Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1313314
09 illum • IL-ĦADD 29 TA' NOVEMBRU 2020 aħbarijiet 'Qed nieħu l-istess suppliment tal-paga li qed jieħdu r-ristoranti li huma miftuħa' Il-gazzetta ILLUM titkellem ma' Matthew De Giorgio, sid ta' wieħed mill- clubs ewlenin f'Malta dwar is-settur tad-divertiment li qala' daqqa ta' ħarta minħabba l-pandemija YENDRICK CIOFFI Matul dawn il-ġimgħat, il- gazzetta ILLUM tat vuċi lil diversi negozji, f 'setturi varji, li kienu affettwati direttament bil-pandemija tal-Covid-19 li ma ħafritha lil ħadd. Bla dubju ta' xejn, l-industrija tad-divertiment kienet l-aktar waħda milquta ħażin, partikolarment il-clubs. Dawn ilhom magħluqa minn Awwissu u din is-sena fetħu biss għal sitt ġimgħat. Dwar dan, l-ILLUM tkellmet ma' Matthew De Giorgio, sid tal-kumpless Gianpula, wieħed mill-clubs ewlenin f 'Malta, li insista li l-aktar ħaġa li qed iddejjaq u tinkwieta lilu u lil sidien oħra hija l-inċertezza. Minkejja li dawn jippjanaw ix-xogħol tagħhom minn xhur qabel, ma għandhom l-ebda indikazzjoni ta' meta se jkunu jistgħu jerġgħu jiħu l-bibien tagħhom. Apparti minn hekk, De Giorgio insista li l-għajnuna li qed jingħataw is-sidien ta' clubs u anke negozjanti oħra f 'din l-industrija mhijiex biżżejjed. "Jiena qed nieħu l-istess suppliment tal- paga li qed jieħdu r-ristoranti li llum huma miuħa," insista De Giorgio. "Anke t-tobba appellaw lill-Gvern biex jgħin aktar lil dawk li ġew ordnati jagħlqu għal kollox in-negozju tagħhom." 'Il-Gvern mhux jagħtina tama ... mhux jagħtina indikazzjoni' Tkellimna dwar l-inċertezza li qed tolqot lill-industrija, b'De Giorgio jisħaq li l-Gvern mhux qed jagħti tama u lanqas indikazzjoni ta' meta l-affarijiet, it it, jistgħu jerġgħu jirritornaw għall-aħjar. De Giorgio saħaq li waqt il-programm l-Erbgħa fost il-Ġimgħa, huwa kien staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne, x'se tkun it-triq 'il quddiem għalihom jekk f 'Jannar, kif inhuma l-indikazzjonijiet, jibda jitqassam il-vaċċin. Fost oħrajn De Giorgio qed jistaqsi kemm iridu jitlaqqmu nies biex il-postijiet tad- divertiment ikunu jistgħu jerġgħu jibdew jiħu l-bibien tagħhom. "U jekk ikun hemm diversi nies li jagħżlu li ma jitlaqqmux, il-postijiet tad-divertiment se jibqgħu magħluqa?", ikompli jistaqsi De Giorgio. Fir-risposta tiegħu dakinhar, il-Ministru Fearne kien spjega li ma hemmx għalfejn titlaqqam il-popolazzjoni kollha biex tinqata' dik li hu sejjaħ bħala "il-katina tal- pandemija." Għalhekk, fi kliem Fearne, trid tlaqqam biżżejjed persuni biex ikun hemm biżżejjed "immunità fil-komunità," biex jekk xi ħadd ikollu l-Covid-19, ma jinfettax lil kull min jiltaqa' miegħu. "Inkunu nafu biss meta jgħaddu numru ta' xhur wara li jkun hawn it-tilqima," kien qal il- Ministru. "Għadna ma nafux kemm it-tilqima hija effikaċi, kemm iddum l-immunità li tagħtik it-tilqima u ma nafux biżżejjed fuq il-marda nnifisha. Din ir-risposta, illum, ix- xjenza ma tistax tagħtiha. Inkunu nistgħu nweġbuha sitt xhur, disa' xhur, sena wara li jkun hawn il-vaċċin." Ovvjament, spjega Fearne, sakemm ikun qed jingħata l-vaċċin, l-awtoritajiet jibqgħu jħarsu lejn in-numri u skont kemm dawn jibdew jinżlu, jibdew jinfetħu dawk in- negozji li bħalissa huma magħluqa. "Imma meta dan se jkun u kemm irid ikun kbir in-numru tan-nies li jridu jitlaqqmu, illum ma nistgħux ngħidu," kompla l-Ministru. Madankollu, De Giorgio insista li risposta bħal din it li xejn tagħti tama li għandu bżonn is-settur bħalissa anke, għax kif spjegat aktar 'il fuq, l-operaturi jibdew iħejju u jippjanaw minn xhur qabel. 