Illum previous editions

ILLUM 29 November 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1313314

Contents of this Issue

Navigation

Page 21 of 27

22 opinjoni IL-ĦADD 29 TA' NOVEMBRU 2020 • illum F orsi bħal oħrajn kien hemm min staqsa: imma reshuffle issa? It-tweġiba tiegħi, għal dawk l-eluf li kitbuli personalment tkun: "L-ebda plejer waqt logħba futbol li għandu għal qalbu l-flokk li qed jirrapreżenta, ma jirreżisti u jgħid li ma jridx jerġa' jixref fil-ground biex iservi x'ħin il-coach jara for- mazzjoni differenti għax jemmen li bħala team inservu aħjar." L-anoloġija tal-futbol hi f 'għajnejja l-aħjar eżempju biex wieħed jiem il-mixja politika. Għax bħal f 'logħba futbol, tajjeb jew ħażin mhemmx lok għal protesti. Ftit sekondi u li fihom trid tiem waħdek, li biex isaħħaħ iċ-ċans li jirbaħ il-logħba tkun ta' liema tip tkun, coach, f 'dan il-każ il-Prim Ministru juża l-plejers bl-aħjar mod li hu jidhirlu biex ikompli jagħti l-aħjar u aħjar – u biex jerġa' jirbaħ elezzjoni li jmiss. Aħna team. U bħala team, anke fir-rwol tiegħi ta' Ministeru għat-Turiżmu, ma kienx hemm ġurnata li hi waħda li ma ħdimniex, li ma xammarniex il-kmiem. U li lil hinn mill-ħafna proġetti li għamilna biex tejjbina l-prodott turistiku, kien hemm għexieren ta' proġetti oħra lesti biex ikunu inawgurati wħud minnhom din il-ġimgħa stess. Fil-fond ta' qalbi naf ukoll li t-tliet miri priorita' fit-turiżmu għamilnihom: salvajna eluf ta' impjiegi u investejna €6 miljun f 'taħriġ għall-ħaddiema biex ikunu preparati għal wara l-pandemija. Assistejna lill-eluf ta' familji u negozji bil-vouchers b'model shi għal turiżmu intern, ħidma li nhar it-Tnejn li għadda wrietna biċ-ċar fi statistika maħruġa mill- NSO li wasslet biex id-daqqa fuq l-industrija kienet ferm inqas milli wieħed stenna – anzi f 'Għawdex, in-negozji marru aħjar. Minkejja li f 'pandemija, qbiżna sew il-figura ta' nofs miljun turist li wasal f 'pajjiżna u qarribna sew lejn il-mira modesta ta' 700,000 turist li ħdimna biex jiġu lejn pajjiżna matul din is-sena. F'Jannar li ġej, l-NSO toħroġ il- figura uffiċjali tal-ħidma li lħaqna għamilna. Imma mhemmx l-avvanz ekonomiku jekk twarrab is-soċjal minnu – dawn jimxu dejjem id f 'id flimkien. Niem ix-xewqa tal-Prim Ministru li jimtela vojt biex familji li qed iħossuhom esklużi jingħataw spalla, biex dan il-Gvern ikompli bil-fatti li hu l-Gvern tal-inklużjoni. Li l-eluf ta' familji li jgħixu mill-qrib is-sagrifiċċju bi tfal tagħhom li għandhom diżabbilta', li għandhom l-għatx għal numru ta' bidliet oħra meħtieġa. U l-mira wkoll li dan il-pajjiż irid jindirizza kif bħala soċjeta' ikollna kwalita' ta' ħajja aħjar. Parti integrali mill-portafoll ġdid li fdali l-Prim Ministru. Kburija li l-portafoll jinkludi fih l-aqwa element f 'dan il-pajjiż: iż-żgħażagħ li flimkien mas- Segretarju Parlamentari Clion Grima se nibqgħu ffukati biex kif se nkomplu nagħmlu fl- isports u mal-għaqdiet volontarji nxammru l-kmiem għal aktar xogħol tanġibbli. Din il-ġimgħa poġġejna mill- ewwel fuq il-lant ġdid tax-xogħol flimkien mal-Kummissarju għad-Drittijiet b'Diżabbilta'. Ħadt gost ukoll b'kull email li daħlet minn ġenituri ta' tfal b'diżabbilta', li ferħu li għall-ewwel darba hemm Ministeru li jirrapreżenta l-ħtiġijiet tagħhom. Kull email, qrajtha u ħassejt fiha imħabba ġenwina, li nwiegħed li nirreċiprokaha b'ħidma sinċiera. Is-soċjal għal qalbi, u mhux issa imma fil-ħidma tiegħi tul is-snin qrib l-emarġinat, qrib dawk li għandhom bżonn leħen. Lil kull ġenitur, ta' tfal b'diżabbilta': Niem il-weġgħa akbar tagħkom waqt pandemija. Li minħabba ċ-ċirkustanzi, tfal b'abbiltajiet diversi, sofrew kulmeta bi kwarantina ta' ġenitur ma setgħux jixirfu 'l barra, jew li jieħdu t-terapija tant importanti għalihom. Li kien hemm tfal bi sfidi mentali, li ma setgħux jimu għala għal ġimagħtejn sħaħ kellhom jibqgħu ġewwa. Kien hemm min sar agressiv fuq l-istess ġenituri. Kien hemm u għad hemm mumenti li qed iġibu stress ikbar fuq il-familja. Kuraġġ. Se nkomplu nkunu qrib tagħkom. Minn għada se nkompli niltaqa' mal-NGOs li jirrapreżentaw setturi differenti. Konvinta, għax diġa' għextha f 'din l-aħħar ġimgħa li dan hu portafoll li jnessik minn kull tbatija oħra jew diżappunt li personalment jista' jkollna. Meta tmiss ma' każijiet ġenwini bħal dawn, il-kbir jiċkien. U dak li f 'għajnejk tarah mod, fir-realta' ikun ir-raġuni l-għala kwalunkwe oġġett jew ferita miuħa hi għal kollox irrelevanti. Futbol hi logħba kollettiva, u l-istess il-politika. Li tagħti l-massimu mill-pożizzjoni li tkun fdata lilek. B'dan il-mod biss jaslu r-riżultati. Ir-Reshuffle Julia Farrugia Portelli hija Ministru għall-Inklużjoni u l-Kwalita' tal-Ħajja Julia Farrugia Portelli

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 29 November 2020