Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1313314
15 letteratura illum • IL-ĦADD 29 TA' NOVEMBRU 2020 Nisraq Imqar Minuti… Nisraq imqar ġimgħat minn sena, Oliver. Anzi, x'jien ngħid? Nisraq imqar minuti... minn waqtiet li waqgħuli fl-art u ħlejthom. Nisraq imqar it sekondi f 'dan il-lejl taċ- ċomb. Imqar erba' sekondi, biex nerġa' naqbadha miegħek fuq kif ġejna u fejn se mmorru, minn aħna u fejn qegħdin, għaliex u kif u meta, dil-ħolma tal-ħajjin. Forsi darb'oħra, Oliver... Kemm nixtieq nerġa' lura, mank sitt xhur, iżd'issa għalxej'... Fir-rumanz La Nauseè, li tgħidx kemm xtaqt ngħaddilek kopja tiegħu ladarba kont inkun raddejtu kollu fl-ilsien Malti – għandu mnejn qabelxejn għalik – Jean-Paul Sartre kiteb illi "jkun hemm mumenti meta jkollna l-impressjoni li nistgħu nagħmlu li rridu, imorru 'l quddiem jew inkella lura, li dan ma jkollu importanza ta' xejn; u ġieli mbagħad jidhrilna li l-kobba tkun issikkat ruħha, u f 'dawn il-każi ma tkunx kwistjoni li tieħu falza stikka għax ma tkunx tista' terġa' tibda". Minn daqshekk veru. Kos, x'ħabta għandna minn daqqiet nitmejlu bina nfusa, hux Oliver? Kien qalilna waħda tajba Sartre fl-istess rumanz: "nammira x'ħabta għandna nuru ħaġa b'oħra billi ninqdew bir-raġuni". Għax tgħid, kienu sewwasew Jean-Paul Sartre, flimkien mal-ħabib-rivali tiegħu Albert Camus, illi kien fi ħsibijieti proprju xħin l-editur ta' din il-gazzetta għarrafni, hekk kiesaħ u biered, bl-aħbar tat-tluq tiegħek. Ċempiltu biex navżah illi kont għadni kif bgħattlu t-traskrizzjoni tad- djalogu li kien għadu kif kelli mal-Prof. Anthony Aquilina rigward dawk il-botti- u-risposti eżistenzjalisti li kellhom dat- tnejn tul is-snin ħamsin. F'dawk il-famużi żminijiet tar-rivista Les Temps Modernes, taf int. Fid-djalogui konna stħarriġna wkoll Il-Mit ta' Sisifu ta' Camus, l-iżjed billi ddiskutejna jekk lil dan il-proxxmu traġiku tassew għandniex nistħajluh kuntent. Dak il-ħin dlonk irħejt il-ġebla minn idi u għarra lil Aquilina minnufih. "Tlifna akkademiku ta' vera u raġel fuq l-irġiel", wieġeb hu dikment. Inkitbu ħafna xorti dwarek imbagħad f 'dawn l-aħħar jiem, Oliver. Malajr insejnihom, imqar għal it, lil Sartre u lil Camus u lil Bataille mbagħad. Fl-aħbarijiet, fuq il-midji soċjali – inklużi t-terrazzini tal-barijiet u l-kjuwijiet tal- merċa – issemmew ħafna preġji u merti minn tiegħek: l-għerf, l-istamina, il- prolifiċità, l-indispensabbiltà, l-imħabba, il- ġentilezza, l-umiltà u l-bqija. Ħafna ħwejjeġ tas-soltu, insomma. Imma x'inhu s-siwi, kif niakrek tistaqsini int, illi nibqgħu dejjem ntennu l-istess ħwejjeġ? Iżda f 'ġieħ is-sewwa, biex ngħidu kollox, kultant ma tlumhomx lin-nies. Mhux kuħadd bħalek: difaċċ il-mewt kultant mhux la kemm issib diskors ġdid xi tgħid. U lanqas kieku: għix