Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1313314
16 letteratura IL-ĦADD 29 TA' NOVEMBRU 2020 • illum Forsi darb'oħra, Oliver, jekk tiġi, jekk Anke did-darba ma setax jonqos Oliver, madankollu – bħal kull meta nikteb fuq l-għajbien ta' xi ħadd għall-qalbi – li mal-aħbar ta' mewtek dlonk erġajt fittixt xi it wens fid-diskorsi viżtużi ta' Jacques Derrida. Chaque fois unique, la fin du monde: kull darba, kull darb' oħra, li jmut xi ħadd qribna tmut xi ħaġa ġo fina, anzi fis-sew tmut dinja sħiħa, dik id-dinja li kienet teżisti – qabelxejn ġewwa fina – meta dik il-persuna kienet għadha fostna. Kull mewt ittemm xi ħaġa f 'dinjietna u għaldaqstant itemmha – ittemmha għax terġa' tibdilha mill-ġdid. Tqum l-għada filgħodu u ssibek f 'dinja oħra, issa ġdida, b'dik ix-xi ħaġa dejjem nieqsa. Bil-mewt tiegħek, dika d-dinja li għosfrot minn ġo fina kienet, f 'kull mument, minn banda, tagħna lkoll. U għax tgħid, fl-istess waqt, mill-banda l-oħra, għadna mhix ċara jekk qatt tabilħaqq fis-sew kinitx. Nafu biss illi "l-gżira kien jisimha Malta", jew għall- inqas hekk inkiteb illi kien intqal lil Pawlu ta' Tarsu… jew ta' Malta, x'tippreferi? Darb'oħra għidli. Issa ħallina minn dan. Daqs ġimgħa ilu miegħek reġa' miet pajjiż sħiħ, Oliver. Nixtieq nisraq imqar minuti minn dak il-pajjiż, minn dika d-dinja – almenu minn dik illi kienet saret tiegħi mindu fiha dħalt int. Nixtieq nisraqhom, irrid nisraqhom biex nerġa' ngħixhom, biex nerġa' nixtarrhom, biex minn hawn isfel nirringrazzjak u forsi nibda niem. L-għalliema tal-Malti kienu qaluli ħafna fuqek qabel iltqajt miegħek – saħansitra mill-bankijiet tas-Sekondarja waqt il- lezzjonijiet dwar Stejjer Qabel Jidlam – aktarx għax qabli stess kienu diġà ttendew bihom dal-vizzji kemxejn sbejħa li fettilli mort qbadt: il-filosofija, ir-reliġjon, il- kritika, il-letteratura, il-kelma – l-iżjed dik Maltija. Dawk l-istess għadiet fejjieda li mbagħad komplejt tħallimni bihom int. X'ċuċ hu t-tipjip li skont int "kollu inkwiet"? Fi żmien il-kulleġġ, voldieri daqs ħamsa u għoxrin sena ilum, iltqajna darba biss: dakinhar illi ġejt tkellem lilna l-poeti, jew aħjar lilna l-poetastri, tal-Klabb Letterarju tal-Junior College. Għedtilna dwar Dun Karm u d-dejn illi lkoll – anke l-poeti tal-Moviment Qawmien Letterarju mela aħseb u ara aħna – għad għandna u jibqa' jkollna miegħu. Kellimtna dwar Vassalli, anzi l-proġett Vassalli. Il-Bibbja Maltija ta' Pietru Pawl Saydon. Id-dizzjunarji ta' Ġużè Aquilina u l-imkielem ta' Erin Serracino Inglot. Il-Gaġġa u Il-Ħolma Maltija ta' Frans Sammut. L-Iblah ta' Ġużè Orlando. Laqqajtna wkoll ma' ċertu Leli ta' Ħaż-Żgħir ta' Ġużè Ellul Mercer. Mhux l-inqas m'Ulied in-Nanna Venut ta' Juann Mamo. U mill-ġdid bħall-għalliema ta' qablek man-Nirien ta' Karmenu Vassallo. Il-Kantiku tad-Demm t'Achille