Illum previous editions

ILLUM 29 November 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1313314

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 27

07 analiżi illum • IL-ĦADD 29 TA' NOVEMBRU 2020 tgħallimna xi ħaġa? u l-lingwaġġ iebes użat kontra persuni fil- Gvern ma kien xejn jekk mhux il-militanza politika fl-aqwa tagħha. Mela allura, l-ewwel tagħlima li ħadna hija li minkejja l-ħafna narrattiva kapitalista tal-lemin li l-militanza hija ħażina u li l-għanijiet jintlaħqu biss "madwar il-mejda", l-avvenimnenti ta' sena ilu wrew li jekk il- militanza jkollha bażi fuqhiex tiġi organizzata (f 'dan il-każ l-assassinju u l-implikazzjoni li Keith Schembri mdaħħal fih) tista' tħalli l-frott. Dan huwa veru mhux għal Malta biss imma għal kull demokrazija fejn sezzjoni tal-poplu tħossha inġurjata jew traduta mill-Gvern. 2 - Rebħa kbira tagħti leġittimità daqs kemm dik il-leġittimità hija rispettata Huwa fatt li r-rebħa Laburista fl-2017 kienet massiċċa, forsi inqas mistennija minn dik tal-2013 u waħda rekord, sa dakinhar. Mill-2013 fil-fatt il-poplu ta leġittimità ċara ħafna lill-Partit Laburista mmexxi minn Joseph Muscat. Ikbar kemm tkun ir-rebħa ta' partit iktar allura dak il-Gvern ikollu leġittimità demokratika, naturalment dan ma jgħoddx għal riżultat 80% - 20% li mhumiex xi ħaġa kompletament aljena f 'ċerti pajjiżi bi kredenzjali demokratiċi dubjużi. Il-punt huwa li fil-kuntest ta' riżultati elettorali lokali l-Partit Laburista għamel rebħiet storiċi u ta' portata kbira. Dak li seħħ sena ilu wera' - proprju għaliex kien eżerċizzju demokratika f 'pajjiż demokratiku - illi d-demokraziju ma taħdimx biss darba f 'ħames snin imma tibqa' proċess ħaj li jevolvi matul il-leġiżlatura ta' Gvern. Sal-lum akkużat bl-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia hemm persuna waħda. Imma implikazjonijiet tqal hemm fuq oħrajn, prinċipalment fuq Keith Schembri li kien l-aktar figura b'saħħitha fil-Gvern Laburisa ta' Muscat. Dawn l-implikazzjonijiet splussivi spiċċaw wrew li huma aktar b'saħħithom mill-leġitimità tal-famużi 40,000 vot. Dan għaliex tefgħu dell tqil ħafna fuq l-operat tal- Gvern mhux biss lokalment imma fuq livell Ewropew u anke fuq livell internazzjonali. L-akkużi ta' Fenech quddiem il-pulizija li Schembri kien il-mandant tal-assassinju ta' ġurnalista u li kien ħallas sa €80,000 għal dan il-qtil - wara xhur sħaħ ta' battibekki minħabba l-kumpaniji ta' Keith Schembri u Konrad Mizzi fil-Panama - kienu tant tefgħu toqol fuq il-Gvern li bil-mod, il-mod il-pożizzjoni tiegħu ma baqgħetx sostenibbli, minkejja r-riżultat elettorali li kien kiseb fl- 2017. Dan allura jurina illi l-kobor ta' rebħa elettorali tagħti leġittimità daqs kemm dik il-leġittimità ma titpoġġiex f 'dubju serju minħabba reati, allegazzjonijiet ta' reati u kriminalità, abbuż ta' drittijiet tal-bniedem u aktar - għallinqas f 'demokrazija tal-punent. Kieku d-daqs ta' rebħa hija somma li tirriżulta f 'garanzija ta' snin fil-Gvern, kieku Joseph Muscat għadu Prim Ministru u għad fadallu ħafna snin fit-tmun tal-pajjiż. 3 - In-nuqqasijiet tal-Gvern ma jistgħux isalvaw lill-Oppożizzjoni L-avvenimenti ta' sena ilu kellhom jkunu l-avvenimenti politiċi li jagħtu mhux biss skop imma impetu politiku qawwi lill- Oppożizzjoni. Fil-fatt jekk kien hemm kwistjoni li l-Partit Nazzjonalista kellu jagħmilha tiegħu u jmexxi hu kellha tkun propju l-għajta wara l-qtil ta' Daphne Caruana Galizia. Din il-kwistjoni, minflok, firdet lill- Oppożizzjoni u mhux lill-Gvern, fejn reġa' kien hemm dak li bl-Ingliż ngħidulu closing of the ranks, fejn kulħadd idur qaqoċċa madwar il-Mexxej u l-partit, bħala risposta għall-attakk li jkun għaddej. Minn naħa l-oħra l-PN inqasam bejn dawk li riedu jkunu fuq quddiem u l-Kap Nazzjonalista li la tħalla jkun fuq quddiem mill-familja Caruana Galizia, u lanqas jitfa' l-uri fl-anniversarju tal-assasinju tagħha. Din il-qasma hija