ħajtek u ħallik mill-folla. Ma tridx tieħu għalihom ċerti Maltin, l-iżjed jekk tqis illi it sigħat wara li tajnik dika l-aħħar tislima inzerta mitilna wkoll il-Maradona. Il-folla ma tiimx, Oliver. Hu x'inhu, mal-aħbar mort ħarbixtlek ta' malajr erba' kelmiet fil-ġurnal MaltaToday, ma jmurx, Alla-ħares-qatt, taħsel taħseb illi – forsi ormaj bħal bosta oħrajn – saħansitra anke int sfajt ukoll f 'tiegħi n-nisi minn l-aħħar li ktibna 'l xulxin u tkellimna fuq it- telefon. Sintedi, ħadd ma qal kollox dwarek. Hekk jew hekk, ħadd qatt ma jista', ħadd qatt ma seta', abbli lanqas int. Mnejn taqbad tibda? Kif imbagħad jaqbel tissokta? B'xiex fl-aħħar jixraq tispiċċa? Terġa' u tgħid, biex nikteb dwarek neħtieġ ħafna karti, ħafna linka, ħafna żmien. Neħtieġ ktieb sħiħ. Intant l-editur diġà bagħat jgħidli biex ma ntawwalx. Għaldaqshekk ma nippretendix – tul dal-it ħin illi għandi nishar miegħek hawnhekk – li ser iseħħli ngħid kollox dwarek jien. Jekk niġu f 'dan dal-ħin għandi xorti nasal nagħżel struttura xierqa, minn fost dawk illi kont tgħallimni proprju int, ħalli fiha ndeffes il-gżuż vrus u ħsus illi għaddew żiffa għala minni f 'dawn l-aħħar jiem. Forsi darb'oħra, Oliver. Difaċċ il- mewt, anke jekk forsi ssib xi tgħid fil-waqt ix-xieraq, mhux la kemm issib kif tgħidu. Ipprova iem illi dawn tiegħi mhuma xejn għajr ponn għabra mill-imgħoddi, imsaffi fuq fuq mill-mument, imxewlaħ ta' ħorrox borrox għal għonq il-baħħ, mixħut addoċċ f 'din id-dalma illi qed taqa' fuqi, iss'issa bħalissa, matul dawn l-uqat illi qed inġibek f 'moħħi... Ikompli f 'paġni 16 u 17 ... Darb'oħra, Oliver Fil-paġna letterarja ta' din il-ġimgħa Kevin Saliba jagħti tislima xierqa, din id-darba wkoll bl-ilsien Malti, lill-mibki Professur Oliver Friggieri li ħalliena l-ġimgħa li għaddiet. Permezz ta' bosta referenzi għal versi u aforiżmi mix-xogħlijiet tiegħu – fosthom poeżiji, rumanzi, stejjer qosra u diskorsi ewlenin – Saliba jibqa' jindirizza lil Friggieri filwaqt illi jiftakar u jfakkar il-modi kif għex u fehem l-esperjenzi personali tiegħu mal-Prof. Friggieri. Fost it-testi msemmija jispikkaw, fost ħafna oħrajn, il-poeżiji Nisraq Imqar Minuti, Eh Forsi u Biljett ta' Suwiċida kif ukoll l-istejjer qosra Dan il-Lejl taċ-Ċomb u Darba Oħra, Ruben. Intant Saliba jittanta jdaħħal fil-kredu lil kulħadd: minn Jean-Paul Sartre sa Albert Camus, minn Lev Shestov sa Jacques Derrida, minn Dom Mintoff sa Eddie Fenech Adami, minn Pier Paolo Pasolini sa Alfred Sant. Minn banda, kultant, bħal jixxennaq għal miġja oħra fostna minn Friggieri, iżda mbagħad dlonk jerġa' jdurlu, tant illi jtemm dan l-eloġju mqanqal tiegħu billi jagħtih parir biex għalissa jibqa' fejn hu. Biex ma jiġix... Rokna letterarja mill- Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb