Illum previous editions

ILLUM 29 November 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1313314

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 27

04 aħbarijiet IL-ĦADD 29 TA' NOVEMBRU 2020 • illum Marbutin, għarwenin ... siġġu ta' umiljazzjoni fil-Ħabs jitneħħa biss iktar kmieni din is-sena ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Il-gazzetta ILLUM tista' tikkonferma li fil-Ħabs - bħala wieħed mill-mezzi ta' kastigi sa ftit xhur ilu biss kien jintuża siġġu li fuqu jintrabtu priġuniera, xi minn daqqiet għarwenin u xi kultant b'xi investa f 'rashom. Dan kien isir bħala kastig, magħmul biex jumilja lill-priġunier u sorsi ta' min joqgħod fuqhom qalu lil din il-gazzetta illi dan is-siġġu intuża minn tal-inqas darba ma' priġunier. Il-gazzetta ILLUM tista' tiżvela wkoll li dan is-siġġu tal- umiljazzjoni tħalla fil-kurituri tal-Faċilità Korrettiva ta' Kordin sakemm kien hemm bidla fil- Ministru iktar kmieni din is- sena stess. Kien il-Ministru Byron Camilleri li talab illi dan is-siġġu jitneħħa, qalu s-sorsi ta' din il-gazzetta. Intant mal-ILLUM qalu wkoll li ġieli l-priġuniera jintefgħu fiċ- ċelel ma' sħabhom għarwenin. Dwar dan iżda sorsi oħrajn qalu illi ħafna drabi priġunieri li jitħallew għarwenin għal ftit ħin ikun minħabba li l-awtoritajiet tal-ħabs jikkunsidraw lil dawn bħala theddida fuq ħajjithom stess u allura jitneħħewlhom il-ħwejjeġ f 'każ li jippruvaw jużawhom biex jagħmlu suwiċidju. Il-Faċilità Korrettiva ta' Kordin reġgħet spiċċat fuq fomm bosta, hekk kif żgħażugħ mill-Pakistan li kien inqabad juża dokumenti foloz instab mejjet fiċ-ċella tiegħu. Huwa kien il-11-il persuna li mietet fl-aħħar sentejn u nofs, jiġifieri kemm ilu Direttur tal-Faċilità Alex Dalli. Iktar tard, minn awtopsja li saret mit-tobba mqabbdin mill- awtoritajiet tal-ħabs, irriżulta li dan l-aħħar żagħżugħ miet minħabba problemi fil-qalb. Dalli xorta kien ikkritikat bil-qawwi inkluż mill-Kamra tal-Avukati wara allegat indħil u intimidazzjoni tal-istess Dalli fuq Charles Mercieca, l-avukat ta' Yorgen Fenech, waqt li dan kellu laqgħa mal-klijent tiegħu. Il-Kamra tal-Avukati qalu illi Dalli beda jitkellem pastaż u jinsisti li Mercieca ma setax ikollu dokumenti fuqu waqt il- laqgħa ma' Fenech. Minkejja li l-avukati spjegaw għalfejn dawk id-dokumenti kienu neċessarji , Dalli baqa' jinsisti u jgħajjat f 'liema punt qamet kommossjoni bid-Direttur allegatament isabbat u jidgħi. It-tim tad-difiża qal illi Dalli kien imdawwar b'ħames gwardjani tal-ħabs u, skont huma, qal li jiġi "ala żo**i minn kulħadd. Niġi ala żo**i mill- Qorti. Hawnhekk tiegħi u jien nikkmanda u kulħadd irid jobdini!" Ħabs iffullat Intant is-sorsi li tkellmu mal- gazzetta ILLUM ikkonfermaw li fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin hemm problema kbira ta' ffullar hekk kif il-popolazzjoni hija ta' madwar 900 priġunier meta l-infrastruttura hija magħmula biex tlaħħaq għal madwar 500 persuna. Biss, biss bħalissa hemm madwar 200 priġunier li jinsabu arrestati minħabba li kienu f 'Malta b'dokumenti foloz. Għal dan il-għan jidher li se jkun hemm espansjoni tal- Faċilità Korrettiva ta' Kordin fiż-żona tal-madwar fiż-żmien li ġej. Jiżdiedu b'75% il-professjonisti fil-Faċilità Intant minn aspett pożittiv fl- aħħar seba' snin żdiedu b'iktar minn 75% l-professjonisti li jaħdmu fil-Faċilità. Fost oħrajn ġew ingaġġati tliett tobba Maltin kif ukoll tmien infermiera Maltin. Ġie impjegat psikjatra kif ukoll tabiba full time ġewwa l-Forensic Unit Bdew jingħataw ukoll servizzi - għall-ewwel darba bħal Infection Disease Control u Podjatrija fil-Medical Room (clinic) li hemm ġewwa l-Ħabs. Hu stmat li l-iskorti lejn l-isptar Mater Dei minħabba dawn is-servizzi tnaqqsu b'120 fix-xahar. Bħalissa, tinsab infurmata l-gazzetta ILLUM, qed isir awditjar tas-saħħa tal- priġunieiri kollha li jiddaħħlu l-Ħabs, kull sitt xhur. Id-Direttur tal-Ħabs Alex Dalli u ħdejh il-PM Robert Abela

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 29 November 2020