Illum previous editions

ILLUM 29 November 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1313314

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 27

03 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 29 TA' NOVEMBRU 2020 'Għadu kmieni' biex ikun determinat b'liema defiċit se nispiċċaw l-2020 ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Ċifri maħruġin din il-ġimgħa juru li l-effett tal-Covid-19 fuq il-finanzi tal-pajjiż, wasslu biex id-defiċit sal-aħħar ta' Ottubru kien diġa' qabeż il-€1.2 biljun, preċiżament €1.242 biljun li huwa kważi eżatt kemm suppost se jkun qed jagħmel defiċit il- pajjiż matul din is-sena kollha. Dan ifisser li fl-ewwel 10 xhur il-pajjiż diġa' laħaq id-defiċit li pajjiżna suppost se jkun għamel f 'sena sħiħa wara li l-Gvern irreveda t-tbassir tiegħu minħabba l-pandemija. Dan id-defiċit jirrappreżenta wkoll żieda ta' €1.252 biljun fid-defiċit meta mqabbel mal- istess perjodu s-sena l-oħra meta l-pajjiż kien qed jirreġistra surplus ta' €10.2 miljun. Minkejja dan, sorsi mill-qasam finanzjarju u anke l-Ministru tal- Finanzi Clyde Caruana, qalu illi għadu kmieni u wieħed jeħtieġ jistenna pagamenti jidħlu, fosthom milt-taxxa u VAT qabel jasal għall-konklużjoni li d-defiċit se jkun akbar minn dak diġa' rivedut. Il-Ministru Caruana qal illi din is-sena hija partikolarment diffiċli li wieħed jgħid kemm eżatt se jkun id-defiċit minħabba diversi fatturi, fosthom diferimenti fit-taxxa, liema pagamenti issa jibdew deħlin hekk kif is-sena tibda ġejja lejn it-tmien tagħha. Sorsi mill-qasam finanzjarju qalu illi naturalment wieħed jiem għaliex kien hemm din iż-żieda fid-defiċit, speċjalment għaliex din kienet "l-aktar sena kerha." Ifakkru li fit-tielet kwart tas- sena l-Prodott Gross Domestiku kellu waqa' imma inqas milli kienet fl-ewwel tnejn, meta l-waqgħat kienu ħafna ikbar minħabba lockdown parzjali. "Naturalment kollox se jserraħ fuq ir-raba' kwart. Id-dħul tal- Gvern jiddependi ħafna minn dak li jkun iġġenerat fl-ekonomija." Is-sena l-oħra, qabel ma faqqgħet il-Covid-19 li ġabet lill-ekonomija għalkopptejha, il- Gvern kien qed ibassar illi din is- sena jagħmel surplus mill-ġdid. Dan kien stmat li se jlaħħaq il- €113 miljun. Id-dħul jonqos bi kważi 16% Bejn Jannar u Ottubru d-dħul rikorrenti tal-Gvern kien jammonta għal €3.3 biljun li huwa 15.8% inqas mill-istess dħul irreġistrat fl- aħħar ta' Ottubru tas-sena l-oħra. L-ikbar tnaqqis kien reġistrat mit-Taxxa tad-Dħul fejn id-dħul naqas b'€221.7 miljun - li jirrifletti t-tnaqqis fid-dħul ta' eluf ta' ħaddiema u kumpaniji, kważi €157 miljun inqas fi dħul minn VAT, li jirrifletti t-tnaqqis fil-bejgħ u €88.1 miljun inqas minn għotjiet. Minn naħa l-oħra it-total tal- infieq fl-ewwel 10 xhur tas-sena kien €4.5 biljun, jew 16% ogħla meta mqabbel mas-sena ta' qabel, filwaqt li d-dħul rikorrenti żdied b'€332.6 miljun għal kważi €3.7 biljun. Il-kontributur ewlieni għal din iż-żieda kienu €186.5 miljun taħt Programmi u Inizjattivi u żieda ta' €92.5 miljun f 'kontribuzzjonijiet lill-entitajiet tal-Gvern. Iż-żidiet f 'dak li jirrigwarda Programmi u Inizjattivi inqasmet f 'benefiċċji soċjali (+€67.1 miljun), €14.5 miljun aktar fuq benefiċċji relatati mal- Covid-19, €45.3 miljun fl-iskema tal-vouchers, €49.5 miljun aktar fi spejjeż relatati ma' mediċini u materjal kiruġiku u żieda ta' €22 miljun lill-iskejjel tal-Knisja, fost oħrajn. Id-defiċit f'10 xhur jilħaq dak li qed ikun prevvist għas-sena, €1.2 biljun. Imma 'għadu kmieni' jgħid il-Ministru tal-Finanzi ... Clyde Caruana

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 29 November 2020