Illum previous editions

ILLUM 29 November 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1313314

Contents of this Issue

Navigation

Page 1 of 27

02 aħbarijiet IL-ĦADD 29 TA' NOVEMBRU 2020 • illum SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM www.gozochannel.com GOZO FERRIES Ħinijiet tat-tluq Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 TEMP GĦADA TEMP ILLUM Chemimart City Gate Pharmacy, Valletta Fra Diego Dispensary, Ħamrun Tal-Ħlas Pharmacy, Qormi St. Bartholomew Pharmacy, Santa Venera Mayer Pharmacy, Msida Ta' Giorni Pharmacy, San Ġiljan Chemimart Pharmacy, Sliema Misraħ Kola Pharmacy, Attard Pillbox Pharmacy, Naxxar St. Simon Pharmacy, Buġibba De Paola Pharmacy, Paola Vittoriosa Pharmacy, Birgu Felice Dispensary, Żabbar Health Junction Pharmacy, Żejtun Kristianne Pharmacy, Żurrieq Brown's Pharmacy, Żebbuġ Spiżerija Carmen, Dingli Fontana Pharmacy, Fontana, Gozo Joyce's Pharmacy, Xagħra, Gozo MIA Airport Pharmacy Departure Mgarr, Gozo Departure Cirkewwa, Malta L-OGĦLA: 19˚Ċ L-INQAS: 14˚Ċ Temp Ftit imsaħħab Viżibilità Tajba Riħ Majjistral it-Tramuntana forza 4 għal 5 li jdur mill-Grieg it-Tramuntana forza 3 Baħar Moderat li jsir ħafif L-OGĦLA: 19˚Ċ L-INQAS: 14˚Ċ Temp Ftit imsaħħab li jsir pjuttost imsaħħab bil-ħalbiet tax-xita iżolati lokalment bir-ragħad f 'xi waqtiet Viżibilità Tajba minbarra fix-xita Riħ Lbiċ forza 5 li jsir forza 4 Albert Gauci Cun- ningham SUDOKU Imla l-kaxxi vojta bin-numri 1 sa 9 f 'kull kolonna vertikali u orizzontali kif ukoll f 'kull kaxxa 3x3. Is-soluzzjoni tkun ippubblikata nhar il-Ħadd li ġej. Is-soluzzjoni tal-Ħadd li għadda www.maltco.com/lotto/results/ Iċċekkja n-numri tal-lottu fuq - Heritage Malta takkwista u tirrestawra waħda mill-aħħar dgħajjes tal-latini li fadal Fiż-żmien li ġej mistenni jibda l-proċess ta' restawr fuq dgħajsa tal-latini li Heritage Malta akkwistat aktar kmieni din is-sena. Din hija waħda mill- aħħar dgħajjes tal-latini li fadal fil-Gżejjer Maltin. Tagħrif dwar dan il-proġett ingħata waqt konferenza tal-aħbarijiet indirizzata mill-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali José Herrera u l-Kap Eżekuttiv ta' Heritage Malta Noel Zammit. Il-konferenza saret ħdejn id-dgħajsa tal- latini, li bħalissa tinsab fil-kwartieri ta' Heritage Malta fil-Kalkara. Il-Ministru Herrera ddeskriva dan il-proġett bħala wieħed għal qalbu ħafna, li permezz tiegħu se terġa' tingħata l-ħajja lil waħda mill-protagonisti ewlenin fl-istorja marittima ta' pajjiżna. Huwa wiegħed l-impenn tiegħu u tal-gvern lejn sforz kollettiv biex il-wirt marittimu ma jintilifx iżda jkun jista' jitgawda mill-ġenerazzjonijiet tal-ġejjieni. Huwa tenna li l-viżjoni tiegħu u ta' Heritage Malta hija li jużaw l-Pixkerija l-antika sabiex jibdluha f 'mużew u b'hekk ikunu jistgħu jinżammu dawn l-esebiti importanti fosthom din id-dgħajsa tal- latini. Noel Zammit esprima s-sodisfazzjon tiegħu għal dan l-akkwist ta' Heritage Malta li jkompli jixhed ir-rieda tal-aġenzija li tagħti futur lill-passat tagħna. Huwa spjega li d-dgħajsa se tiġi restawrata fuq il- post u sakemm jitlesta x-xogħol fuqha, se tkun qed tistkenn taħt struttura temporanja li tħarisha mill- elementi. Id-dgħajsa tal-latini ħadet isimha mill-qlugħ li fuqhom kienet tiddependi biex tbaħħar u li kienu magħrufa bħala 'tal-latini'. Kienet tintuża l-aktar għall-ġarr ta' provvisti u passiġġieri bejn Malta u Għawdex u kienet l-akbar waħda mid-dgħajjes tradizzjonali Maltin, b'tul ta' bejn 45 u 50 pied. L-oriġini tad-dgħajsa tal-latini mhumiex magħrufa iżda hemm evidenza li turi li fl-1520 dan it-tip ta' dgħajjes kienu diġà jinbnew fuq ix-xtut tal- Port il-Kbir.

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 29 November 2020