Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1313314
illum • IL-ĦADD 29 TA' NOVEMBRU 2020 Ġew inawgurati 23 vettura ġdida għall-Forzi Armati ta' Malta. B'hekk, il-flotta tas-servizz qed tiġġedded u ssir iktar moderna. Dan sar b'investiment ta' aktar minn €600,000 li hu maħsub biex il-forza tkun f 'pożizzjoni aħjar biex twettaq id-doveri tagħha. Il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-liġi Byron Camilleri spjega kif dawn il-vetturi ġodda huma parti minn numru ta' investimenti oħra li qed isiru fil-Forzi Armati ta' Malta biex ikun assigurat li l-FAM jkunu mgħammra bir-riżorsi meħtieġa. "Sodisfatt li l-korpi dixxiplinati kollha qed jaħdmu biex jimxu 'l quddiem permezz ta' investiment li qed isir. Qed naħdmu b'mod li nassiguraw it-tisħiħ ħolistiku tal- forzi tal-ordni. Inutli ninvestu fl-aqwa apparat u għodda jekk imbagħad ma jkunx hemm biżejjed uffiċjali biex iħaddmuhom. Għalhekk, il-gvern huwa impenjat li jkompli jsaħħaħ il-Forzi Armati ta' Malta kemm bit- tagħmir kif ukoll fir-riżorsi umani u t-taħriġ tagħhom", qal il-Ministru Camilleri. Waqt l-inawgurazzjoni, il-Ministru Camilleri rringrazzja lill-Brigadier Jeffrey Curmi, lill-uffiċjali u lis-suldati tal-Forzi Armati li apparti x-xogħol li jwettqu kuljum, jaħdmu qatigħ biex investimenti ta' dan it-tip jiġu implimentati. Dan l-investiment tħabbar it jiem biss wara li ġie ffirmat l-ewwel ehim settorjali għall-ħaddiema tal-Forzi Armati ta' Malta li żied il-fond tas- salarji bi € 8.2 miljun fis-sena. Raġel ta' 68 li joqgħod tas-Sliema kellu jittieħed l-Isptar Mater Dei, għax weġġa' f 'inċident bil-mutur f 'Tas-Sliema stess. Kienu xi 3:00 p.m ilbieraħ, xħin il-Pulizija intalbet tassisti fi Triq Blanche Huber. L-ewwel investigazzjonijiet juru li r-raġel, li kien qed isuq mutur Honda kellu impatt ma' karozza Citroen li kienet qed tinstaq minn raġel Taljan ta' 33 sena li joqgħod Ħ'Attard. Hu ttieħed l-isptar b'ambulanza u ġie ċċertifikat li weġġa' gravi. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin. 23 vettura ġdida għall-flotta tal-AFM Iweġġa' gravi wara inċident f'Tas-Sliema