Illum previous editions

ILLUM 29 November 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1313314

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 27

11 analiżi illum • IL-ĦADD 29 TA' NOVEMBRU 2020 Dan il-Milied mhux se jkun normali minħabba l-pandemija. Normalment dan ikun l-aqwa żmien għan-negozju, mill- hairdresser għall-ħanut tal-ħwejjeġ sar-ristoranti, il-barijiet u l-clubs. Fi żmien meta n-negozju jinsab batut, l-ILLUM tistaqsi jekk il-vouchers f'Jannar hux se jkomplu jagħmluha diffiċli għan-negozji f'Diċembru. X'jaħsbu dawk li jirrappreżentaw lis- sidien tan-negozji? Kif jaħsbuha tal-ħwejjeġ u tar-ristoranti? Min-naħa tiegħu, Alain James Grech, kok u sid ta' ristorant f 'Buġibba, insista mal- gazzetta ILLUM li l-vouchers tal-Gvern għandhom jinħarġu f 'Jannar. "Fil-Milied in-nies se joħorġu xorta waħda. Mhux se joħorġu bl-istess ammont li kienu joħorġu qabel. Imma nemmen li fi żmien il-festi, xi ftit jew wisq ta' moviment dejjem se jkun hemm għax in-nies bla ma trid se toħroġ," insista. Mill-banda l-oħra saħaq li bħalma jkun Novembru, ix-xhur ta' Jannar u Frar ikunu batuti ħafna. "Jekk f 'dak iż-żmien qed tagħti inizjattiva, permezz tal-vouchers, biex in-nies joħorġu, forsi jkollna dik is-siegħa xogħol fi tmiem il-ġimgħa, li bħalissa forsi qed nitilfu wkoll," insista. Fil-fatt, kompla jisħaq Grech, ħafna sidien ta' ristoranti u anke lukandi jaqblu ma' dan. Minkejja dan saħaq li jifhem ukoll lil dawk ir-ristoranti li n-negozju tagħhom jiddependi kważi totalment mit-turisti u għalhekk iż-żminijiet ta' bħalissa huma aktar diffiċli għalih. 'Hemm min qed jagħti vouchers lill- impjegati flok il-festini' Mistoqsi xi tbassir għandhom għal Diċembru, Grech saħaq li diġà huwa ċar li tilfu l-festini li jorganizzaw il-kumpaniji għall-impjegati tagħhom. Li qed jagħmlu, kompla jispjega Grech, hija li qed jikkuntattjaw ċertu kumpaniji u minflok festini, dawn qed jagħtu lill- impjegati tagħhom vouchers biex ikunu jistgħu jmorru jieklu ma' xi ħadd ieħor. "Dan iż-żmien trid taħseb b'mod differenti," insista Grech. Madanakollu, huma qed ibassru li aktar ma joqrob il-Milied, partikolarment Lejlet il-Milied, nhar il-Milied, Lejlet l-Ewwel tas-Sena u fl-Ewwel tas-Sena se jkunu xorta waħda mimlija. "Vera se nitilfu l-festini imma xi ftit ċaqlieqa se jkollna," insista Grech. Kważi kważi, kompla jisħaq, bħalissa lanqas qed iħares lejn il-profitti, għax fi kliemu, fi żminijiet bħal dawn "l-importanti li r-rota tkun għadha qed iddur." Julian Micallef, sid ta' numru ta' ħwienet tal- ħwejjeġ u aċċessorji jfakkar illi żmien il-Milied huwa żmien li għal ħafna negozjanti fis-settur tal-ħwejjeg huwa ta' importanza kbira - saħansitra żmien li wħud jiddependu fuqu għal minħabba li ċertu profitti normalment tarahom f'dawn iż-żminijiet. "Din is-sena x-xenarju huwa kemxejn differenti. In-negozjant qed iħares lejn dan iż-żmien bħala mezz kif jiġbor għal ispejjeż tiegħu li ma setax ilaħħaq magħhom minħabba tnaqqis ta' bejgħ matul din is-sena kif ukoll minħabba perjodu ta' għeluq li sar mill-awtoritajiet. Importanti nagħmluha ċara li waqt li n-negozji tagħna kienu magħluqin, u anke meta nftaħna fil-bidu u l-bejgħ kien viċin ix-xejn, l-ispejjeż ta' kirjiet, pagi u spejjeż oħra baqgħu hemmhekk." Micallef jgħid ukoll illi għalkemm huwa minnu li l-Gvern ħareġ diversi skemi ta' għajnuna, jgħid ukoll li hemm ħafna minnhom li għadhom ma tqassmux, fosthom l-għajnuna fil-kirja. "B'hekk nemmen li ħafna negozji qegħdin dejjem jersqu għal problema ta' cash flow, fejn il-ħruġ ta' spejjeż qed ikun akbar mid-dħul. B'hekk ħafna qed iħarsu għal dan iż-żmien