Illum previous editions

ILLUM 22 November 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1311610

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 27

13 intervista illum • IL-ĦADD 22 TA' NOVEMBRU 2020 jaċċettaw rigali meta anka l-partiti mid-donazzjonijiet ta' terzi' sew dawn il-prinċipji," insista Giglio. L-ekonomija: 'Is-suċċess ekonomiku għandu jitkejjel fuq il-kwalità tal-ħajja' Tkellimna dwar l-ekonomija. Il-Partit Nazzjonalista għamel kruċjata kontra l-pjan ekonomiku tal-Gvern. Akkuża lill-PL li bena ekonomija u għamel surplus mill-bejgħ taċ- ċittadinanza u ż-żieda fil-popolazzjoni bl- importazzjoni tal-ħaddiema barranin, fost oħrajn. L-ILLUM tfakkar lil Giglio kif minkejja din il-kritika, meta l-Covid-19 ġabna darna mal- ħajt, bis-saħħa ta' dan is-surplus, ġej minn fejn ġej, il-Gvern seta' jagħti s-suppliment tal-paga, joħroġ il-vouchers u jdaħħal fis- seħħ għadd ta' miżuri. In-nies x'jimpurtahom minn fejn ġew il-flus la buthom mimli? Ħatafna fil-kelma u insista li wasal iż-żmien li s-suċċess ekonomiku jibda jitkejjel mhux biss fuq is-surplus imma fuq il-kwalità tal- ħajja. "Wasal iż-żmien li naqbdu għaxar indikaturi u dawn ikunu l-mezz li bihom inkejlu jekk kelnix suċċess ekonomiku. Wieħed minnhom jista' jkun il-lonġevità u allura kemm l-anzjani tagħna qed jgħixu u kemm qed jgħixu ħajja diċenti. Fattur ieħor jista' jkun l-edukazzjoni u nkejlu s-suċċess ekonomiku fuq kemm kellek studenti li komplew jistudjaw wara s-sekondarja. Indikatur ieħor jistgħu jkunu l-pagi meta mqabbla max-xogħol u kemm il- ħaddiem qed ikollu ħin liberu." Kien hawn li Giglio saħaq li meta l-PN jikkritika l-pjan ekonomiku tal-Gvern mhux għax huwa kontra li l-ekonomija tikber imma għax jemmen li hemm modi aħjar kif wieħed ikabbar l-ekonomija tal-pajjiż. "Meta l-PN jitkellem fuq il-kwistjoni tal- bejgħ tal-passaporti, anke l-pożizzjoni tiegħu żviluppat. Illum il-ġurnata, anke jekk għadha qed tiżviluppa, il-PN irid sistema aktar trasparenti li tkun tiddependi aktar fuq il- preżenza tal-persuna f 'Malta għax din se ġġib magħha inqas kritika u aktar flus," kompla jispjega. "Il-PN jemmen li hemm modi aħjar kif tkabbar l-ekonomija u li minn dan igawdi kulħadd." Jekk il-PN jirċievi proposta tajba ħafna ma jidħolx fi ftehim qabel l-elezzjoni? Il-PN ikkritika wkoll lill-Gvern Laburista li qabel l-elezzjoni tal-2013, kellu kollox mihiem għall-proġett tal- Electogas. Imma jekk illum, il-PN jirċievi offerta mingħand xi ħadd, li għandu f 'idu l-pjanijiet, l-istudji u l-mezzi kollha biex jagħmel sistema ta' trasport tal-massa, ma jkunx lest li jaċċettaha u jagħmilha wiegħda tiegħu? "L-affarijiet mhux hekk. Jekk xi ħadd jiġi għandek b'idea tajba u ta' ġid għall-pajjiż, tista' tagħmilha tiegħek. Imma ma jfissirx li għax l-idea hija ta' persuna, trid tagħtiha lilu. Wieħed għandu jgħaddi mill-proċess normali fejn kulħadd jingħata l-opportunità. Jekk imbagħad, wara proċess trasparenti, tintagħżel dik il-persuna, ma jkun hemm xejn ħażin. Imma ma tistax taqbad u twiegħed xi ħaġa lil xi ħadd qabel dan il-proċess," insista. Saħaq li jista' jkun li l-PL vera emmen li l-proposta tal-Electogas kienet tajba imma jekk wiegħda lil xi ħadd minn qabel, hemm żbalja bi kbir. "Qed insiru nafu li dan il- proġett kien vettura għal affarijiet xejn sbieħ u nafu fejn wassalna. Meta tgħarbel it, iċ- ċittadini ma ħadux l-aqwa ehim," kompla jispjega. Kostruzzjoni: 'Mhux kemm nibnu imma kif nibnu' Joe Giglio huwa wkoll l-avukat tal-familja ta' Miriam Pace, li spiċċat mirduma taħt it- terrapien tad-dar tagħha fit-2 ta' Marzu li għadda. Miss b'idejh il-ferita ta' din il-familja li tilfet kollox. "Il-pressjoni daret fuq il-Gvern imma l-Gvern x'jaħti? Għaliex dejjem jeħel hu?," tistaqsih il-gazzetta. Beda jfakkar li l-familja dejjem xtaqet li ssir inkjesta pubblika, biex kulħadd jiem x'wassal għal dan l-inċident, xi