Mizzi. Id- De Profundis ta' Doreen Micallef. Fuq kollox u fil-qosor: mal-jien u lil minnu. Tajtna wkoll il-kritika letterarja. Azzardjat tgħallimna wkoll, jew għall-inqas ippruvajt, nagħrfu l-kwalitajiet tajbin u inqas tajbin ta' Mintoff u ta' Fenech Adami – mhix ċajt dik il-ħabta. Jiddispjaċini ngħidlek li ħafna minna lanqas s'hawn ma waslu. Lanqas s'hawn. Forsi darb'oħra, Oliver... Insomma, Vum-Barla-Zungarè eċċetera eċċetera. Dak iż-żmien għedtilna wkoll dwar il-kriżi globali tal- marġinalizzazzjoni tal-ħassieba, kwantu dik illi l-filosofu Gianni Vattimo m'ilux sejħilha "r-rottomazzjoni tal-intellettwali". B'sogħba ħabbartilna wkoll, fl-istess nifs, it-trijonf tal-għarfien tal-esperti fuq l-għerf tal-akkademiku. Daqs sentejn wara, fil-klassi tal-Università, erġajt fakkartni fil-ħidma intellettwali, kulturali u nazzjonali, fil-biċċa l-kbira minsija, ta' dawn missirijietna. Intant komplejt tfissirli l-vittorja tal-immaġni fuq il-kelma tal- kittieb, ir-rebħa tal-opinjoni vulgari fuq il- fehma tal-ħassieb, il-vinċta tat-teknika fuq ruħ il-bnedmin. Kien isewwidli qalbi dad- diskors, għad illi żgur ma imtux biżżejjed qabel ma ltqajt bis-serjetà, it tas-snin wara, max-xogħlijiet ta' Martin Heidegger. Fhimtu ferm iżjed, imbagħad, meta tajjeb jew ħażin splodew l-pluraliżmi fix-xandir u mbagħad wara, m'hemmx xi ngħidu, il- pjattaformi tal-midja soċjali. Kapaċi issa tgħidli li kummiedja din li setgħet qatt ma nħadmet. Kummiedja xejn. U kienu inqas kummiedja l-ewwel truf illi, flimkien ma' xi għalliema oħra, uħud minnhom tamparek jew kienu studjaw taħtek, kont tarrali – bil-punt u l-virgla u b'dawka l-ġesti uniċi anzi mitiċi tiegħek – kwantu l-kumplessitajiet filosofiċi, psikoloġiċi u soċjali tal-kundizzjoni umana. U baqa' s-skiet madwari... Dik il-ħabta f 'dar-rigward – daqqa minn hawn u daqqa minn hemm – kont diġà xi daqsxejn mibdi, iżda aktarx kien minn hemm illi nibtet fija wkoll in-namra mal-ħassieba eżistenzjalisti. Apparagun fl-Università la studjajt ħafna l-ilsien Malti u wisq inqas ħafna filosofiji: fis- snin tal-kulleġġ intant kont diġà bħal tli għaqli wara l-politika, wara dawk l-istatwi buffi li tellajna biex huma lagħbu bina w aħna bihom. Allura għażilt suġġetti oħra għax, ħeqq, ridt insirlek ġurnalist mal- ġurnali It-Torċa u l-orizzont, jew ma' tas- Super One, u mbagħad forsi xi attachè fil-Ministeru għall-Affarijiet Barranin. Eh forsi… Forsi darb'oħra, Oliver. Kont noħlom ukoll illi forsi kont ser inkun ukoll diplomatiku, primafruntiera, ma' dawk illi għad kellhom jinnegozzjaw il-ehim tal- Partnership. Fuq Malta u l-UE ma tantx konna naqblu. Aktarx qatt m'għad naqblu. Il-ħażin li qbilna wkoll li qbilniex għaliex, akkont, minn banda konna naqblu. Tridx naqtgħu kollox fil-qasir u niġu dritt għall- punt? Ejja ngħidu li – lil hinn mid-diskors dwar