bħala xaqq ta' tama fejn jerġa' jkun hemm naqra dħul sostanzjali biex għallinqas tingħalaq is- sena f'sitwazzjoni ta' break even. "Bħalissa, fin-negozji tal-ħwejjeġ, il-bejgħ għadu batut ħafna. Huwa ċar li ma tistax tikkumpara ma' snin li għaddew minħabba li din mhijiex sitwazzjoni normali u ħadd mhu qed jippretendi dan madanakollu, ħafna negozjanti f'dan is settur ma bassrux illi l-bejgħ ħa jkun daqshekk baxx, u dan ser iħalli konsegwenzi kbar jekk is-sitwazzjoni tibqa' hekk." Micallef temm ifakkar li s-sena l-oħra wkoll kien hemm tnaqqis għal ħafna negozji minħabba s-sitwazzjoni politika li Malta kienet għadejja minnha dak iż-żmien, jiġifieri għal ħafna - ifakkar - dan ser ikun it-tieni Milied batut, mhux l-ewwel wieħed. Dwar il-vouchers, filwaqt li ammetta li dawn kienu ta' benefiċċju għal ħafna negozjanti, qal illi meta tħabbru l-vouchers ta' Jannar, " jiena personalment nħsadt fil-bidu, mhux għax ma nemminx li hija inizzjattiva tajba, anzi għal kuntrarju nemmen li hija essenzjali iżda hemm żewġ punti importanti li rridu nsemmu - nemmen li meta toħroġ din it-tip ta skema jkun żball li titħabbar minn xhur qabel, minħabba li forsi jkollok parti tas-soċjetà li tistenna sabiex tagħmel użu minnhom. B'hekk tkun qed tirriskja li toqtol in-negozju għal ammont ta' xhur sakemm jingħataw. Barra minn hekk hemm fattur ieħor importanti ferm li qed jiġi injorat minn bosta," kompla jispjega Micallef. "Se nispjega din bin-numri: ejjew ngħidu li oġġett jiswa lin-negozju €10 u dan jinbiegħ għal €30. Mela f'dan il-każ in-negozjant qed jagħmel qliegħ ta' €20,qabel spejjeż oħrajn bħal kirjiet eċċ. F'Jannar, l-istess oġġett ser jinbiegħ bi skont u jiġi jiswa €20 - b'hekk in-negozju jkun għamel €10 qliegħ qabel l-ispejjeż. Kieku l-voucher tqassam f'Diċembru, dan kien jgħin sabiex fi żmien tal-Milied, il-qliegħ minn oġġett biex jitħallsu spejjeż oħra jkun ikbar. F'Jannar, in-nifs li ser jieħu n-negozjant ser ikun inqas minħabba li għal bejgħ ta' kull oġġett bil-voucher ser jagħmel inqas qliegħ mill-istess oġġett. Mela bħala negozjant nemmen personalment li kieku tqassmu f'Diċembru, in-negozjant kien ser ikollu dħul ikbar b'inqas spejjeż u jkun jista jaffaċja x-xhur ta' Jannar u Frar li normalment ikunu iktar kalmi xorta waħda b'aktar ċertezza." YENDRICK CIOFFI Il-Milied ta' din is-sena mhux se jkun Milied normali. Anke jekk id- djar u t-toroq qed jiżżejnu, l-aspett kummerċjali li dan l-aħħar kważi kważi ħonoq il-Milied se jkun qed jieħu daqqa ta' ħarta. Kumpaniji ma jistgħux jorganizzaw il-festini, il-clubs li Lejlet l-Ewwel tas-Sena s-soltu jkunu mifqugħa se jkunu magħluqa u r-ristoranti jridu joperaw bir-restrizzjonijiet. Huwa fatt li n-negozji, li ilhom sena għaddejjin minn żminijiet diffiċli, se jitilfu wkoll dan il-perjodu li s-soltu jkun il-qofol tas-sena tagħhom. Biex ipatti xi it jew wisq, il-Gvern kien ħabbar li se jerġa' joħroġ il-vouchers tal-€100, iżda dawn se jitqassmu f 'Jannar u mhux issa. Dwar dan il-gazzetta ILLUM tkellmet mal-Kamra għall-Intrapriżi Żgħar u Medji u anke ma' sidien ta' negozji. X'jaħsbu dwar il-vouchers. Jagħmel sens li jinħarġu f 'Jannar? Għandhom jinħarġu f 'Diċembru jew inkella għandhom jinqassmu? 'Il-vouchers għandhom jinħarġu f'Jannar ... f'Diċembru n-nies xorta se joħorġu' 'Meta toħroġ din it-tip ta' skema jkun żball li tħabbarha minn xhur qabel' Fil-Milied in-nies se joħorġu xorta waħda. Mhux se joħorġu bl- istess ammont li kienu joħorġu qabel. Imma nemmen li fi żmien il-festi, xi ftit jew wisq ta' moviment dejjem se jkun hemm

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 29 November 2020