ħaġa li l-Gvern ma aċċettax. Insista wkoll li l-Gvern stess ħass li xi mkien naqas għax waqqaf bord biex jirrevedi l-liġijiet li għamel hu stess. Dan ir- rapport baqa' qatt ma ġie ppubblikat. Filwaqt li rrikonoxxa li l-industrija tal- kostruzzjoni hija mutur importanti ħafna tal-ekonomija, saħaq li importanti kemm hi importanti, meta persuna tħares lejn l-ambjent li fih qed tgħix tinduna li dan ma jattirakx. "Filwaqt li nibqgħu nagħtu l-importanza lil din l-industrija ma nistgħux nippermettu li uliedna jispiċċaw jgħixu f 'ġungla tal-konkrit. Il-PN mhux qed jgħid li għandna nkissru din l-industrija. Jeħtieġ imma li nagħtu l-importanza lill-wirt kulturali u soċjali u li nagħtu aktar importanza lill-ispazji miuħa u lid-dehra tal-binjiet li qed nibnu. Mhux kemm nibnu imma kif nibnu," insista l-kandidat. Ewtanasja, abort u divorzu aktar malajr ... x'jaħseb? Tkellimna wkoll fuq żewġ kwistjonijiet li jaħarqu: l-ewtanasja u l-abort. X'jaħseb dwarhom Giglio? Insista li dawn mhumiex kwistjonijiet ta' sempliċiment "iva" jew "le." "Importanti li dawn ma tinjorahomx, anzi tindirizzahom u tagħmel dan b'mod olistiku," saħaq. "Jista' jkun hemm sitwazzjonijiet fejn persuna tant tkun f 'uġigħ li forsi aħna nikkunsidraw jekk għandux ikun hemm qafas leġislattiv li jindirizza din is- sitwazzjoni. Imma rridu niddiskutuha u nistudjawha u naraw kif se nimplimentawha jekk naslu għaliha," spjega. Meta kien mistoqsi minn LovinMalta dwar l-abort, Giglio qal li d-diskussjoni għandha tkun "Pro-Life" u "Pro-Choice." Imma dan kif jista' jkun? Il-PN mhux dejjem kien "Pro-Life?" L-avukat beda jispjega u saħaq li ż-żewġ pożizzjoniijet mhumiex neċessarjament kontra xulxin. "Wasalt għal din il-konklużjoni meta qrajt letteratura miż-żewġ naħat ... Min hu Pro-Choice ma jpoġġix l-ewwel l-abort. Jgħidu li l-mara għandu jkollha ħafna aktar għażliet li mhumiex neċessarjament l-abort," spjega. "Għal Doctors for Choice, l-ewwel għażla li għandu jkollha mara hija li jkollha aċċess għal kontraċettivi u l-Istat għandu l-obbligu li jagħtihom. It-tieni għażla hija wkoll favur l-għażla, fosthom dwar jekk l-Istat għandux jagħmel il- Morning Aer Pill aktar disponibbli." Insista li d-diskussjoni għandha tkun ukoll dwar l-edukazzjoni sesswali, għax fi kliemu dik tal-Gvern Laburista falliet. "Meta se nibdew ngħallmu liż-żgħażagħ dwar l-importanza tal-ġisem tagħhom, tad-dinjità tal-ġisem u l-intimità tagħhom? Hija realtà li f 'pajjiżna hawn żgħażagħ li jieħdu r-ritratti intimi tagħhom u jxerrduhom? Irridu nitkellmu fuq dan ukoll." Fi kliemu, jekk id-diskussjoni se tieqaf biss mal-abort, il-pajjiż se jkun qed jirredikola suġġett li huwa serju ħafna. Insista li jixtieq jgħix f 'soċjetà fejn l-għażliet tant huma vasti li persuna lanqas tasal ikollha tagħżel tagħmilx abort jew le. "Ma jfissirx li għax nitkellem hekk jiena kontra l-ħajja. Liema missier, bħali, li mar mal-mara meta kienet tqila u ra dak li kellha fil-ġuf tagħha jista' jkun favur l-abort," insista Giglio. Staqsejnih ukoll dwar id-divorzju u jekk jaqbilx mal-proposta li jonqos il-perjodu, li bħalissa huwa ta' erba' snin mis- separazzjoni sakemm persuna tkun tista' tapplika għad-divorzju. Minnufih wieġeb li jaqbel ma' din il-proposta. Lest jaċċetta kariga fil-PN? Fl-aħħar tal-intervista, l-ILLUM staqsiet lil Giglio jekk jikkunsidrax kariga fil-PN, anke wara l-Elezzjoni Ġenerali. Insista li għall-kuntrarju ta' dak li jaħsbu xi wħud, hu ma għandu l-ebda aspirazzjoni li jkun Kap tal-PN. "Diġà kienet deċiżjoni kbira biex nagħżel nikkontestax għall-elezzjoni." Madanakollu ma eskludix li jkun lest jaċċetta kariga oħra fil-PN jekk jintalab jagħmel dan. "Jekk il-partit jitlobni biex inkun f 'kariga u nħoss li nista' ngħin, allura nagħti l-kontribut tiegħi," temm jgħid. Ritratt: James Bianchi

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 22 November 2020