġuni flimkien: il-ħarifa u x-xitwa. Huwa żodjaku li kapaċi jdur mal- kalendarju żodjaku kollu. Dan għax kull żodjaku ser iħoss ir-riflessjoni fih, direzzjoni u titjib komplut madwarek. Huwa żodjaku li jnissel fik riflessjoni ta' ħsieb u għaqda, riflessjoni li terġa' tgħaqqad mill-ġdid differenzi li tul dawn il-ġimgħat u xhur ġarrabt. Dan iż-żodjaku ta' Sagittarius ser joffrilek dak iċ-ċans li tagħraf iżjed min int u x'vera tixtieq, fejn tixtieq tasal. Jekk taqa' taħt iż-żodjaku ta' Sagittarius u tixtieq tkun taf kif ser tkun milqut, ibgħatli ismek u d-data tat-twelid fuq 79495804. Tista' wkoll iżżur is-sit tiegħi għal aktar informazzjoni - www.pauljon13.com Namaste Trid issir taf lil PaulJon aktar mill-viċin? 9901 3600 www.pauljon13.com facebook.com/pauljon13 Aquarius mill-20 ta' Jannar sat-18 ta' Frar Il-bidu taż-żodjaku ta' Sagittarius għalik bħala Aquarius ser tagħmlek aktar iffokat u timlik bil-kuraġġ għal dak li ġej. Issa trid tiddeċiedi f 'dawn il-ġranet li ġejjin. Deċiżjoni li se tibdel il-mod li qabel kont tqatta' l-ħin tiegħek, issa ser ikun imqassam differenti. Emmen aktar fik innifsek sabiex dak li ġej ikun dak li ilek tixtieq. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta. Id-dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma: 24, 25, 27 u 20. Aquarius huma magħrufin bħala nies stabbli. Namaste Pisces mid-19 ta' Frar sal-20 ta' Marzu Il-bidu taż-żodjaku ta' Sagittarius għalik bħala Pisces ser ikun riflessjoni fuq il- karriera preżenti tiegħek għall-futur. Huwa mument ta' ħsieb profond fejn issa trid tagħraf jekk tkomplix tespandi. Fil-preżent int tkun iffokat sabiex tagħti aktar attenzjoni lejn xogħlok u jkompli jsaħħaħ sabiex aktar opportunitajiet jiġu lejk. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt. Id-dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma: 22, 24, 25 u 28. Pisces huma magħrufin għall-flessibiltà tagħhom. Namaste Aries mill-21 ta' Marzu sad-19 ta' April Il-bidu taż-żodjaku ta' Sagittarius għalik bħala Aries ser jagħmlek tħossok inqas kuntent b'dak li hemm madwarek. Minn barra qed turi li kollox hu sew u li int kuntent imma minn ġewwa s-sitwazzjoni hi l-oppost ta' dan kollu. Għalhekk issa trid tieqaf u tirrifletti dwar x'verament tixtieq tagħmel. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn. Id-dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma: 23, 25, 26 u 28. Aries huma magħrufin għall-burdata stabbli tagħhom. Namaste Taurus mill-20 ta' April sal-20 ta' Mejju Il-bidu taż-żodjaku ta' Sagittarius għalik bħala Taurus ser ifisser li trid tagħraf li għadu ma wasalx il-mument opportun sabiex is-sitwazzjoni kollha ta' madwarek tkun kompluta kif finalment tixtieqha. Bħalissa l-intoppi ta' madwarek iridu jingħelbu biex tkattar kollox. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ġimgħa. Id-dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma: 22, 24, 25 u 28. Taurus huma magħrufin għall-umiltà tagħhom. Namaste Gemini mill-21 ta' Mejju sal-20 ta' Ġunju Il-bidu taż-żodjaku ta' Sagittarius għalik bħala Gemini ser jagħmlek aktar iffokat sabiex minn issa tibda ddur madwarek sabiex tagħraf iżjed kif ser tkompli tavvanza. Dan qed jikkawża li int tkun xi it konfuż għalhekk dan huwa l-mument fejn int trid tagħraf tuża aktar moħħok sabiex tħares 'il quddiem u ma tibqax imwaħħal mal- passat iżda tavvanza aktar. L-aktar jum ideali għalik għal din il- ġimgħa huwa l-Erbgħa. Id-dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma: 23, 25, 27 u 28. Gemini huma magħrufin li jservu bħala pont. Namaste Cancer mill-21 ta' Ġunju sat-22 ta' Lulju Il-bidu taż-żodjaku ta' Sagittarius għalik bħala Cancer ser ikollok tikkumbatti aktar mis-soltu sabiex ċertu pjanijiet li kellek imħejji ma jitħarbtux. Għalhekk waqt li tara kif int kapaċi tegħleb dan l-ostaklu sabiex b'hekk int tibqa' għaddej bil-pjanijiet tiegħek, anzi aħtaf dan il- perjodu sabiex tagħraf tissaħħaħ aktar. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ħamis. Id-dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma: 22, 23, 25 u 27. Cancer huma magħrufin għad- direzzjoni pożittiva tagħhom. Namaste Virgo mit-23 ta' Awwissu sat-22 ta' Settembru Il-bidu taż-żodjaku ta' Sagittarius għalik bħala Virgo ser jurik li int ma tistax tibqa' mweħħel fil-passat. Trid tara kif dan il-passat, li sfortunatament huwa mweħħel miegħek, tkun tista' tegħlbu, ma tistax tispira għal futur aħjar. Għalhekk wasal il-mument li tikkumbattih u tħares biss 'il quddiem. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn. Id-dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma: 22, 25, 27 u 28. Virgo huma magħrufin bħala nies organizzati. Namaste Libra mit-23 ta' Settembru sat-22 ta' Ottubru Il-bidu taż-żodjaku ta' Sagittarius għalik bħala Libra ser ikun perjodu li fejn int tagħmel analiżi profonda tiegħek innifsek, tagħraf tagħmel it mumenti sabiex tara x'hemm bżonn isir madwarek sabiex tkun kapaċi tkompli tħares lejn il-futur. Huwa ferm importanti li tieħu din il-pawsa sabiex tagħraf iżjed il-ħtiġijiet li hemm bżonn jitwettqu. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa. Id-dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma: 23, 24, 26 u 27. Libra huma magħrufin għall-ispontanjetà tagħhom. Namaste Sagittarius mit-22 ta' Novembru sal- 21 ta' Diċembru Il-bidu taż-żodjaku ta' Sagittarius għalik bħala Sagittarius ser ikun żmien tajjeb ħafna għalik fejn jitranġaw xi intoppi li int għandek madwarek speċjalment jekk dawn id-differenzi huma kif intom ser iżżomm bilanċ aħjar f 'ħajtek. Għalhekk dan huwa l-aħjar mument li int tista' tagħraf id-direzzjoni ideali għalik għal dak li ġej. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa. Id-dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma: 23, 25, 26 u 27. Sagittarius huma magħrufin bħala nies ta' twemmin fihom infushom. Namaste Scorpio mit-23 ta' Ottubru sat-21 ta' Novembru Il-bidu taż-żodjaku ta' Sagittarius għalik bħala Scorpio huwa mument ta' riflessjoni dwar il-ħajja personali tiegħek u l-madwar tiegħek għalkemm din ir-riflessjoni ser tagħmlek tħossok bħal qisek tinsab maqbud bejn żewġ ħitan iżda l-importanti li tagħraf fejn int verament tixtieq tasal u b'hekk tkun tista' tibni aħjar dak li hemm riesaq lejk. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta. Id-dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma: 22, 24, 26 u 28. Scorpio huma magħrufin bħala nies ta' linja dritta. Namaste Capricorn mit-22 ta' Diċembru sad- 19 ta' Jannar IIl-bidu taż-żodjaku ta' Sagittarius għalik bħala Capricorn ser iġiegħlek tħoss li trid tibda twettaq tibdil madwarek. Żgur li waħda mit-tibdiliet hi li trid issib aktar ħin għalik, ħin ta' rilassament u riflessjoni u tagħraf dwar dak it-tibdil ukoll fil-madwar tiegħek. Dan huwa dak il-mument li issa kapaċi jagħtik id-direzzjonijiet li vera tixtieq. Irrifletti sew. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ħamis. Id-dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma: 22, 23, 25 u 27. Capricorn huma magħrufin għall-attenzjoni tagħhom. Namaste Leo mit-23 ta' Lulju sat-22 ta' Awwissu Il-bidu taż-żodjaku ta' Sagittarius għalik bħala Leo ser joffrilek żmien sabiex tinduna min huma l-persuni sinċiera u ġenwini. Sfortunatament tirrealizza li għandek ħafna ħbieb imma mhumiex ħbieb li tista' tafda. Fil-jiem li ġejjin għandek tagħmel analiżi profonda ta' dan sabiex tasal għal deċiżjoni. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt. Id-dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma: 23, 24, 26u 28. Leo huma magħrufin għall- indipendenza tagħhom. Namaste