ħafna iktar fonda minn sempliċiment uffiċjali tal-partit kontra oħrajn, fil-fatt l-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia aljenat bil-kbir faxxa wiesa' ta' votanti tradizzjonalment Nazzjonalisti mill-partit. U dan irrriżulta fl-2019 - qabel l-iżviluppi kollha li waslu għar-riżenja ta' Muscat - meta l-PN tilef l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew bi it aktar minn 42,000 vot u l-elezzjonijiet tal- Kunsilli b'distakk ta' 47,000 vot. Il-PN fil-verità kompletament tilef din l-opportunità tad-deheb minħabba l-fatt li Daphne Caruana Galizia kienet saħansitra ħarġet diversi stejjer dwar Adrian Delia u dawk li kienu qed jappoġġjawh. Fosthom dwar kont f 'Jersey li minnu kienu allegatament għaddejjin flejjes minn attivtajiet ta' prostituzzjoni f 'Soho u passat dubjuż ta' numru ta' kanvassers tiegħu. Delia wieġeb bil-qawwi f 'diskors partikolari illi fih kien iddeskriva lil Caruana Galizia bħala 'biċċa blogger'. Delia qatt ma seta jagħmel din il-ġlieda tiegħu. Għalhekk sena ilu, jekk qatt kellna bżonnha, kellna l-akbar konferma li anke meta l-Gvern ikun moralment fil-qiegħ akkużat b'affarijiet koroh, bit-tieni l-aktar persuna prominenti fih implikat f 'assassinju u meta r-rabja kontra l-istess Gvern kienet palpabbli anke fost il- votanti floaters, dan ma jirriżultax b'mod awtomtiku f 'appoġġ lejn l-oppożizzjoni. Dan fil-fatt jibqa' wieħed mill-aktar punti notevoli. Il-fatt li l-PN ma dawwarx il-fortuni politiċi tiegħu - imqar bi it - b'dawn l-avvenimenti kien qed ipoġġi dawl fuq l-istat ħażin ħafna tal-istess partit. Fil-fatt matul din is-sena, wara li s-sitwazzjoni fil-Partit Laburista nbidlet hekk kif kien elett Robert Abela Mexxej Laburist u Prim Ministru ġdid, l-attenzjoni daret fuq l-eks Kap tal-Oppożizzjoni, sakemm iktar kmieni din is-sena kienu t-tesserati stess b'vot massiċċ ta' 70% favur Bernard Grech li neħħew lil Adrian Delia mit-tmun tal-partit. 4 - Il-paċi politiku mhux garantit Pajjiżna fl-istorja tiegħu għadda minn diversi mumenti ta' tensjoni soċjo-politika. Lura fil-50ijiet, meta il-poplu għamel rewwixti fit-toroq fl-istrajk ġenerali tat-28 ta' April 1958. Lura fis-60ijiet, bil-Partit Laburista mmexxi minn Dom Mintoff u t-tensjoni mal- Knisja meta din kienet tlaqqa' lin-nies "taħt l-umbrella", tordna d-daqq tal-qniepen waqt li jitkellem Mintoff filwaqt li tqis dnub mejjet li tivvota lill-Partit Laburista. Fit-80ijiet il-pajjiż ra t-tensjoni tiżdied u tilħaq livelli perikolużi b'żewġ vittmi politiċi: Raymond Caruana u Karin Grech - filwaqt li saru bombi u attakki mal-każini taż-żewġ partiti, it-tkissir tal-Kurja u t-tkissir tal-binja fejn kienet qed topera e Times u ħafna iktar. Dawn kollha kienu żminijiet fejn it- tensjoni politika u l-polarizzazzjoni laħqu livelli perikolużi u waslu għal firdiet serji fis- soċjetà, inkluż fost il-familji, antipatiji soċjali, klassiżmu u vjolenza. L-avvenimenti ta' sena ilu kienu dwar qtil politiku ieħor, dak ta' Daphne Caruana Galizia. Kien politiku għaliex - qiegħed isir dejjem iktar ċar li l-qtil tagħha huwa marbut ma' kuntratt jew kuntratti pubbliċi korrotti, b'implikazzjonijiet politiċi serji. Il-protesti u l-polarizzazzjoni li kienu qed jilħqu qċaċet li kienu ilhom ma jilħqu, fakkru li d-demokrazija hija fraġli u xejn mhu garantit f 'pajjiż fejn il-politika għadha tilgħab parti (wisq!) ċentrali fil-ħajja u fl-għażliet ta' bosta. Minkejja ġenerazzjonijiet illi fosthom qed jiżdiedu dawk li ma humiex marbutin ma' karru partiġġjan, ir-rabta profonda u ġenerazzjonali bejn il-Malti u l-partit li jżomm miegħu għadha fonda u fiha għadha tiġi investita ħafna emozzjoni u enerġija. Din hija riċetta li hija sana minn naħa għax taċċerta s-sehem ta' ħafna nies fid- demokrazija, pero' perikoluża meta l-arja politika tiqras u ssir tossika bħal ma ġara f 'Novembru u Diċembru tal-2019.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 29 November 2020