Illum previous editions

ILLUM 29 November 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1313314

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 27

08 aħbarijiet IL-ĦADD 29 TA' NOVEMBRU 2020 • illum Il-Malti huwa l-aktar poplu li qed jagħti priorità fl-UE kollha lill-bżonn li nsibu vaċċin ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Hekk kif il-pandemija tal- Covid-19 tkompli toħloq diskussjoni u tirrijinforza miżuri biex it-tixrid tagħha jiġi kemm jista' jkun limitat, maġġoranza kbira tal-poplu Malti u Għawdxi tħoss illi l-akbar priorità tal- Unjoni Ewropea bħalissa għandha tkun l-iżvilupp tal- vaċċin. Fil-fatt, b'61% il-poplu Malti bħalissa huwa l-aktar poplu fl-UE kollha li jagħti priorità lir-riċerka biex jinstab dan il-vaċċin, kuntrarjament għall-Islovakki, li 21% biss tagħhom jaħsbu l-istess. Fl-aħħar ġimgħat komplew l-iżviluppi dwar dan il-vaċċin, bid-Deputat Prim Ministru Chris Fearne jgħid li dan se jkun qed jasal pajjiżna f 'Jannar u l-poplu kollu jkun ħadu sa sitt xhur wara. L-aktar popli li qed jipprijoritizzaw il-vaċċin wara l-Maltin huma d-Daniżi b'45% u l-Estonjani b'41%. Dawn iċ-ċifri kienu żvelati fit- tielet rapport li jitratta l-opinjoni pubblika fl-UE waqt iż-żminijiet tal-Covid-19 "Uncertainity/ EU/Hope - Public Opinion in Times of Covid-19" li sar bejn Settembru u Ottubru li għaddew u ppubblikat issa. Intant 43% tal-Maltin semmew ukoll bħala priorità li jkun assigurat illi jkun hemm biżżejjed fornitura ta' maskri, ingwanti u aktar. Dan filwaqt li 32% sostnew li l-priorità għandha tkun ukoll li l-UE tipprovdi l-għajnuna finanzjarja diretta li jkun hemm bżonn. 64% tal-Maltin huma kuntenti bil- miżuri tal-Covid-19 li ħa l-Gvern Intant il-Maltin huma fost iċ- ċittadini Ewropej l-aktar kuntenti bil-miżuri li qed jieħu l-Gvern fir- rigward tal-pandemija, anke jekk kien hemm tnaqqis konsidrevoli mill-aħħar sondaġġ li sar f 'Ġunju. Dan ir-rapport juri kif b'64% il-Malti huwa s-seba' l-aktar poplu kuntent bil-miżuri li huwa tnaqqis ta' 18% meta mqabbel mal-istess rapport li sar f 'Ġunju u li staqsa l-istess mistoqsijiet. Dan it-tnaqqis huwa fil-fatt rifless f 'ħafna pajjiżi oħrajn, hekk kif il-każi reġgħu żdiedu fl- aħħar xhur - wara li fis-sajf ħafna stabbilimenti madwar l-UE kienu reġgħu tħallew jiħu. L-akbar tnaqqis kien fost iċ-Ċeki (-33%), l-Islovakki u l-Ungeriżi (-31%), il-Griegi (-27%) u ċ-Ċiprijotti (-26%). Minn naħa l-oħra l-uniċi żewġ pajjiżi li rreġistraw żieda fil-fiduċja u sodisfazzjon fil-miżuri li qed jieħu l-Gvern f 'dak li jirrigwarda Covid-19 kienu t-Taljani (+6%) u l-Iżvediżi (+9%). Fil-każ tal-Maltin ir-riżultat preċiż meta mistoqsijin jekk humiex sodisfatti jew le bil-miżuri li qed jieħu l-Gvern huwa: 25% huma sodisfatti ħafna, 39% huma sodifatti, 27% mhumiex sodisfatti wisq u 7% ma huma sodisfatti xejn. 43% kellhom inqas flus il-but jew problemi biex iħallsu kontijiet u self Intant l-istess rapport