Illum previous editions

ILLUM 29 November 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1313314

Contents of this Issue

Navigation

Page 20 of 27

21 editorjal illum • IL-ĦADD 29 TA' NOVEMBRU 2020 ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IR-RIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt D in hija l-agħar sena għal mijiet ta' negozji, għal eluf kbar ta' ħaddiema u għal dawk il-bosta li ntlaqtu b'mod ħażin minn pandemija li ġġammjat l-ekonomiji dinjin, li għalqet l-ajruport u l-port għal madwar tliet xhur - xi ħaġa li prattika- ment qatt ma ġrat fl-istorja moderna u ġabet lit-turiżmu għalkopptejh. Kif jgħid il-Malti mit-turiżmu jiekol kulħadd u bħalissa, tmien xhur minn meta faqqgħet il-pandemija f 'Malta, iċ-ċinturin magħfus ta' eluf ta' negozji, inkluż negozji kbar li għandhom marġini ta' profitti li jlaħħqu l-miljuni, beda jinħass u jinħass sew. Qed nitkellmu lukandi, ristoranti, barijiet u każini li jinsabu magħluqin, mijiet ta' fornituri tal-ikel, xorb, laundry u tindif għal- lukandi. Qed nitkellmu dwar wine bars, clubs, l-industrija lokali tal-inbid u l-birrer, negozji ta' taxis, aġenziji tal- ivvjaġġar, skejjel tal-Ingliż, ħwienet tas- souvenirs u ħwejjeġ ... u l-katina tkompli! Għal dawn l-2020 hija sena kerha ħafna. Imma l-Malti jgħid ukoll illi għal magħmul m'hemmx kunsill. Filwaqt illi l-miżuri tal-Gvern għenu mhux it biex ma jkollniex diżastru ekonomiku assolut u qgħad stratosferiku - bil-konsegwenzi soċjali kollha li jġib miegħu - issa li d-diskors fuq il-vaċċin qabad rittmu tajjeb, huwa importanti li n-negozji u l-ekonomija tibda minn issa tipprepara għall-perjodu post-Covid-19. Il-miżuri tal-Gvern huma biss mezz ta' kif eluf ta' negozji jżommu qrib il-wiċċ u ma jkeċċux nies, mhumiex miżuri (u lanqas kien l-iskop tagħhom) li jaċċertaw li mijiet ta' negozji xorta ma jgħerqux meta tgħaddi l-pandemija. Fuq livell individwali, kellna bosta eżempji ta' kif negozji rnexxielhom ibiddlu l-format tan-negozju tagħhom biex jgħinu lilhom infushom. Kien hemm ristoranti li ntefgħu fuq it-take aways u d-deliveries u mhux xi sigriet li tant qabdu art ċerti kumpaniji li kważi l-ħin kollu tara mutur għaddej bl-ikel li jkun ordnat minn xi ristorant. Mhux xi sigriet li minkejja l-għafsa kien hemm min firex xi it aktar it-tapit u offra skont jew xi flixkun inbid b'xejn mal-ikel, biex lill-klijenti jiġbidhom mhux inaffarhom. Kien hemm ħafna lukandi li kellhom offerti għal tmiem il-ġimgħa biex jattiraw l-eluf ta' Maltin lejhom, sabiex għallinqas jimlew it mill-okkupanza altriment vojta li kien se jkollhom dan is-sajf. Kien hemm kumpaniji li kompletament biddlu n-natura tax-xogħol tagħhom bl-użu tar- riżorsa li kellhom u minn - per eżempju - organizzaturi ta' avvenimenti, daru għal-produzzjoni tal-għamara jew minn laundry u tindif ta' proprjetajiet privati, marru għal tindif u fumigazzjoni tat- toroq pubbliċi. Kien hemm kumpaniji oħrajn li qalbu għall-virtwal biex setgħu jibqgħu jorganizzaw konferenzi jew inkella setgħu jibqgħu jgħallmu lill- istudenti tal-Ingliż. F'nofs din it-traġedja ekonomika li qed niffaċċjaw, dawn huma l-eroj żgħar li ta' kuljum qed jippruvaw jaraw kif se jsalvaw huma u jsalvaw l-impjiegi tan- nies li jħaddmu. Huwa dan il-miraklu ekonomiku li qed iseħħ ta' kuljum mingħajr ħafna daqq tat-trombi, miraklu illi kieku mhux qed iseħħ għandna in-nies fit-toroq bla xogħol, bla flus u forsi bla dar fejn jgħixu. Hija ħidma f 'sinfonija - li forsi konna nsejna li tista' sseħħ - bejn il-ħaddiem u min iħaddem biex kemm jista' jkun joħorġu minn dan l-għawġ kemm jista' jkun malajr. Dawk in-negozji, il-it vera imma jeżistu, li ma jridux ibiddlu u jinsistu li jibqgħu mwaħħlin mal-istess prattiċi, prodotti u mudell prevedibbli, daqslikieku l-pandemija ma teżitix se jsibuha aktar diffiċli biex jirnexxu wara li jgħaddi dan l-għawġ. U l-pajjiż eżatt l-istess. Fit-turiżmu l-Ministru l-ġdid Clayton Bartolo għandu sfida bil-wisq ikbar milli sempliċiment jara li eluf ta' negozji fil-qasam ma jgħerqux. Irid jara kif il-prodott 'Malta' se jkun innovattiv u se jiżboq dak li qed joffri ħaddieħor. Kunu ċerti li meta jgħaddi dan il-virus, jew jiġi mrażżan u l-konsumatur jerġa jibda jibni l-fiduċja, se jkun lura għall-bidu u għall-bażiku, kif jingħad bl-Ingliż 'back to square one'. Irridu nipprevedu minn issa x'se jkunu jixtiequ u x'se tkun l-attitudni tan-nies. Kif se jonfqu flushom, fejn se jonfqu flushom, x'se jattirahom issa aktar milli kien jattirahom qabel u x'se jaraw illi huwa valur għal flushom issa, li forsi ma kinux jarawh tali qabel. Dik post-Covid se tkun tiġrija u taqtiegħa ħarxa u bla ħniena li se tħalli vittmi daqs jew iktar mill-pandemija innifisha. Dik it-tiġrija tibda minn issa. Post-Covid: It-tiġrija tibda minn issa!

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 29 November 2020