'L-ewwel turisti li se jkollna se jkunu żgħażagħ' Komplejna wkoll nitkellmu dwar l-għajnuna, b'De Giorgio jisħaq li meta t-turiżmu jerġa' jibda jieħu r-ruħ, l-ewwel turisti li se jiddeċiedu li jaqbdu ajruplan, se jkunu żgħażagħ. "X'se jiġu jagħmlu Malta? Mhux biex jiddevertu?" kompla jisħaq De Giorgio u propju għalhekk li appella lill-Gvern biex jgħin aktar lil din l-industrija biex tkun tiflaħ u tibda tipprepara għal meta l-ħajja tibda ġejja lura għan-normalità. Fakkar ukoll kif mill-industrija tad- divertiment, jiddependu wkoll negozji u industriji oħra. Semma biss lill-aġenti tal-alkoħol u x-xorb li din is-sena qalgħu daqqa kbira. "La kellek festi u lanqas clubs miuħa," fakkar De Giorgio. 'L-aktar settur li ntlaqatna... Kien hawn li De Giorgio insista li minkejja li huma l-aktar settur li ntlaqat ħażin, kienu l-inqas li ngħataw għajnuna. Saħaq li s-settur kollu tal-arti u d-divertiment, jiġbor fih mal-5,00 persuna li kważi kollha kemm huma spiċċaw bla xogħol u daharhom mal-ħajt. "Aħna nippjanaw minn xhur qabel. Se nissogra noħroġ il-flus u ma jsir xejn? Se jkollha garanzija ta' għajnuna?" staqsa. 'Għolli s-suppliment tal-paga għall- maniġment tas-settur' De Giorgio kompla jispjega li waħda mill-isfidi li dejjem jiffaċċja s-settur tad- divertiment huwa biex isib nies ikkwalifikati biex ikunu parti mill-maniġment. Propju għalhekk li De Giorgio qed jappella biex is-suppliment tal-paga għal dawn il- persuni jogħla biex ikollhom biżżejjed inċentiv biex jibqgħu fis-settur. "Aqbad is-suppliment tal-paga u tellgħu għal €1,200. Jekk hemm bżonn anke għall- maniġment tal-lukandi. Ma hemmx eluf ta' nies," insista De Giorgio. "Almenu lil dawn in-nies inżommuhom magħna u nibdew nippjanaw għal meta nerġgħu niħu." Fi kliemu ħafna qed jagħlqu jew se jagħlqu għax ma jifilħux. "Għalhekk għandna bżonn tama," kompla jisħaq. Fakkar ukoll kif 98% tal-impjegati f 'dan is-settur huma barranin. Ħafna minn dawn jaħdmu part-time fil-clubs u matul il-ġurnata jaħdmu fil-lukandi. "Dawn huma n-nies li jikru u li ħafna minnhom telqu mill-pajjiż," insista. 'Biex naddatta jiena rrid noħroġ spiża kemmxejn kbira' Il-gazzetta ILLUM staqsiet lil De Griogio għaliex hu u sidien ta' clubs oħra mhux kollha addattaw l-istabbilimenti tagħhom ikunu jixbħu aktar l-istil ta' lounge u jkunu jistgħu jiħu xorta waħda (anke jekk ħafna minn dawn illum magħluqa xorta). De Giorgio saħaq li biex jagħmel dan fi stabbiliment bħal tiegħu jrid jinvesti l-eluf. "Ristorant biex jaddatta se jnaqqas biss l-imwejjed. Jiena rrid noħroġ flus li m'hemm l-ebda granzija li se tikuprahom lura, minħabba li ma nafux kemm se ddum din il- pandemija" insista De Giorgio. Għal min qed jagħmel din il-kritika, De Giorgio fakkar li xorta waħda addattaw b'xi mod għal din is-sitwazzjoni u fakkar fid- Drive-ru li qed tkun organizzata għal żmien il-Milied, partikolarment għat-tfal u l-familji. Matthew Degiorgio