juri illi 57% tal-popolazzjoni - maġġoranza konsiderevoli - ma kellhomx problemi relatati ma' dħul jew flus minn mindu faqqgħet il-pandemija. Dan il-persentaġġ jirrapreżenta sezzjonijiet tal-popolazzjoni li jaħdmu f 'setturi fejn il-pagi baqgħu l-istess (eż: fiċ-ċivil), fost il-pensjonanti u dawk benefiċċjarji ta' ħlasijiet oħrajn mill-Gvern, fost oħrajn. Minkejja dan 22% qalu li esperjenzaw tnaqqis fid-dħul tagħhom matul din il-pandemija. Ma' dawn 7% qalu illi sabu diffikultà biex iħallsu l-kirja, kontijiet jew self tal-bank, filwaqt li 7% oħra qalu illi kellhom jitolbu għall-għajnuna finanzjarja mingħand ħbieb jew qraba. Persentaġġ żgħir ta' tlieta fil- mija qalu illi fallew filwaqt li 4% oħra qalu illi sabu diffikultà biex ikollhom ikel ta' kwalità u suret in-nies. Minkejja li dawn in-numri huma kollha inkwetanti, il-Maltin huma fost l-aktar li qalu illi ma ġewx affetwati mill-pandemija finanzjarjament flimkien mad-Daniżi (63%), dawk li jgħixu l-Lussemburgu (64%) u l-Finlandiżi (54%). L-aktar li qalu illi naqsilhom d-dħul kienu l-Ungeriżi (44%), l-Ispanjoli (42%), iċ-Ċiprijotti (41%) u l-Griegi (40%) filwaqt li l-inqas kienu l-Finlandiżi (16%) u l-Iżvizzeri (19%). Lura Malta, kienu b'kollox 16% li qalu illi kellhom jużaw flus li ġemmgħu biex jagħmlu tajjeb għal inqas dħul, bl-aktar poplu li kiel mit-tfaddil jkunu l-Bulagri b'40%. L-inċertezza, il-biża' u t-tama - l-aktar emozzjonijiet komuni bħalissa Intant l-inċertezza, it-tama u l-biża' kienu l-aktar tliet emozzjonijiet li kienu qed iħossu l-Maltin meta pparteċipaw, f 'relazzjoni mal-Covid-19. Maġġoranza relattiva ta' 44% qalu li jinsabu inċerti dwar il-futur, imma 32% semmew it-tama li l-affarijiet jiġu għall-aħjar. Minn naħa l-oħra, hekk kif il-każi ta' Covid-19 baqgħu jiżdiedu kif żdiedu l-imwiet 30% esprimew sentiment ta' biża' u 25% ta' frustrazzjoni, anke minħabba li l-pandemija rrestrinġiet bil- qawwi l-libertajiet personali ta' ħafna nies. Kienu biss 14% tal-Maltin li qalu illi huma kunfidenti. Imqabblin mal-Ewropej il- Maltin ma humiex l-aktar li qed iħossuhom inċerti - li fil-fatt huma ċ-Ċiprijotti (72%) - pero lanqas huma l-aktar poplu li qed juru tama. Fil-fatt huma r-Rumeni li qed jesprimu l-aktar sens ta' tama b'56% u l-Portugiżi b'50%. Finalment il-Maltin huma l-aktar poplu li jaqbel illi l-Unjoni Ewropea għandha jkollha aktar kompetenzi sabiex tkun tista' tilqa' għal kriżi, bħall-pandemija, mill-pajjiżi membri kollha. 87% tal-Maltin jaħsbu hekk, filwaqt li huma 8% biss li ma jaqblux. Dan meta l-medja Ewropea hija ta' 66%. Fuq in-naħa l-oħra l-inqas poplu li jemmen illi għandu jkun hemm aktar kompetenzi għll-UE, huma ċ-Ċeki b'42%. 61% tal-poplu jemmen li l-UE jeħtieġ tipprijoritizza riċerka għall-vaċċin, 64% kuntenti bil- miżuri li ħa l-Gvern - tnaqqis ta' 18% - u 43% ġew affetwati finanzjarjament mill- pandemija ...

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 29 November 2020