Illum previous editions

ILLUM 29 November 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1313314

Contents of this Issue

Navigation

Page 18 of 27

19 opinjoni illum • IL-ĦADD 29 TA' NOVEMBRU 2020 Kwalità ta' ħajja aħjar S ostenibbiltà hija kelma kbira imma tfisser li rridu nilħqu bilanċ biex ikollna kwalita ta' ħajja aħjar. Din mhix xi buzzword iżda r-realtà ġdida li rridu naħdmu biha. Kull settur jista' jikkontribwixxi biex verament ikollna impatt pożittiv fuq il-ħajja ta' kull wieħed u waħda minnha. Il-Ministeru l-ġdid tal-Enerġija, Intrapriża u Żvilupp Sostenibbli li ġejt fdata bih huwa turija ċara li dan il-Gvern irid jaħdem biex is-suċċess tiegħu mhux biss jitkejjel fuq l-iżvilupp ekonomiku, imma anke fuq il-kwalità tal-ħajja taċ-ċittadini Maltin u l-Għawdxin. Huwa messaġġ ċar li l-ekonomija, l-ambjent u l-qasam soċjali għandhom jimxu id f 'id – ħolqa f 'katina waħda li tissejjaħ sostenibbilità. Fl-ewwel laqgħat li kelli bħala Ministru, kelli l-opportunita li niltaqa' ma' 60 negozjant b'kumpaniji stabbiliti Malta. Tkellimna dwar l-isfidi li qed jiffaċċjaw minħabba l-pandemija u kif jistgħu jiġu indirizzati issa u anke għal tul ta' żmien. Is-soluzzjonijiet iridu jkunu innovattivi. Soluzzjonijiet li jagħtu risposti fit-tul. Il-Prim Ministru Robert Abela diġa' ħabbar il-viżjoni tiegħu għal pajjiżna, fosthom li l-gżejjer Maltin jersqu lejn dikarbonizazzjoni. It-twaqqif ta' Ministeru dedikat għal dan il-għan huwa turija ċara li l-viżjoni bbażata fuq ħames pilastri li ħabbar il-Prim Ministru mhix biss viżjoni teoretika, iżda qed tiġi implimentata. Wieħed mill-pilastri huwa appuntu tkabbir ekonomiku sostenibbli: tkabbir gradwali li ma joħloqx ħsara lis-soċjetà u lill-ambjent. Biex naraw aħniex sostenibbli jew le, irridu nistaqsu jekk dak li qed nagħmlu llum jistax jibqa' jiġi sostnut fis-snin li ġejjin. Jekk it-tweġiba tkun le, ifisser li dak it-tip ta' tkabbir jista' jnaqqar mill-kwalità tal-ambjent u tal-għixien tagħna. Ikun ifisser li jkollhom jinstabu soluzzjonijiet. Huwa propju fuq dawn is-soluzzjonijiet li bi ħsiebni naħdem, billi dejjem inżomm f 'moħħi s-sbatax-il għan tal-miri għal żvilupp sostenibblità tal-Ġnus Magħquda. Filwaqt li tibni fuq il-prinċipju li ħadd ma jitħalla lura, l-aġenda titlob għal żvilupp sostenibbli għal kulħadd u f 'kull qasam, jekk hux f 'dak soċjali, fil-qasam edukattiva, jew fil-kwalità tal-ħajja tagħna. Dan kollu rridu nabbinawh ma' enerġija aktar effiċjenti u nadifa. Jekk irridu eżempju ta' kif nistgħu nwasslu għal bidla f 'dan is-settur, nistgħu inħarsu lejn il-mod riċenti li bih pajjiżna qaleb mill-użu ta' heavy fuel oil għall-użu ta' LNG. Bidla li ma sarrfet f 'ebda żieda fil-kontijiet tad-dawl, fl-istess ħin li sarrfet fi kwalità tal-arja ferm aħjar għalina lkoll. Dawn huma t-tip ta' bidliet li rridu naraw li jseħħu fit-tletin sena li ġejjin. Tletin sena m'humiex ħafna, iżda huma biżżejjed biex ma ninħasdux u niġu f 'sitwazzjoni fejn ikollna nimplimentaw kollox f 'daqqa. L-għaġla tista' biss twassal għal deċiżjonijiet li jrid iħallas għalihom il-poplu. Il-Gvern Malti, għall-kuntrarju, qiegħed jippjana bil- quddiem biex it-trasizzjoni ssir mingħajr spejjeż żejda. Il-kelma 'inċentiv' hija kruċjali. Illum, ħafna vetturi qed jaħdmu bl-elettriku. Il-qabża għal dan is-sors għadha tiswa ħafna, kemm għall konsumaturi privati kif ukoll għall-industriji l-kbar. Għalkemm meta tħares fit-tul, l-użu tal-elettriku huwa ħafna drabi irħas, in-nefqa inizzjali għadha taqta' qalb in-nies. Permezz ta' metodi ta' inċentivar, il-Gvern jista' jiżgura li ċ-ċittadini jkunu mħeġġa li jkunu parti minn tranżizzjoni lejn vetturi aktar nodfa. Wara kollox, nemmen li l-ġenerazzjonijiet iż-żgħar diġa' qed juru ċertu kuxjenza ambjentali, li jeħtieġ titkattar fost ġenerazzjonijiet ikbar. Ninnota ħafna aktar żgħażagħ lesti jużaw ir-rota jew scooters sabiex jivjaġġaw. Dan huwa eżempju wieħed biss ta' kif bniedem wieħed jista' jġib bidla. Imma ma nistgħux naħsbu li t-teknoloġiji tal-futur huma biss mill-elettriku. Hemm teknoloġiji li qedgħin jiġu studjati u żviluppati u nemmen bis-sħiħ li Malta għanda opportunitajiet kbar x'tisfrutta. Biss irridu naslu f 'sitwazzjoni fejn l-ambjent u l-ekonomija ma jibqgħux jitqiesu bħala suġġetti indipendenti minn xulxin. Anzi, irridu nimu li pajjiż żgħir bħal tagħna jista' jieħu l-pass lejn is- sostenibilità issa biex ikun ekonomikmant kompetittivi meta mqabbel ma pajjiżi oħra. Għalkemm pajjiżna ma jistax ikollu industriji kbar, nistgħu nattiraw green investment li jagħmilna aktar kompetittivi u jagħtina vantaġġ fuq pajjiżi oħra li għandhom l-istess ħsieb tagħna. Hija kwistjoni ta' meta se nieħdu azzjoni. Dan huwa l-mument, ejja ma nitilfux din l-opportunità. Miriam Dalli hija l-Ministru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli Miriam Dalli

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 29 November 2020