Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1313314
18 opinjoni IL-ĦADD 29 TA' NOVEMBRU 2020 • illum Lil hinn mill-GDP "I l-GDP jkejjel kollox ħlief dak li hu im- portanti għall-ħajja." Dan kien intqal minn Robert Kennedy f 'diskors li kien għamel fl-Università ta' Kansas fl-1968, ftit ġimgħat qabel ma kien assassinat. Kien diskors waqt il- kampanja elettorali għall- Presidenza Amerikana. Kennedy kien żied jgħid li l-GDP (Prodott Gross Nazzjonali) la jqis is-saħħa ta' wliedna u l-anqas il-kwalità tal-edukazzjoni tagħhom. La jinkludi s-sbuħija tal-letteratura tagħna, la s-saħħa tal-familji tagħna u l-anqas l-integrità tal- uffiċjali pubbliċi tagħna. Illum forsi nużaw lingwaġġ differenti biex nispjegaw ruħna imma l-affarijiet ftit inbidlu fi 52 sena. Il-GDP għadu jkejjel kollox ħlief dak li hu mportanti għall- ħajjitna. Li nsegwu l-oġġettiv ta' tkabbir ekonomiku bħala l-iktar skop importanti tal-ħidma tal-pajjiż huwa f 'kunflitt mal- fatt li r-riżorsi tad-dinja huma limitati. Dan jikkuntrasta mal- fraġilità tal-ekosistema tagħna li niddependu fuqha għall- eżistenza tagħna. It-tkabbir ekonomika suppost li joħloq il-ġid. Iżda ħoloq ukoll il-bidla fil-klima, in-nuqqas ta' sigurtà fil-qasam tal-enerġija, prezzijiet li jogħlew bla limitu, bijodiversità li qed tintilef b'rata mgħaġġla, aċċess għal ilma u arja nadifa li qed jonqos kontinwament u inugwaljenza fuq livell globali li qed tiżdied b'mod allarmanti. Dan kollu ma jitkejjilx mill- Prodott Gross Nazzjonali (GDP). Il-GDP ħsiebu biss fil-ġid materjali. Jinjora s-saħħa, l-edukazzjoni, s-sigurtà fit- toroq, it-tessut soċjali tas- soċjetà, il-ħerba li titnissel minn kull forma ta' mibgħeda. Il-GDP, imma, jinkludi l-produzzjoni tal-armamenti, l-qerda tal-ambjent f 'isem dak li jissejjaħ "progress" jew żvilupp, kif ukoll produzzjonijiet fuq it-TV li jigglorifikaw il-vjolenza bl-iskop li jbiegħu ġugarelli lit-tfal. Ir-riżorsi tad-dinja huma limitati u allura ma jistgħux iservu ta' bażi għal tkabbir ekonomiku bla limitu. It-tkabbir ekonomiku għaldaqstant għandu limitazzjoni prattika li bosta minn dawk involuti fl- ippjanar ekonomiku jinjoraw. Huwa f 'dan il-kuntest li aħna l-ħodor Maltin f 'ADPD ħadna pjaċir bl-inizjattiva tal- Kummissjoni Ġustizzja u Paċi tal-Knisja f 'Malta, inizjattiva li tħares lil hinn mill-GDP. Ħadna pjaċir b'dan mhux biss għax hi inizjattiva tajba imma ukoll għax issa hawn xi ħadd ieħor jgħid affarijiet li aħna l-ħodor ilna żmien twil intambru dwarhom. Issa m'għadniex waħedna! Id-dokument ta' 54 paġna ippubblikat mill-Kumissjoni tal-Knisja hu intitolat Beyond GDP – A framework to gauge Malta's success through quality of life. Jgħid li jekk nibqgħu nillimitaw il-kejl tal-progress bl-użu tal- GDP ifisser li diversi fatturi oħra li jgħinu fil-kisba ta' kwalità ta' ħajja aħjar ikunu injorati. Dan l-istudju, li kellu l-appoġġ tal- EY, tal-Bank APS u tas-soċjetà Seed Consultancy ser jagħti kontribut mhux żgħir għall-ħolqien ta' diskussjoni politika matura, li n-nuqqas tagħha nħossuħ kontinwament. L-insistenza li mmorru li hinn mill-GDP biex inkejlu l-kwalità tal-ħajja mhuwiex eżerċiżżju biex titnaqqas l-importanza tal-ekonomija. Hi riżultat tal-konvinzjoni li l-ekonomija ma għandhiex tibqa' tkun ikkunsidrata għaliha waħedha imma għandha titqies f 'kuntest realistiku. L-oqsma soċjali, ambjentali u kulturali huma relevanti daqs l-ekonomija fil-kejl tal-livell tal-kwalità tal- ħajja tagħna. Ekonomija iktar ġusta teħtieġ li tħares lejn l-istampa kollha u m'għandhiex tillimita ruħa għall-kejl tal-GDP. Dan hu mod ieħor kif nemfasizzaw il-ħtieġa ta' żvilupp sostenibbli, terminu li illum jintuża ħafna imma mhuwiex mifhum u ipprattikat biżżejjed. Li mmorru lil hinn mill-GDP biex inkejlu l-kwalità tal-ħajja għandu jagħtina indikaturi iktar realistiċi li għandna ħtieġa urgenti tagħhom. Carmel Cacopardo Carmel Cacopardo hu ċ-Chairperson tal-ADPD Il-GDP ħsiebu biss fil-ġid materjali. Jinjora s-saħħa, l-edukazzjoni, s-sigurtà fit-toroq, it-tessut soċjali tas-soċjetà, il-ħerba li titnissel minn kull forma ta' mibgħeda