l-għaqda nazzjonali, lil hinn minn Karin u Raymond u l-albums tagħhom, lil hinn minn misraħ il-Parlament – f 'għajnejk forsi jiena kont Soċjalist li m'hemmx li nikber u forsi f 'għajnejja inti kont Nazzjonalist li m'hemmx li tiem. Eh forsi... Għandu mnejn qed nhewden Profs. Tfixkilt it-triq u jkolli nerġa' nibda… Iss'int l-istaġun il-ġdid! Quanta inutile buona educazione!, bħalma darba esklama Pier Paolo Pasolini. Intat, minkejja dan kollu, xorta kont insibni – minħbba fik ukoll dik il-ħabta – inqalleb moħħi u l-ħwienet tal-kotba u l-libreriji bit-testi ta' Sartre, Camus, Nietzsche, Shestov, Dostoevsky, Kierkegaard, Marcel, Kaa, Pirandello. Illum il-ġurnata, meta niddjalogu bil- fomm u bil-ħsieb ma' filosofi oħrajn, uħud minnhom ta' żmienna, irrid jew ma rridx kultant ħsiebi għadu jmur fik. Min jaf x'kont taħseb, Oliver? Għaldaqstant għamilt mezz illi nsemmik, fl-artiklu mgħaġġel tiegħi, ma' Giorgio Agamben, Massimo Cacciari, Bernard-Henri Lévy u Richard Kearne dawn fil-MaltaToday. U mhux l-inqas m'oħrajn, xi it jew wisq bħalek, illi armajn – daqstant ieħor ukoll bħalek – dal-aħħar ħallewna warajhom b'kobba aktarx ferm iżjed imħabbla milli qatt sibniha, ferm iżjed mgħaqqda milli qatt ħsibniha. Costanzo Preve, Zygmunt Bauman, Bryan Magee, Hubert Dreyfus, George Steiner, Emanuele Saverino. Kont insejt, bilħaqq, lil Roger Scruton. Għidilhom la tarahom. Xtaqt ħafna niddiskuti lil dawn in-nies kollha miegħek. Dan-nies bħal donnhom dnubiet li ma jorqdux. Ladarba tagħtihom nikta widen u naqra wiċċ darba mis-subgħa jieħu l-id, jibqgħu mħaxkna miegħek, kif taf tajjeb. Huma wkoll l-akbar mass meeting. Imma che me ne faccio della mia buona educazione? Kellu raġun Pasolini: xi s-sagramew ser nagħmel biha issa dil- edukazzjoni tajba kollha, għid? Għalhekk ukoll nixtieq nisraq imqar minuti, Oliver. Għalhekk ukoll. Forsi darb'oħra, Oliver... Kont tifel seklu ilu. Gerrbu s-snin. Iggradwajt f 'xiex xtaqt, għamilt li ridt, ħdimt fejn u ma' min ridt. Qtajti xewqti, ħsibt. Minn hemm 'l hemm ma bqajniex niltaqgħu. Int l-Università, jien naqsam ħini u rasi bejn il-Marsa u l-Ħamrun. Ma ntawwalx: imbagħad sifirt. Smajt minn Raymond tar-rumanz L-Ewwel Weraq tal- Bajtar t'Alfred Sant. Bħal Raymond tani qisu bħal mejt dakinhar, imbagħad għadda kollox. Intant af li komplejt niaqad ix- xogħol tiegħek – bqajt nidħol fis-silenzji tiegħek – u fil-it li ktibt m'hemmx virgla waħda li tafx kewntha lilek, li mhix ġejja xi it ukoll minnek, li ma tfakkarx f 'uħud mill-kawżi tiegħek – ibda b'dika li ktibt fuqha lil Ġużè Aquilina f 'ittra li bgħattlu minn Milan f 'April 1977. Għaddew ukoll mal-għaxar snin. Ġejt lura. Tani mejt ieħor xħin wasalt. Qatt ma stejqirt minn dak il-jum, Oliver. Ngħidlek għalfejn, ma ndumx. La qed insemmu l-korrispondenzi ma nistgħux ninsew il-battibekki, l-artikli